Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni Komunitarja li għandha tiġi adotta fil-Kumitat ta’ Kooperazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta’ Sħubija u ta’ Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq in-naħa l-waħda, u l-Ġeorġja, fuq in-naħa l-oħra, b’rabta mat-twaqqif ta’ Sottokumitat dwar il-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà /* KUMM/2007/0855 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 21.12.2007 KUMM(2007) 855 finali Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni Komunitarja li għandha tiġi adotta fil-Kumitat ta’ Kooperazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta’ Sħubija u ta’ Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq in-naħa l-waħda, u l-Ġeorġja, fuq in-naħa l-oħra, b’rabta mat-twaqqif ta’ Sottokumitat dwar il-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. Il-laqgħa tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni ta’ l-UE u tal-Ġeorġja ta’ l-14 ta’ Novembru 2006 adottat rakkomandazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ Pjan ta’ Azzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (ENP). Kif ġie indikat f’din ir-rakkomandazzjoni, il-Pjan ta’ Azzjoni jistabbilixxi passi konkreti sabiex jitmexxa ’l quddiem l-adempjiment ta’ l-obbligi tal-Partijiet stabbiliti fil-Ftehim ta’ Sħubija u ta’ Kooperazzjoni ta’ l-1999 bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, u l-Ġeorġja, u jipprovdi qafas aktar ġenerali sabiex tiġi promosa integrazzjoni ekonomika u regolatorja aktar mill-qrib tal-Ġeorġja fl-UE f’perjodu ta’ ħames snin. 2. Il-Pjan ta’ Azzjoni ta’ l-ENP ta’ l-UE u tal-Ġeorġja jinkludi diversi għanijiet relatati mal-qasam tal-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà, b’mod partikolari taħt il-“Qasam prijoritarju 4” u l-punt 4.3 ta’ “L-Għanijiet u l-Azzjonijiet Ġenerali”. Barra minn hekk, il-Pjan ta’ Azzjoni ta’ l-ENP ta’ l-UE u tal-Ġeorġja jipprovdi għal djalogu aħjar bejn l-UE u l-Ġeorġja dwar il-kwistjonijiet tal-migrazzjoni, inklużi, fost l-oħrajn, ir-ri-ammissjoni u l-kwistjonijiet tal-viżi. 3. Sabiex ikun stabbilit qafas istituzzjonali xieraq għall-iżvilupp ta’ dan id-djaolgu u sabiex jitwettaq monitoraġġ regolari ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-għanijiet relatati mal-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà, il-Pjan ta’ Azzjoni ta’ l-ENP ta’ l-UE u tal-Ġeorġja jipprevedi (il-Kapitolu 4.3) l-istabbiliment ta’ Sottokumitat ġdid dwar il-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà, fi ħdan il-qafas tal-Ftehim ta’ Sħubija u ta’ Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom u l-Ġeorġja. 4. Kif inhu provdut fl-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Mejju 1999 dwar il-konklużjoni ta’ l-imsemmi Ftehim ta’ Sħubija u ta’ Kooperazzjoni, ġie mehmuż it-test tal-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni li għandha tieħu l-Komunità fil-Kumitat ta’ Kooperazzjoni ta’ l-UE u tal-Ġeorġja rigward l-istabbiliment ta’ Sottokumitat dwar il-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà. Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni Komunitarja li għandha tiġi adotta fil-Kumitat ta’ Kooperazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta’ Sħubija u ta’ Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq in-naħa l-waħda, u l-Ġeorġja, fuq in-naħa l-oħra, b’rabta mat-twaqqif ta’ Sottokumitat dwar il-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidra l-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Mejju 1999[1] dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (PCA) bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u Georgia, fuq in-naħa l-oħra, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, Billi: (1) Il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni ta’ l-UE u tal-Ġeorġja, fl-14 ta’ Novembru 2006, adotta rakkomandazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ Pjan ta’ Azzjoni ta’ l-UE u tal-Ġeorġja, (2) L-Artikolu 83 ta’ l-imsemmi PCA jipprovdi li l-Kunsill ta’ Kooperazzjoni għandu jkun mgħejjun fit-twettiq ta’ dmirijietu minn Kumitat ta’ Kooperazzjoni, (3) Il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni ta’ l-UE u tal-Ġeorġja adotta r-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat ta’ Kooperazzjoni fit-12 ta’ Ottobru 1999[2] fejn iddelega r-responsabbiltà għall-istabbilment u għat-twaqqif ulterjuri ta’ sottokumitati lill-Kumitat ta’ Kooperazzjoni ta’ l-UE u tal-Ġeorġja, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu Uniku Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata mill-Komunità fil-Kumitat ta’ Kooperazzjoni stabbilit permezz ta’ l-Artikolu 83 tal-Ftehim ta’ Sħubija u ta’ Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq in-naħa l-waħda, u l-Ġeorġja, fuq in-naħa l-oħra, b’rabta mat-twaqqif ta’ Sottokumitat dwar il-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà għandha tkun skond l-anness għal din id-Deċiżjoni. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President ANNESS IL-KUMITAT TA’ KOOPERAZZJONI, Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija u ta’ Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq in-naħa l-waħda, u l-Ġeorġja, fuq in-naħa l-oħra, (“il-Ftehim”) u b’mod partikolari l-Artikolu 83 tiegħu; Billi: (1) Skond l-Artikolu 10 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat ta’ Kooperazzjoni,[3] il-Kumitat ta’ Kooperazzjoni jista’ jistabbilixxi sottokumitati u jiddefinixxi t-termini ta’ referenza tagħhom; (2) Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (ENP) ta’ l-UE u tal-Ġeorġja (il-Kapitolu 5) jipprovdi li l-entitajiet konġunti stabbiliti skond dan il-Ftehim se javvanzaw u jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni u li l-istrutturi stabbiliti skond il-Ftehim għandhom jiġu analizzati sabiex ikun żgurat li l-prijoritajiet kollha skond il-Politika Ewropea tal-Viċinat ikunu riflessi b’mod xieraq; (3) L-oqsma tal-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà jirrappreżentaw prijoritajiet ewlenin tal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ l-ENP ta’ l-UE u tal-Ġeorġja. IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu Uniku B’dan qed jiġi stabbilit Sottokumitat dwar il-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà. It-Termini ta’ Referenza ta’ dan is-Sottokumitat huma mehmuża ma’ dan l-Anness. Magħmul fi, Għall-Kumitat ta’ Kooperazzjoni ta’ l-UE u tal-Ġeorġja Għall-Ġeorġja Għall-Komunità Ewropea Termini ta’ referenza tas-Sottokumitat dwar il-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà stabbilit skond il-Ftehim ta’ Sħubija u ta’ Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom u l-Ġeorġja IL-KUMITAT TA’ KOOPERAZZJONI, Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija u ta’ Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq in-naħa l-waħda, u l-Ġeorġja, fuq in-naħa l-oħra, Wara li kkunsidra r-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat ta’ Kooperazzjoni, stabbiliti mill-Kunsill ta’ Kooperazzjoni fit-12 ta’ Ottobru 1999 bħala Anness għar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħhom, Stabbilixxa Sottokumitat dwar il-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà bit-Termini ta’ Referenza li ġejjin: Artikolu 1 Is-Sottokumitat għandu jiddiskuti l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija u ta’ Kooperazzjoni u l-Pjan ta’ Azzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat relatat fl-oqsma li ġejjin: - il-ġestjoni tal-fruntieri; - il-ġestjoni tal-migrazzjoni legali u illegali (inklużi kwistjonijiet relatati ma’ ri-ammissjoni, viża, sigurtà tad-dokumenti ta’ l-ivvjaġġar, kenn politiku); - il-persuni spostati