24.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 210/32


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9660 — Google/Fitbit)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 210/09)

1.   

Fil-15 ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Google LLC (“Google”) (l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

Fitbit, Inc. (“Fitbit”) (l-Istati Uniti tal-Amerka),

Google takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Fitbit kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Google: kumpanija multinazzjonali tat-teknoloġija attiva f’firxa wiesgħa ta’ oqsma tal-prodotti fosthom teknoloġija tar-reklamar online, tiftix fuq l-Internet, cloud computing, software u hardware. Fost prodotti u servizzi oħra, Google tiżviluppa OS bil-liċenzja għal smartwatches u apps tas-saħħa u l-fitness,

—

Fitbit: żvilupp, manifattura u distribuzzjoni ta’ apparati li jintlibsu, software, u servizzi fis-settur tas-saħħa u l-benessri. Il-firxa ta’ apparati li jintlibsu jinkludu fitness trackers u smartwatches. Is-software u s-servizzi offruti minn Fitbit jinkludu dashboard online u app tal-mobile żviluppati għall-użu mal-apparati tagħha li jintlibsu.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9660 — Google/Fitbit

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).