|
17.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 102/56 |
DEĊIŻJONI (UE) 2023/817 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-5 ta’ April 2023
li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2019/1743 dwar ir-remunerazzjoni ta’ holdings ta’ eċċess ta’ riżervi u ta’ ċerti depożiti (BĊE/2019/31) (BĊE/2023/9)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, b’mod partikolari l-Artikoli 17 u 19 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fit-8 ta’ Settembru 2022, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jaġġusta temporanjament ir-remunerazzjoni tad-depożiti miżmuma mal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) applikata skont l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni (UE) 2019/1743 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2019/31) (1) u l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni BĊE/2010/4 tal-Bank Ċentrali Ewropew (2). Id-Deċiżjoni (UE) 2022/1521 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2022/30) (3) implimentat dan il-qafas temporanju billi stabbiliet ir-remunerazzjoni ta’ tali depożiti bir-rata tal-faċilità ta’ depożitu jew ir-rata tal-euro fuq terminu qasir (€STR), skont liema minnhom tkun l-aktar baxxa. Id-Deċiżjoni (UE) 2022/1521 (BĊE/2022/30) mhijiex ser tibqa’ fis-seħħ wara t-30 ta’ April 2023. |
|
(2) |
Fis-6 ta’ Frar 2023, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li mill-1 ta’ Mejju 2023 ir-remunerazzjoni ta’ dawn id-depożiti se tiġi stabbilita bir-rata tal-euro fuq terminu qasir (€STR) nieqes 20 punt bażi. Din ir-rata ta’ remunerazzjoni hija allinjata mal-limitu massimu tar-remunerazzjoni applikabbli għad-depożiti tal-gvern miżmuma mal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro, kif speċifikat fil-Linja Gwida (UE) 2019/671 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2019/7) (4), li se tiġi stabbilita wkoll bir-rata tal-euro fuq terminu qasir (€STR) nieqes 20 punt bażi mill-1 ta’ Mejju 2023. |
|
(3) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni (UE) 2019/1743 (BĊE/2019/31) għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi
L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni (UE) 2019/1743 (BĊE/2019/31) huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Il-parteċipazzjonijiet fil-kontijiet li ġejjin miżmuma mal-BĊE għandhom jiġu rremunerati bir-rata tal-euro fuq terminu qasir (€STR) bit-tnaqqis ta’ 20 punt bażi:
Madankollu, meta jkun meħtieġ li d-depożiti jinżammu fil-kontijiet rilevanti qabel id-data meta jrid isir ħlas skont ir-regoli legali jew kuntrattwali applikabbli għall-faċilità kkonċernata, dawn id-depożiti għandhom jiġu remunerati matul dan il-perijodu bikri bir-rata ta’ żero fil-mija jew bir-rata tal-euro fuq terminu qasir (€STR), skont liema tkun l-ogħla. (*1) Id-Deċiżjoni BĊE/2003/14 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta’ Novembru 2003 dwar l-amministrazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ self u tislif li l-Komunità Ewropea kkonkludiet skont il-faċilità ta’ assistenza finanzjarja ta’ tul medju (ĠU L 297, 15.11.2003, p. 35)" (*2) Id-Deċiżjoni BĊE/2010/4 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2010 dwar il-ġestjoni ta’ self bilaterali kollettiv għall-benefiċċju tar-Repubblika Ellenika u li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2007/7 BĊE/2007/7 (ĠU L 119, 13.5.2010, p. 24)." (*3) Id-Deċiżjoni BĊE/2010/17 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-14 ta’ Ottubru 2010 dwar l-amministrazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ self lil u mill-Unjoni taħt il-mekkaniżmu Ewropew għall-istabbilizzazzjoni finanzjarja (ĠU L 275, 20.10.2010, p. 10)." (*4) Id-Deċiżjoni BĊE/2010/31 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-20 ta’ Diċembru 2010 li tikkonċerna l-ftuħ ta’ kontijiet għall-ipproċessar ta’ ħlasijiet b’rabta ma’ self mill-EFSF lil Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (ĠU L 10, 14.1.2011, p. 7)." (*5) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/672 tad-19 ta’ Mejju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ strument Ewropew għal appoġġ temporanju biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad f’emerġenza (SURE) wara t-tifqigħa tal-COVID-19 (ĠU L 159, 20.5.2020, p. 1)”;" |
|
(2) |
il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Ir-rata speċifikata fil-paragrafu 1 għandha tapplika wkoll għall-kont iddedikat miżmum mal-BĊE skont l-Artikolu 13(2) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ April 2021 li tistabbilixxi l-arranġamenti meħtieġa għall-amministrazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ teħid b’self skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 u għall-operazzjonijiet ta’ għoti b’self relatati ma’ self mogħti skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*) u użat għall-finijiet ta’ parteċipazzjonijiet prudenzjali ta’ flus kontanti fir-rigward ta’:
Madankollu, ammont aggregat ta’ depożiti miżmuma f’dak il-kont iddedikat li ma jaqbiżx EUR 20 biljun għandu jiġi rremunerat b’żero fil-mija jew bir-rata tal-euro fuq terminu qasir (€STR) nieqes 20 punt bażi, skont liema tkun l-ogħla. (*) C(2021)2502 final." (**) Ir-Regolament (UE) 2022/2463 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 li jistabbilixxi strument għall-għoti ta’ appoġġ lill-Ukrajna għall-2023 (assistenza makrofinanzjarja+) (ĠU L 322, 16.12.2022, p. 1).”." |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-ħames jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2. Għandha tapplika mill-1 ta’ Mejju 2023.
Magħmul fi Frankfurt am Main, il-5 ta’ April 2023.
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) Id-Deċiżjoni (UE) 2019/1743 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-15 ta’ Ottubru 2019 dwar ir-remunerazzjoni ta’ holdings ta’ eċċess ta’ riżervi u ta’ ċerti depożiti (BĊE/2019/31) (ĠU L 267, 21.10.2019, p. 12).
(2) Id-Deċiżjoni BĊE/2010/4 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2010 dwar il-ġestjoni ta’ self bilaterali kollettiv għall-benefiċċju tar-Repubblika Ellenika u li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2007/7 (ĠU L 119, 13.5.2010, p. 24).
(3) Id-Deċiżjoni (UE) 2022/1521 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-12 ta’ Settembru 2022 dwar aġġustamenti temporanji għar-remunerazzjoni ta’ ċerti depożiti ta’ politika mhux monetarja miżmuma ma’ banek ċentrali nazzjonali u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2022/30) (ĠU L 236 I, 13.9.2022, p. 1).
(4) Linja Gwida (UE) 2019/671 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-9 ta’ April 2019 dwar operazzjonijiet ta’ ġestjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet domestiċi mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊE/2019/7) (ĠU L 113, 29.4.2019, p. 11).