internament; - il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata (inklużi l-kuntrabandu ta’ u t-traffikar ta’ bnedmin, id-drogi illegali, il-ħasil tal-flus, il-kriminalità ċibernetika, il-korruzzjoni u forom oħra ta’ attivitajiet illegali); - il-ġlieda kontra t-terroriżmu (inkluż il-finanzjament tat-terroriżmu); - l-infurzar tal-liġi u l-kooperazzjoni ġudizzjarja; - l-istat tad-dritt u r-riforma tal-ġudikatura; - il-protezzjoni tad- data personali; - l-iżvilupp ta’ kooperazzjoni transkonfinali u reġjonali dwar kwistjonijiet ta’ Ġustizzja, Libertà u Sigurtà. Il-lista t’hawn fuq mhix eżawrjenti u l-Kumitat ta’ Kooperazzjoni jista’ jżid suġġetti oħra. Artikolu 2 Is-Sottokumitat għandu jaħdem taħt l-awtorità tal-Kumitat ta’ Kooperazzjoni. Wara kull laqgħa, is-Sottokumitat għandu jirrapporta, u jibgħat il-konklużjonijiet tiegħu lill-Kumitat ta’ Kooperazzjoni. Artikolu 3 Is-Sottokumitat għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Partijiet. Fuq ftehim taż-żewġ Partijiet, jistgħu jinstemgħu esperti rigward punti speċifiċi fuq l-aġenda tal-laqgħat tas-Sottokumitat, kif ikun xieraq. Artikolu 4 Is-Sottkumitat għandu jkun ippresjedut alternattivament mill-Partijiet skond ir-regoli dwar il-presidenza alternata tal-Kumitat ta’ Kooperazzjoni.[4] Artikolu 5 Uffiċjal tal-Kummissjoni Ewropea u uffiċjal tal-Gvern tal-Ġeorġja għandhom jaġixxu b’mod konġunt bħala segretarju permanenti tas-Sottokumitat. Il-komunikazzjonijiet kollha li jikkonċernaw is-Sottokumitat għandhom jintbagħtu lis-Segretarju Permanenti tas-Sottokumitat. Artikolu 6 Is-Sottokumitat għandu jiltaqa’ kulmeta jeħtieġu ċ-ċirkostanzi fuq qbil tal-Partijiet, fuq il-bażi ta’ talba bil-miktub minn kwalunkwe waħda mill-Partijiet, u mill-inqas darba fis-sena. Kull laqgħa għandha tinżamm f’post li jkun iddeterminat miż-żewġ Partijiet u f’ħin miftiehem minnhom. Malli tasal talba għal laqgħa tas-Sottokumitat, is-segretarju tal-Parti l-oħra għandu jwieġeb fi żmien ħmistax-il jum ta’ ħidma. F’każi ta’ urġenza partikolari, il-laqgħat tas-Sottokumitat jistgħu jitlaqqgħu b’perjodu iqsar ta’ notifika, bla ħsara għall-qbil taż-żewġ Partijiet. Qabel kull laqgħa, il-president għandu jkun informat bil-kompożizzjoni maħsuba tad-delegazzjoni taż-żewġ Partijiet. Il-laqgħat tas-Sottokumitat jitlaqqgħu b’mod konġunt miż-żewġ Segretarji Permanenti, li jaġixxu fi ftehim mas-Segretarji tal-Kumitat ta’ Kooperazzjoni. Artikolu 7 Il-punti biex ikunu inklużi fl-aġenda għandhom jitressqu quddiem is-Segretarji Permanenti mill-inqas 15-il jum ta’ ħidma bil-quddiem tal-laqgħa tas-Sottokumitat in kwistjoni. Kwalunkwe dokumentazzjoni ta’ appoġġ għandha tkun ipprovduta lis-Segretarji Permanenti mill-inqas għaxart ijiem ta’ ħidma bil-quddiem. Fuq il-bażi ta’ dawn il-punti, għandha titfassal u tintbagħat aġenda provviżorja, flimkien mad-dokumentazzjoni ta’ appoġġ disponibbli, lis-Segretarji tal-Kumitat ta’ Kooperazzjoni, kif ukoll lir-Rappreżentazzjonijiet Permanenti ta’ l-Istati Membri, mhux aktar tard minn ħamest ijiem ta’ ħidma qabel il-laqgħa tas-Sottokumitat. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, bil-qbil bil-miktub taż-żewġ Segretarji Permanenti, jistgħu jiġu miżjuda punti f’limiti iqsar ta’ żmien. Artikolu 8 Fil-laqgħa tiegħu, is-Sottokumitat jista’ jitratta kwalunkwe wieħed mill-oqsma jew l-oqsma kollha elenkati fl-Artikolu 1. Artikolu 9 Ħlief jekk ikun deċiż mod ieħor, il-laqgħat tas-Sottokumitat m’għandhomx ikunu pubbliċi. Artikolu 10 Għandhom jittieħdu l-minuti għal kull laqgħa. Kopja tal-minuti u tal-konklużjonijiet ta’ kull laqgħa tas-Sottokumitat għandhom jiġu trażmessi lis-Segretarji tal-Kumitat ta’ Kooperazzjoni. Għandhom jintbagħtu kopji wkoll lir-Rappreżentazzjonijiet Permanenti ta’ l-Istati Membri. [1] ĠU L 205, 4.8.1999, p. 1. [2] ĠU L 297, 18.11.1999, p. 38. [3] ĠU L 297 tat-18.11.1999, p. 38 [4] ĠU L 297, 18.11.1999, p. 38