<HT TYPE="UC">Konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali</HT>
<HT TYPE="UC">Mengozzi</HT>
ppreżentati fil-<DATE ISO="20070215">15 ta' Frar 2007</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING.CONTINUED="YES">
Lingwa oriġinali: it-Taljan.
</NOTE>
<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="326" DATE.PUB="1986" PAGE.FIRST="40">ĠU L 326, p. 40</REF.DOC.OJ>.
Il-kuntest normattiv ta' riferiment
Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE, dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea, għas-suġġetti ta' kompetenza tagħha, tal-ftehim ta' negozjati multilaterali ta' l-Uruguay Round (1986-1994) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="336" DATE.PUB="1994" PAGE.FIRST="1">ĠU L 336, p. 1</REF.DOC.OJ>).
</NOTE>, il-Kunsill kien approva f'isem il-Komunità,<?PAGE NO="I-4310"?> relattivament għall-parti ta' kompetenza tiegħu, b'mod partikolari, il-Ftehim li waqqaf l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (aktar 'il quddiem l-<QUOT.START ID="QS0005" REF.END="QE0005" CODE="201C"/>ODK<QUOT.END ID="QE0005" REF.START="QS0005" CODE="201D"/>) kif ukoll il-Ftehim fl-Annessi 1, 2 u 3 ta' l-imsemmi Ftehim, li fosthom jidher, bħala Anness 1 B, il-GATS.</TXT></NP><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu II tal-GATS, intitolat <QUOT.START ID="QS0006" REF.END="QE0006" CODE="201C"/>Trattament tal-pajjiż l-aktar favorit<QUOT.END ID="QE0006" REF.START="QS0006" CODE="201D"/>, jipprevedi, fis-subinċiż (1), dan li ġej:</TXT>
<QUOT.S LEVEL="1">
<QUOT.START ID="QS0007" REF.END="QE0007" CODE="201C"/>F'dak li jikkonċerna l-miżuri maħsuba f'dan il-ftehim, kull membru huwa marbut li jagħti lis-servizzi u lil dawk li jagħtu servizzi ta' kull membru ieħor, b'mod immedjat u inkundizzjonat, trattament mhux anqas favorevoli minn dak mogħti għal servizzi analogi u lil dawk li jagħtu servizzi ta' kull pajjiż ieħor.<QUOT.END ID="QE0007" REF.START="QS0007" CODE="201D"/>
</QUOT.S>
</NP><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tat-Tlettax-il Direttiva jiddisponi kif ġej:</TXT>
<QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0008" REF.END="QE0008" CODE="201C"/>1.</NO.P><TXT>Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 3 u 4, kull Stat Membru għandu jagħti r-rifond [l-ħlas lura] lil kull persuna taxxabbli li mhijiex stabbilita fit-territorju tal-Komunità, bla ħsara għall-kondizzjonijiet dikjarati hawn taħt, kull taxxa fuq il-valur miżjud taxxa fuq servizzi jew proprjetà mobbli fornita lilha fit-territorju jew fil-pajjiż minn persuni taxxabbli oħra jew taxxa fuq l-importazzjoni ta' oġġetti fil-pajjiż, safejn dawn l-oġġetti u servizzi jiġu wżati għall-iskopijiet ta' transazzjonijiet riferiti fl-Artikolu 17(3)(a) u (b) tad-Direttiva 77/388/KEE jew fid-disposizzjoni ta' servizzi riferiti fil-punt 1 (b) ta' l-Artikolu 1 ta' din id-Direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>L-Istati Membri jistgħu jagħtu r-rifondi [ħlas lura] li hemm referenza għalihom filparagrafu 1 bil-kondizzjoni li terzi Stati jagħtu vantaġġi simili rigward taxxi fuq ċaqliq ta' flus [dħul mill-bejgħ].</TXT>
[...]<QUOT.END ID="QE0008" REF.START="QS0008" CODE="201D"/>
</NP></QUOT.S>
</NP><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>Is-sitt frażi ta' l-Artikolu 18(9) ta' l-Umsatzsteuergesetz 1999 (il-liġi Ġermaniża ta l-1999 dwar it-taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ, aktar 'il quddiem l-<QUOT.START ID="QS0009" REF.END="QE0009" CODE="201C"/>UstG<QUOT.END ID="QE0009" REF.START="QS0009" CODE="201D"/>)<NOTE NOTE.ID="E0004" NUMBERING.CONTINUED="YES">
BGBl 1999 I, p. 1270.
