|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2023/685 |
3.11.2023 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11284 – PRAX / OIL!)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2023/685)
1.
Fit-23 ta’ Ottubru 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Prax Limited (“Prax”, ir-Renju Unit), ikkontrollata minn Prax Group Holdings Limited (ir-Renju Unit), u finalment minn Winston Sanjeev Kumar Soosaipillai u Arani Kumar Soosaipillai, |
|
— |
OIL! Tankstellen GmbH (“OIL!”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn MABANAFT GmbH & Co. KG (“Mabanaft”, il-Ġermanja). |
Prax se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ OIL! kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Prax: kumpanija azzjonista u sussidjarja ta’ Prax Group, attiva fir-raffinar u t-taħlit taż-żejt, il-provvista ta’ prodotti petroliferi, it-tħaddim ta’ network loġistiku għat-trasport ta’ prodotti taż-żejt kif ukoll il-bejgħ bl-imnut ta’ fuel permezz ta’ stazzjonijiet tal-fuel, |
|
— |
OIL!: flimkien mas-sussidjarji tagħha, hija attiva fil-bejgħ bl-imnut ta’ fuels u prodotti komplementari (oġġetti ta’ konvenjenza, ħasil tal-karozzi u servizzi oħra) permezz ta’ pompi tal-fuel. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11284 – PRAX / OIL!
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/685/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)