|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2023/472 |
27.10.2023 |
Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għal Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33
(C/2023/472)
Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
“Rosso Orvietano / Orvietano Rosso”
PDO-IT-A0847-AM02
Data tal-komunikazzjoni: 4.8.2023
DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U RAĠUNIJIET GĦALIHA
Użu tal-isem taż-żona ġeografika usa’ “UMBRIA”
Deskrizzjoni: it-tikkettar jippermetti l-użu tal-isem ġeografiku usa’ “Umbria”, li jrid isegwi d-denominazzjoni Rosso Orvietano/Orvietano Rosso u jidher taħt it-terminu tradizzjonali speċifiku (Denominazione di origine controllata) jew l-espressjoni tal-UE (Denominazione di origine protetta), kif ġej:
|
|
Rosso Orvietano jew Orvietano Rosso |
|
|
Denominazione di origine controllata |
|
|
jew Denominazione di origine protetta |
|
|
(jew l-akronimu DOC) |
|
|
Umbria |
L-ittri tal-isem Umbria għandhom ikunu daqs jew iżgħar mid-daqs tal-ittri li jiffurmaw l-isem Rosso Orvietano/Orvietano Rosso u jrid ikollhom l-istess tipa (tip ta’ ittri), stil, spazjar, prominenza, kulur u intensità kolorimetrika.
Deskrizzjoni: il-proġett tal-Consorzio Tutela Vini biex jingħaqad mal-inklużjoni tat-terminu ġeografiku usa’ “UMBRIA” jirriżulta mill-ħtieġa li jiġi identifikat b’mod preċiż jekk territorju, storja u sbuħija jappartjenux u humiex rikonoxxibbli. Id-DOP Rosso Orvietano/Orvietano Rosso għandha l-identità tagħha stess, u fuq kollox il-valur intrinsiku tagħha li jrid jiġi żvelat. Il-kompitu tal-inklużjoni tat-terminu ġeografiku usa’ “UMBRIA” fuq it-tikketta huwa għalhekk li jiżvela dak il-valur moħbi u li jagħmlu viżibbli għall-konsumatur.
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 7 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-taqsima “Rekwiżiti oħra applikabbli — Rekwiżiti speċifiċi tat-tikkettar” tad-Dokument Uniku.
DOKUMENT UNIKU
1. Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni
Rosso Orvietano
Orvietano Rosso
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP — Denominazzjoni ta’ oriġini protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
1. Inbid aħmar, inkluż bl-ispeċifikazzjoni tal-varjetà ta’ dwieli
DESKRIZZJONI QASIRA
Dehra viżiva: aħmar lewn ir-rubin intens bi ħjiel ta’ vjola jew li jxaqleb lejn il-granata mat-tqaddim għal ċerti tipi monovarjetali. Riħa: intensa, ta’ dwieli u karatteristika, aromatika għall-Aleatico u delikata għall-Canaiolo u għaċ-Ciliegiolo. L-inbejjed huma bbażati fuq għeneb tal-varjetajiet Aleatico, Cabernet Franc, Cabernet Sauvignon, Canaiolo R., Ciliegiolo, Merlot, Montepulciano, Pinot Nero u Sangiovese, li jitjiebu skont il-varjetà ta’ dwieli, fi nbejjed rotob u eleganti, xi drabi bellusija b’togħma karatteristika li tibqa’ fil-ħalq, robusti u armonjużi. Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11,50 % vol. Estratt minimu mingħajr zokkor:18 g/l.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
4 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
2. Rosso Orvietano jew Orvietano Rosso Canaiolo
DESKRIZZJONI QASIRA
|
|
qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11,50 % tal-volum; |
|
|
aċidità totali minima: 4,0 g/l; |
|
|
estratt minimu mingħajr zokkor: 18,0 g/l; dehra viżiva: aħmar lewn ir-rubini li jxaqleb lejn lewn il-granata mat-tqaddim; |
riħa: delikata, karatteristika;
togħma: bellusija b’riħa tfuħ tipika.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
f’milliekwivalenti għal kull litru |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
3. Rosso Orvietano jew Orvietano Rosso Ciliegiolo
DESKRIZZJONI QASIRA
|
|
qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11,50 % tal-volum; |
|
|
aċidità totali minima: 4,0 g/l; |
|
|
estratt minimu mingħajr zokkor: 18,0 g/l; dehra viżiva: aħmar lewn ir-rubin intens; |
