12004V246

Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI III - POLITIKA U FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - TITOLU III - POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI - KAPITOLU III - POLITIKA F'OQSMA OĦRA - Sezzjoni 8 - Rettikolati trans-Ewropej - Artikolu III-246

Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0108 - 0108


Artikolu III-246

1. Sabiex tgħin biex jintlaħqu l-għanijiet previsti fl-Artikoli III-130 u III-220 u sabiex ċittadini ta' l-Unjoni, operaturi ekonomiċi u komunitajiet reġjonali u lokali jkunu jistgħu jieħdu benefiċċju sħiħ mill-istabbiliment ta' żona mingħajr fruntieri interni, l-Unjoni għandha tikkontribwixxi għall-istabbiliment u l-iżvilupp ta' rettikolati trans-Ewropej fiż-żoni ta' trasport, telekomunikazzjonijiet u infrastrutturi ta' l-enerġija.

2. Fil-qafas ta' sistema ta' swieq miftuħa u kompetittivi, azzjoni mill-Unjoni għandha timmira biex tippromwovi l-interkonnessjoni u l-interoperabilità ta' rettikolati nazzjonali, kif ukoll aċċess għal dawn ir-rettikolati. Għandha tieħu in kunsiderazzjoni b'mod partikolari l-bżonn li jingħaqdu r-reġjuni ta' gżejjer, dawk maqtugħa mill-baħar kif ukoll dawk periferiċi mar-reġjuni ċentrali ta' l-Unjoni.

--------------------------------------------------