|
1.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 289/2 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9910 — Mapfre Group/Santander Group/Popular Seguros JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 289/02)
1.
Fil-21 ta’ Awwissu 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Mapfre S.A., u s-sussidjarji tagħha (“Mapfre Group”, Spanja), |
|
— |
Banco Santander, S.A., u s-sussidjarji tagħha (“Santander Group”, Spanja), |
|
— |
Popular Seguros – Companhia de Seguros, S.A. (“Popular JV”, il-Portugall), ikkontrollata mis-Santander Group. |
Mapfre Group u Santander Group jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Popular JV.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Mapfre Group: attivitajiet ta’ assikurazzjoni u riassikurazzjoni f’45 pajjiż, fosthom il-Portugall, Spanja u pajjiżi oħra fl-Ewropa u madwar id-dinja, |
|
— |
Santander Group: servizzi bankarji għall-konsumatur, servizzi bankarji korporattivi, servizzi bankarji ta’ investiment, ġestjoni tal-assi u tat-teżor madwar l-Ewropa, kif ukoll fl-Istati Uniti tal-Amerka, l-Amerka Latina u l-Asja, |
|
— |
Popular JV: il-provvista ta’ assikurazzjoni mhux fuq il-ħajja fil-Portugall. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9910 — Mapfre Group/Santander Group/Popular Seguros JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks: +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).