|
16.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 382/7 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1703
tat-13 ta’ Novembru 2020
dwar kundizzjonijiet uniformi għat-trażmissjoni tas-serje kronoloġika għat-tqassim reġjonali l-ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 jipprevedi l-qafas legali għall-klassifikazzjoni reġjonali jkunu jistgħu jsiru l-ġbir, il-kumpilazzjoni u t-tixrid ta’ statistika reġjonali armonizzata fl-Unjoni. |
|
(2) |
Il-Kummissjoni emendat il-klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1755 (2) b’effett mill-1 ta’ Jannar 2021. |
|
(3) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni s-serje kronoloġika għat-tqassim reġjonali l-ġdid skont l-Anness sal-1 ta’ Jannar 2023.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Novembru 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1755 tat-8 ta’ Awwissu 2019 li jemenda l-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 270, 24.10.2019, p. 1).
ANNESS
Is-sena tal-bidu meħtieġa skont id-dominju statistiku
|
Id-dominju |
Il-livell 2 tan-NUTS |
Il-livell 3 tan-NUTS |
|
Agrikoltura |
2016 |
|
|
Demografija – il-popolazzjoni, twelidiet ta’ trabi ħajjin, imwiet |
1990 (1) |
1990 (2) |
|
Suq tax-xogħol – impjiegi, qgħad |
2016 |
2016 (3) |
|
Edukazzjoni |
2013 |
|
|
Ambjent – faċilitajiet tat-trattament tal-iskart |
2018 |
|
|
Saħħa – kawżi tal-imwiet |
2011 |
|
|
Saħħa – infrastruttura |
1996 (4) |
|
|
Saħħa – pazjenti |
2003 (5) |
|
|
Soċjetà tal-informazzjoni |
2016 (6) |
|
|
Kontijiet reġjonali – Kontijiet tal-unitajiet domestiċi skont ir-reġjun |
2000 |
|
|
Kontijiet reġjonali – Kontijiet skont l-industrija u skont ir-reġjun |
2000 |
2000 |
|
Xjenza u teknoloġija – nefqa u persunal għar-riċerka u l-iżvilupp |
2016 |
|
|
Turiżmu |
2018 |
|
(1) It-trażmissjoni mhix obbligatorja għas-snin ta’ referenza mill-1990 sal-2012.
(2) It-trażmissjoni mhix obbligatorja għas-snin ta’ referenza mill-1990 sal-2012.
(3) It-trażmissjoni mhix obbligatorja.
(4) It-trażmissjoni mhix obbligatorja.
(5) It-trażmissjoni mhix obbligatorja.
(6) It-trażmissjoni mhix obbligatorja.