riħa: ta’ dwieli, delikata;
togħma: ta’ frott, b’togħma karatteristika li tibqa’ fil-ħalq.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
f’milliekwivalenti għal kull litru |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
4. Rosso Orvietano jew Orvietano Rosso Pinot nero
DESKRIZZJONI QASIRA
|
|
qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11,50 % tal-volum; |
|
|
aċidità totali minima: 4,0 g/l; |
|
|
estratt minimu mingħajr zokkor: 18,0 g/l; dehra viżiva: aħmar lewn ir-rubini li jxaqleb lejn lewn il-granata mat-tqaddim; |
riħa: intensa, dejjiema, karatteristika;
togħma: xotta, robusta, karatteristika, armonjuża.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
f’milliekwivalenti għal kull litru |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
5. Rosso Orvietano jew Orvietano Rosso Cabernet franc jew Cabernet sauvignon
DESKRIZZJONI QASIRA
|
|
qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11,50 % tal-volum; |
|
|
aċidità totali minima: 4,0 g/l; |
|
|
estratt minimu mingħajr zokkor: 18,0 g/l; dehra viżiva: aħmar lewn ir-rubin intens bi ħjiel ta’ vjola ħfief li jxaqilbu lejn lewn il-granata mat-tqaddim; riħa: intensa, dejjiema, karatteristika; |
togħma: xotta, b’togħma karatteristika li tibqa’ fil-ħalq, kemxejn erbaċja.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
f’milliekwivalenti għal kull litru |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
6. Rosso Orvietano jew Orvietano Rosso Merlot
DESKRIZZJONI QASIRA
|
|
qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11,50 % tal-volum; |
|
|
aċidità totali minima: 4,0 g/l; |
|
|
estratt minimu mingħajr zokkor: 18,0 g/l; dehra viżiva: aħmar lewn ir-rubin bi ħjiel ta’ vjola, li xi drabi jxaqleb lejn aħmar lewn il-briks mat-tqaddim; riħa: ta’ dwieli, pjaċevoli; |
togħma: sħiħa, ratba, armonjuża.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
f’milliekwivalenti għal kull litru |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
7. Rosso Orvietano jew Orvietano Rosso Sangiovese
DESKRIZZJONI QASIRA
|
|
qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11,50 % tal-volum; |
|
|
aċidità totali minima: 4,5 g/l; |
|
|
estratt minimu mingħajr zokkor: 18,0 g/l; dehra viżiva: aħmar lewn ir-rubini li jxaqleb lejn lewn il-granata mat-tqaddim; |
riħa: ta’ dwieli, karatteristika;
togħma: xotta, armonjuża, pjaċevolment tannika meta l-inbid ma jkunx imqaddem, pjaċevolment morra, b’togħma ta’ frott u karatteristika.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
f’milliekwivalenti għal kull litru |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
8. Rosso Orvietano jew Orvietano Rosso Aleatico
DESKRIZZJONI QASIRA
|
|
qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11,50 %, inkluża qawwa alkoħolika proprja ta’ mill-inqas 9,50 %; |
|
|
aċidità totali minima: 4,0 g/l; |
|
|
estratt minimu mingħajr zokkor: 18,0 g/l; dehra viżiva: aħmar lewn il-granata bi ħjiel ta’ vjola; |
riħa: aromatika fina, karatteristika;
togħma: tipika, ratba, bellusija, xi drabi ħelwa mezzana jew ħelwa.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
f’milliekwivalenti għal kull litru |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
5.1. Prattiki enoloġiċi speċifiċi
—
5.2. Rendimenti massimi għal kull ettaru
|
1. |
Rosso Orvietano jew Orvietano Rosso inkluż b’indikazzjoni tal-varjetà tad-dielja 10 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru |
6. Definizzjoni taż-żona demarkata
Iż-żona tal-produzzjoni tal-għeneb adattata għall-produzzjoni tal-inbejjed bid-DOP Rosso Orvietano jew Orvietano Rosso tinsab fil-provinċja ta’ Terni u tinkludi l-art adattata għall-kwalità fit-territorju amministrattiv kollu tal-muniċipalitajiet ta’ Allerona, Alviano, Baschi, Castel Giorgio, Castel Viscardo, Fabro, Ficulle, Guardea, Montecchio, Montegabbione, Monteleone d’Orvieto, Orvieto, Porano u S. Venanzo.
7. Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed
|
|
Aleatico N. |
|
|
Canaiolo nero N. — Canaiolo |
|
|
Ciliegiolo N. — Morettone |
|
|
Merlot N. |
|
|
Montepulciano N. |
|
|
Pinot nero N. — Pinot |
|
|
Sangiovese N. — Sangioveto |
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
Inbid aħmar Rosso Orvietano jew Orvietano Rosso DOP, inkluż b’indikazzjoni tal-varjetà tad-dielja
Iż-żona tinsab f’ambjent bl-għoljiet lejn il-Lbiċ tal-Umbria; huwa maħsub li ċ-ċiviltà Etruska ndunat li l-formazzjoni partikolari tal-ġebla tat-tufu kienet tiffavorixxi l-ipproċessar u l-preservazzjoni tal-inbid. F’din iż-żona jiġu prodotti biss inbejjed ħomor u b’indikazzjoni tal-isem tal-varjetajiet tad-dwieli Aleatico, Cabernet Franc, Cabernet Sauvignon, Canaiolo, Ciliegiolo, Merlot, Pinot Nero u Sangiovese, li għandhom karatteristiċi speċifiċi li jiddistingwuhom b’mod ċar u jippermettulhom li jiġu traċċati lura għall-ambjent ġeografiku tagħhom. It-tekniki tat-tkabbir u l-livell għoli ta’ professjonalità tal-operaturi kkontribwew biex tissaħħaħ l-immaġni tal-inbejjed ta’ Orvieto madwar id-dinja.
9. Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)
Użu tal-isem taż-żona ġeografika usa’ “UMBRIA”
Qafas legali:
|
|
Fil-leġiżlazzjoni tal-UE |
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
|
|
Dispożizzjonijiet addizzjonali tat-tikkettar |
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
L-isem ġeografiku usa’ “Umbria” jista’ jintuża fuq it-tikkettar u l-preżentazzjoni tal-inbejjed tad-DOP Rosso Orvietano/Orvietano Rosso. L-isem ġeografiku usa’ “Umbria” jrid isegwi d-denominazzjoni Rosso Orvietano jew Orvietano Rosso u jrid jidher taħt it-terminu speċifiku tradizzjonali (Denominazione di origine controllata) jew l-espressjoni tal-UE (Denominazione di origine protetta), kif ġej:
|
|
Rosso Orvietano jew Orvietano Rosso |
|
|
denominazione di origine controllata |
|
|
jew denominazione di origine protetta |
|
|
(jew l-akronimu DOC) |
|
|
Umbria |
L-ittri tal-isem Umbria għandhom ikunu daqs jew iżgħar mid-daqs tal-ittri li jiffurmaw l-isem Rosso Orvietano u jrid ikollhom l-istess tipa (tip ta’ ittri), stil, spazjar, prominenza, kulur u intensità kolorimetrika.
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
https://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/19815
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/472/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)