31996D0302



Official Journal L 116 , 11/05/1996 P. 0026 - 0027


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-17 t'April 1996

li tistabbilixxi format li fih għandha tkun provduta informazzjoni skond l-Artikolu 8(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE dwar skart perikoluż

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(96/302/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE tat-12 ta' Diċembru 1991 fuq skart perikoluż [1], kif emendat mid- Direttiva 94/31/KE [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 8(3) tagħha,

Billi d-dispożizzjoni msemmija qabel teħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi format li fih għandha tkun provduta informazzjoni skond l-Artikolu 8(3) tad-Direttiva;

Billi l-Kummissjoni hi megħjuna f'dan il-kompitu mill-Kumitat, magħmul minn rappreżentanti ta' l-Istati Membri u ppresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni, stabbilit skond l-Artikolu 18 tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE tal- 15 ta' Lulju 1975 fuq l-iskart [3] kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 91/692/KEE [4];

Billi l-miżuri kkunsidrati minn din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi hawn fuq,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-dokument anness ma’ din id-Deċiżjoni għandu jkun il-format li fih għandha tkun provduta informazzjoni skond l-Artikolu 8(3) tad- Direttiva 91/689/KEE fuq l-iskart perikoluż.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula Brussel, fis-17 ta'April 1996.

Għall-Kummissjoni

Ritt Bjerregaard

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 377, tal-31.12.1991, p. 20.

[2] ĠU L 168, tat-2.7.1994, p. 28.

[3] ĠU L 194, tal-25.7.1975, p. 39.

[4] ĠU L 377, tal-31.12.1991, p. 48.

--------------------------------------------------

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------