|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/5234 |
25.9.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12123 — NORDIC CAPITAL / PERMIRA / BAVARIAN NORDIC)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/5234)
1.
Fis-16 ta’ Settembru 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Nordic Capital XI Limited (“Nordic Capital”, Jersey) li tappartjeni għall-grupp Nordic Capital ta’ fondi u veikoli (Jersey), |
|
— |
Permira Holdings Limited (“Permira”, Guernesey), |
|
— |
Bavarian Nordic A/S (“Bavarian Nordic”, id-Danimarka). |
Nordic Capital u Permira se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Bavarian Nordic kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fit-28 ta’ Lulju 2025.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Nordic Capital hija kumpanija ta’ ekwità privata li tinvesti f’kumpaniji kbar u ta’ daqs medju attivi fiż-ŻEE u globalment, |
|
— |
Permira tipprovdi servizzi ta’ ġestjoni tal-investiment lil fondi ta’ investiment madwar l-UE u globalment, |
|
— |
Bavarian Nordic hija fornitur globali ta’ vaċċini tal-ivvjaġġar u tforni vaċċini lill-gvernijiet u lill-organizzazzjonijiet internazzjonali b’appoġġ għall-inizjattivi ta’ tħejjija għas-saħħa pubblika. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12123 — NORDIC CAPITAL / PERMIRA / BAVARIAN NORDIC
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5234/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)