Official Journal L 347 , 23/12/1998 P. 0019 - 0020
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2784/98 tat-22 ta’ Diċembru 1998 li jissupplimenta l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2400/96 dwar id-dħul ta’ ċerti ismijiet fir- "Reġistru ta’ denominazzjoni protetta ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti" pprovdut bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta’ l-oriġini għall-prodotti u l-oġġetti ta’ l-ikel agrikoli IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 ta' l-14 ta’ Lulju 1992 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u l-ismijiet ta' l-oriġini għall-prodotti u l-oġġetti ta’ l-ikel agrikoli [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissijoni (KEE) Nru 1068/97 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 6(3) u (4) tiegħu, Billi skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, ir-Renju Unit u Franza bagħtu lill-Kummissjoni applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ numru ta’ ismijiet bħala indikazzjonijiet ġeografiċi; Billi, skond l-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament, dawn l-applikazzjonijiet instabu li jilħqu l-ħtiġiet kollha stabbiliti fih, u b’mod partikolari fihom it-tagħrif kollu meħtieġ skond l-Artikolu 4 tiegħu; Billi, għal kull wieħed mill-ismijiet mogħtija fl-Anness ma' hawn, ma ġiet irċevuta mill-Kummissjoni l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skond l-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament wara l-pubblikazzjoni tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej [3]; Billi dawn l-ismijiet għandhom għalhekk jiddaħħlu fir-"Reġistru ta’ denominazzjoni protetta ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti" u minn issa 'l quddiem jiġu protetti fil-Komunità kollha bħala indikazzjonijiet ġeografiċi protetti; Billi l-Anness ma' hawn jissupplimenta l-Anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2400/96 [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2139/98 [5], ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L- Artikolu 1 L-ismijiet fl-Anness ma' hawn huma hawnhekk miżjuda fl-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2400/96 u mdaħħla fir-"Reġistru ta’ denominazzjoni protetta ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti" pprovdut bl-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 bħala indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (IĠP). L- Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-22 ta’ Diċembru 1998. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 208, ta'l-24.7.1992, p. 1. [2] ĠU L 156, tat-13.6.1997, p. 10. [3] ĠU C 120, tat-18.4.1998, p. 7. [4] ĠU L 327, tat-18.12.1996, p. 11. [5] ĠU L 270, tas-7.10.1998, p. 7. -------------------------------------------------- L-ANNESS Il-PRODOTTI ELENKATI FL-ANNESS II MAT-TRATTAT U MAĦSUBA GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM L-Iġbna IR-RENJU UNIT "Il-Ġobon Dorset Blue (IĠP)" Il-Frott u l-ħaxix ta' l-ikel FRANZA "Il-Melon du Haut-Poitou (IĠP)" --------------------------------------------------