European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/5985

2.10.2024

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ.11639 – ENILIVE / LG CHEM / JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/5985)

1.   

Fil-25 ta’ Settembru 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Enilive S.p.A. (“Enilive”, l-Italja), ikkontrollata minn Eni S.p.A. (“ENI”, l-Italja), u

—

LG Chem Ltd. (“LGC”, il-Korea t’Isfel).

Enilive u LGC se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ LG-Eni BioRefining, Co., Ltd, impriża konġunta b’funzjoni sħiħa f’żona ġdida (“JVCo”).

Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija li għadha kif ġiet maħluqa li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

Enilive hija kumpanija Taljana u hija sussidjarja ta’ ENI. Hija attiva fin-negozju tal-bijoxjenza u tat-trasformazzjoni tal-mobbiltà,

—

LGC hija kumpanija kimika tal-Korea t’Isfel attiva fin-negozju petrokimiku, fin-negozju tal-materjali avvanzati, fin-negozju tal-bijoxjenza u fin-negozju tal-batteriji.

3.   

L-attivitajiet kummerċjali ta’ JVCo huma li ġejjin: il-produzzjoni u l-bejgħ ta’ żejt veġetali idrotrattat (“HVO”, hydrotreated vegetable oil) Diżil, bijoġett (Fluwidu tal-Avjazzjoni Sostenibbli), HVO-nafta (magħruf ukoll bħala bijonafta), u bijogass likwifikat miż-żejt.

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11639 – ENILIVE / LGC / JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5985/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)