02011D0335 — MT — 01.01.2018 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL tat-30 ta’ Mejju 2011 li tawtorizza lir-Repubblika tal-Litwanja sabiex tapplika miżura ta’ deroga mill-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 150 9.6.2011, p. 6) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2014/795/UE tas-7 ta' Novembru 2014 |
L 330 |
44 |
15.11.2014 |
|
|
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/1853 tal-10 ta' Ottubru 2017 |
L 265 |
15 |
14.10.2017 |
|
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL
tat-30 ta’ Mejju 2011
li tawtorizza lir-Repubblika tal-Litwanja sabiex tapplika miżura ta’ deroga mill-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud
(2011/335/UE)
Artikolu 1
B’deroga mill-Artikolu 287(11) tad-Direttiva 2006/112/KE, ir-Repubblika tal-Litwanja hija awtorizzata li teżenta mill-VAT lil persuni taxxabbli li l-fatturat annwali tagħhom m’huwiex ogħla mill-ekwivalenti fil-valuta nazzjonali ta’ EUR 45 000 bir-rata ta’ konverżjoni fil-jum tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tan-notifika tagħha.
Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2012 sal-31 ta' Diċembru 2020 jew sad-dħul fis-seħħ ta' direttiva li temenda d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 281 sa 294 tad-Direttiva 2006/112/KE, skont liema data tiġi l-ewwel.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Litwanja.