</NOTE> tiddisponi kif ġej:</TXT>
<QUOT.S LEVEL="1">
<QUOT.START ID="QS0010" REF.END="QE0010" CODE="201C"/>Lill-imprenditur li m'għandux l-uffiċċju reġistrat tiegħu fit-territorju Komunitarju għandha titħallas lura t-taxxa mħallsa input jekk fil-pajjiż fejn l-imprenditur kellu l-bażi tiegħu ma tkunx ġiet miġbura t-taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ jew taxxa analoga jew jekk<?PAGE NO="I-4311"?> din it-taxxa titħallas lura lill-imprenditur li għandu l-bażi tiegħu fit-territorju Ġerma-niż.<QUOT.END ID="QE0010" REF.START="QS0010" CODE="201D"/>
</QUOT.S>
Il-kawża nazzjonali u d-domanda prelimi-nari
Dan jirriżulta, skond il-qorti tar-rinviju, anki mill-fatt illi, għalkemm l-Artikolu II (2) tal-GATS ikun espressament ippreveda l-possibbiltà li jeskludi mill-kuntest ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 11(1) tal-GATS miżuri inkompatibbli mal-klawżola tal-pajjiż l-aktar favorit għalkemm dawn il-miżuri jkunu msemmija fl-Anness korrispondenti tal-Ftehim u jħarsu l-kundizzjonijiet hemmekk previsti, l-ebda riżerva ta' dan it-tip ġiet prevista, fl-isemmi Anness, bl-Artikolu 2(2) tat-Tlettax-il Direttiva.
</NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tirrielva wkoll li l-GATS huwa ftehim purament ta' dritt internazzjonali li jistabbilixxi drittijiet u obbligi biss bejn il-membri tiegħu u li l-ksur tal-GATS għandhom jiġu trattati, bħala prinċipju, abbażi biss tal-ftehim konkluż fl-ODK fuq ir-regoli u l-proċeduri li jirregolaw il-kontroversji. Madankollu, dan ma jfissirx, fil-fehma tal-qorti tar-rinviju, li l-Komunità Ewropea u l-istituzzjonijiet tagħha m'għand-homx jinterpretaw u japplikaw konformement mal-GATS l-atti ta' dritt Komunitarju derivat adottatti qabel l-adeżjoni għall-ODK, fosthom it-Tlettax-il Direttiva. Fil-fatt, il-ftehim, bħall-GATS, konklużi fil-kundizzjonijiet indikati fl-Artikolu 300(7) KE, li jirreferi espressament għalih l-Artikolu 133 (3) KE, ikunu obbligatorji għall-istituzzjoni-jiet tal-Komunità u għall-Istati Membri ta' listess u jikkostitwixxu parti integrali tad-dritt Komunitarju.</TXT></NP><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>Peress li tqis li s-soluzzjoni għall-kon-troversja li tagħha ntalbet tieħu konjizzjoni tiddependi mill-kompatibbiltà tas-sitt frażi ta' l-Artikolu 18(9) ta' l-UStG ma l-Artikolu 2(2) tat-Tlettax-il Direttiva u peress li għandha dubji dwar l-interpretazzjoni korretta ta' din l-aħħar dispożizzjoni, il-qorti tar-rinviju ssospendiet il-kawża u għamlet lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda li ġejja:</TXT>
<QUOT.S LEVEL="1">
<QUOT.START ID="QS0011" REF.END="QE0011" CODE="201C"/>L-Artikolu 2(2) tat-Tlettax-il Direttiva [...] għandu jiġi interpretat restrittivament, fissens li d-dritt fih mogħti lill-Istati Membri li jissuġġettaw il-ħlas lura tal-VAT għall-għoti min-naħa ta' Stati terzi ta' vantaġġi simili filqasam tat-taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ mhux qed tirreferi għal dawk l-Istati li, bħala parti<?PAGE NO="I-4313"?> kontraenti [tal-GATS] (BGBl. 1994 II, p. 1473, [...]), jistgħu jużaw il-klawżola tal-pajjiż l-aktar favorit prevista f'dan il-ftehim (Artikolu 11(1) tal-GATS)?<QUOT.END ID="QE0011" REF.START="QS0011" CODE="201D"/>
</QUOT.S>
Analiżi ġuridika
Il-Gvern Polakk jistieden madankollu lill-Qorti tal-Ġustizzja tillimita fiż-żmien l-effetti tad-deċiżjoni tagħha fejn ikun hemm risposta pożittiva għad-domanda preliminari.
</NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Jien ukoll ta' l-istess fehma, għar-raġu-nijiet li ser nispjega.</TXT></NP><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Naħseb li huwa opportun li neżamina lewwel nett l-argumentazzjoni li fuqha l-Kummissjoni kitbet l-iktar fit-tul fin-nota ta' osservazzjonijiet u li biha fis-sustanza tenfasizza l-eżiġenza li ma tirrikonoxxix lil operatur stabbilit fi Stat terz, bħar-rikorrenti fiż-żmien tal-fatti<NOTE NOTE.ID="E0007" NUMBERING.CONTINUED="YES">
Kif inhu magħruf, ir-Repubblika Ċeka hija membru tal-Komunità Ewropea biss mill-<DATE ISO="20040501">1 ta' Mejju 2004</DATE>.
</NOTE>, pożizzjoni assolutament aktar vantaġġjuża minn dik li jgawdu l-operaturi stabbiliti fi ħdan il-Komunità.</TXT></NP><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tosserva li s-sistema ta' ħlas lura tal-VAT favur persuni taxxabbli mhux residenti fl-Istat applikabbli fi ħdan il-Komunità skond id-Direttiva 79/1072/KEE<NOTE NOTE.ID="E0008" NUMBERING.CONTINUED="YES">
It-Tmien Direttiva tal-Kunsill tas-<DATE ISO="19791206">6 ta' Diċembru 1979</DATE> dwar larmonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward it-taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Arranġamenti għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud lill-persuni taxxabbli li m'humiex stabbiliti fit-territorju tal-pajjiż (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="331" DATE.PUB="1979" PAGE.FIRST="11">ĠU L 331, p. 11</REF.DOC.OJ>).
</NOTE> hija kkaratterizzata mill-qbil fil-prinċipju, muri mill-Qorti tal-Ġustizzja fissentenza Debouche<NOTE NOTE.ID="E0009" NUMBERING.CONTINUED="YES">
Sentenza tas-<DATE ISO="19960926">26 ta' Settembru 1996</DATE>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-302/93" YEAR="1996" PAGE.ECR="I-4495">C-302/93, (Ġabra p. I-4495)</REF.DOC.ECR>.
</NOTE>, bejn id-dritt ta' ħlas lura u d-dritt għal tnaqqis tat-taxxa mħallsa input. IIKummissjoni tosserva li, skond din issentenza, konformement ma' l-għan tas-sistema tad-Direttivi fuq il-VAT, persuna taxxabbli li tgawdi minn eżenzjoni u li, għalhekk, m'għandhiex dritt għal tnaqqis tat-taxxa mħallsa input ġol-pajjiż, m'għand-hiex dritt għall-ħlas lura tal-VAT imħallsa fi Stat Membru ieħor<NOTE NOTE.ID="E0010" NUMBERING.CONTINUED="YES">
Sentenza Debouche, iċċitata aktar 'il fuq, punt 15.
</NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>Soluzzjoni analoga għandha tapplika, <HT TYPE="ITALIC">a fortiori,</HT> f'dak li jirrigwarda l-ħlas lura tal-VAT imħallsa input favur operaturi stabbiliti<?PAGE NO="I-4314"?> fi Stati terzi, u dan skond l-Artikolu 3(2) tat-Tlettax-il Direttiva, li jiddisponi li l-ħlas lura ta' l-Artikolu 2(1) ta' l-istess Direttiva ma jistax jingħata taħt kundizzjonijiet iktar favorevoli minn dawk applikabbli għal persuni taxxabli fil-Komunità. Għalhekk, skond il-Kummissjoni, jekk operatur stabbilit fi Stat Membru terz hemmhekk mhuwiex suġġett għall-VAT, ma jistax ikollu drittijiet dwar it-taxxa mħallsa input, u għalhekk ma jistax lanqas ikollu drittijiet għal ħlas lura filkonfront ta' Stati Membri tal-Komunità li fihom kien eventwalment ħallas il-VAT input. Soluzzjoni kuntrarja tispiċċa tibbenefika lil dan l-operatur b'kundizzjonijiet aktar favorevoli minn dawk applikabbli għal persuni taxxabbli stabbiliti fil-Komunità.</TXT></NP><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tafferma barra dan li <QUOT.START ID="QS0012" REF.END="QE0012" CODE="201C"/>lpossibbiltà li tnaqqas it-taxxa mħallsa input fil-pajjiż ta' oriġini tiegħu bħala persuna taxxabbli tikkostitwixxi <QUOT.START ID="QS0013" REF.END="QE0013" CODE="2018"/>eżiġenza ta<QUOT.END ID="QE0013" REF.START="QS0013" CODE="2019"/> reċipro-ċità' ta' dritt Komunitarju<QUOT.END ID="QE0012" REF.START="QS0012" CODE="201D"/> u li <QUOT.START ID="QS0014" REF.END="QE0014" CODE="201C"/>l-impriżi stabbiliti fi Stati Membri oħrajn tal-Komunità jistgħu wara kollox anki jibbenefikaw mill-mekkaniżmu tat-tnaqqis tat-taxxa input<QUOT.END ID="QE0014" REF.START="QS0014" CODE="201D"/>. Jirriżulta minn dan <QUOT.START ID="QS0015" REF.END="QE0015" CODE="201C"/>reċiproċità<QUOT.END ID="QE0015" REF.START="QS0015" CODE="201D"/> bejn l-Istati Membri tal-Komunità<NOTE NOTE.ID="E0011" NUMBERING.CONTINUED="YES">
Nota ta' osservazzjonijiet tal-Kummissjoni, punt 20, infine.
</NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>Skond il-Kummissjoni, ir-rifjut ta' lawtoritajiet Ġermaniżi li jipproċedu għall-ħlas lura mitlub mir-rikorrenti ma tmurx kontra l-klawżola tal-pajjiż l-aktar favorit prevista mill-GATS. Dan ir-rifjut jiżvantaġġa r-rikorrenti mqabbel ma' l-impriżi stabbiliti fil-Komunità, iżda tkun konformi mas-sistema tal-VAT Komunitarja u għall-prinċipju ġenerali ta' ugwaljanza, in kwantu tevita li tpoġġi lir-rikorrenti — li mhijiex, skond il-Kummissjoni, persuna taxxabbli fis-sens tad-Direttiva 77/388/KEE<NOTE NOTE.ID="E0012" NUMBERING.CONTINUED="YES">
Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill tas-<DATE ISO="19770517">17 ta' Mejju 1977</DATE>, fuq larmonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="145" DATE.PUB="1977" PAGE.FIRST="1">ĠU L 145, p. 1</REF.DOC.OJ>).
