|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1405 |
17.7.2025 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1405
tas-16 ta’ Lulju 2025
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2126 fir-rigward tal-kwantitajiet totali ta’ kwoti tal-EU ETS ikkanċellati li jistgħu jitqiesu għall-konformità ta’ ċerti Stati Membri skont ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2018/842 jipprevedi l-possibbiltà li titqies kanċellazzjoni limitata ta’ kwoti tal-emissjonijiet tal-EU ETS għall-konformità ta’ ċerti Stati Membri skont l-Artikolu 9 ta’ dak ir-Regolament (il-“flessibbiltà tal-ETS”). |
|
(2) |
L-Anness III tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2126 (2) jistabbilixxi l-kwantitajiet totali li jistgħu jintużaw għall-flessibbiltà tal-ETS skont l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) 2018/842. Il-kwantitajiet totali ġew iddeterminati bl-applikazzjoni tal-perċentwali nnotifikati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) 2018/842 għall-valuri tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra kkalkolati għall-2005. |
|
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 6(3), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (UE) 2018/842, id-Danimarka u l-Lussemburgu nnotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom li jirrevedu l-perċentwal innotifikat qabel għall-fini tad-determinazzjoni tal-kwantità totali ta’ flessibbiltà tal-ETS li jistgħu jużaw għall-konformità skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2018/842. Għalhekk, jeħtieġ li tiġi il-kwantità totali, indikata fl-Anness III tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2126, tal-kwoti tal-emissjonijiet tal-EU ETS ikkanċellati li jistgħu jitqiesu għall-konformità tad-Danimarka u tal-Lussemburgu skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2018/842. |
|
(4) |
Il-kwantitajiet totali tal-kwoti tal-emissjonijiet tal-EU ETS ikkanċellati li jistgħu jitqiesu għall-konformità tad-Danimarka u tal-Lussemburgu skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2018/842 huma ddeterminati billi, għal kull sena fil-perjodu 2021-2030, jiġi applikat il-perċentwal innotifikat minn dawk l-Istati Membri għall-valur tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra kkalkulati tagħhom għall-2005 kif stabbilit fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2126. Il-perċentwali nnotifikati mid-Danimarka u mil-Lussemburgu fl-2024, skont l-Artikolu 6(3), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (UE) 2018/842, għandhom jiġu applikati għall-valur tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra kkalkulati għall-2005 f’kull waħda mis-snin mill-2026 sal-2030. |
|
(5) |
Fl-20 ta’ Novembru 2023, in-Netherlands, wara li ma bagħtu l-ebda notifika fl-2019 dwar l-intenzjoni tagħhom li jużaw il-flessibbiltà tal-ETS, innotifikaw lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 6(3b) tar-Regolament (UE) 2018/842, li kellhom l-intenzjoni li jikkanċellaw il-kwoti tal-EU ETS li jikkorrispondu għal 0 % tal-massimu speċifikat fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament. Għalhekk, jixraq li dik l-intenzjoni tiġi riflessa fl-Anness III tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2126. |
|
(6) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2126 tiġi emendata kif xieraq. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness III tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2126 huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Lulju 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 156, 19.6.2018, p. 26, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/842/oj.
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2126 tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar l-istabbiliment tal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tal-Istati Membri għall-perjodu mill-2021 sal-2030 skont ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 426, 17.12.2020, p. 58, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2020/2126/oj).
ANNESS
“ANNESS III
Kwantitajiet totali wara t-tnaqqis tal-kwoti tal-EU ETS li jistgħu jitqiesu għall-konformità ta’ ċerti Stati Membri skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2018/842
|
Stat Membru |
Kwantità totali f’tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2 |
|
Il-Belġju |
15 423 456 |
|
Id-Danimarka |
4 036 809 |
|
L-Irlanda |
19 075 035 |
|
Il-Lussemburgu |
2 023 237 |
|
Malta |
510 300 |
|
In-Netherlands |
0 |
|
L-Awstrija |
11 398 397 |
|
Il-Finlandja |
6 887 972 |
|
L-Iżvezja |
5 187 421 |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/1405/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)