</NOTE> — fsitwazzjoni aktar vantaġġjuża mqabbla ma' dik ta' l-impriżi stabbiliti fil-Komunità.</TXT></NP><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>Għalhekk, jidhirli li l-fondatezza eventwali fil-fatt u fid-dritt ta' l-argumentazzjoni tal-Kummissjoni li issa qed jiġu eżaminati — li hija bbażata fuq il-premessa, ta' natura fattwali, li r-rikorrenti, fiż-żmien tal-fatti ma kinitx għada suġġetta għal taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ fl-Istat fejn hija kienet stabbilita — m'għandhiex aktar effett fuq il-mertu taddomanda preliminari, li hija magħmula ftermini ta' interpretazzjoni eżatta tal-kliem u titbiegħed għalhekk miċ-ċirkustanzi li jikkaratterizzaw din il-kawża.</TXT></NP><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>Il-problema li din l-argumentazzjoni tidher li tqajjem hija dik tar-rilevanza taddomanda preliminari għall-għanijiet tad-deċiżjoni li għandha tittieħed mill-Finanzgericht Koln, u għalhekk dik ta' l-ammissibbiltà ta l-istess kwistjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4315"?><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>Fejn, fil-fatt, jirriżulta li fil-perijodu in kwistjoni r-rikorrenti ma kinitx fil-fatt suġ-ġetta għal taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ fir-Repubblika Ċeka jew li, anki jekk kienet hekk, ma kinitx tgawdi fl-imsemmi Stat mit-tnaqqis tat-taxxa mħallsa input, l-invokazzjoni min-naħa tagħha — skond interpretazzjoni ta' l-Artikolu 2(2) tat-Tlettax-il Direttiva bi qbil ma' l-Artikolu 11(1) tal-GATS — ta' l-istess trattament li l-Ġermanja tassigura, fil-qasam tal-ħlas lura tal-VAT mħallsa input, lill-impriżi Komunitarji ma tistax f'ebda każ tgħinha fis-sens li tikseb l-imsemmi ħlas lura.</TXT></NP><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>L-interpretazzjoni tad-dritt Komunitarju dwar il-ħlas lura tal-VAT lil-persuni taxxabbli residenti fi Stat Membru ieħor tal-Komunità magħmula mill-Kummissjoni, skond is-sentenza Debouche, jidhirli, fil-fatt, korretta. Il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat irrabta li hemm bejn id-dritt għal tnaqqis fl-Istat Membru ta' stabbiliment u d-dritt għal ħlas lura fi Stat Membru ieħor li fiha l-ispejjeż ikunu saru. Hija fil-fatt iddeċidiet li persuna taxxabbli li tgawdi minn eżenzjoni u li, għalhekk, m'għandhiex dritt għal tnaqqis mit-taxxa mħallsa input fl-Istat Membru ta stabbiliment m'għandhiex dritt lanqas, skond l-għan tas-sistema tad-Direttivi tal-VAT, għal ħlas lura tal-VAT imħallsa fi Stat Membru ieħor<NOTE NOTE.ID="E0013" NUMBERING.CONTINUED="YES">
F'dan is-sens, tiġi mfakkra s-sentenza Debouche, iċċitata aktar 'il fuq (punt 15), sentenza tat-<DATE ISO="20000713">13 ta' Lulju 2000</DATE>, Monte dei Paschi di Siena (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-136/99" YEAR="2000" PAGE.ECR="I-6109">C-136/99, Ġabra p. I-6109, punt 23</REF.DOC.ECR>).
</NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>Wara li ngħad dan, naħseb, madankollu, li m'għandux ikun hemm dubji serji fuq l-ammissibbiltà, mil-lat tar-rilevanza għal din il-kawża, tad-domanda preliminari magħ-mula mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, infakkar li skond ġuris-prudenza kostanti, fil-kuntest tal-kooperazzjoni bejn il-Qorti tal-Ġustizzja u l-qrati nazzjonali, stabbilita mill-Artikolu 234 KE, huwa biss l-imħallef nazzjonali, li quddiemu titressaq il-kawża u li jrid jieħu r-responsab-biltà tad-deċiżjoni ġudizzjarja li għandha tittieħed, li għandu jevalwa, fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari tal-kawża, il-ħtieġa ta' deċiżjoni preliminari sabiex ikun f pożizzjoni li jagħti d-deċiżjoni tiegħu, kif ukoll ir-rilevanza tad-domandi li huwa jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja. Konsegwentement, sakemm id-domandi preliminari magħmula jirrigwardaw l-interpretazzjoni tad-dritt Komunitarju, il-Qorti tal-Ġustizzja, bħala prinċipju, għandha tiddeċiedi<NOTE NOTE.ID="E0014" NUMBERING.CONTINUED="YES">
Sentenzi tal-<DATE ISO="19951215">15 ta' Diċembru 1995</DATE>, Bosman et (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-415/93" YEAR="1995" PAGE.ECR="I-4921">C 415/93, Ġabra p. I-4921, punt 59</REF.DOC.ECR>); tas-<DATE ISO="19981126">26 ta' Novembru 1998</DATE>, Bronner (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-7/97" YEAR="1998" PAGE.ECR="I-7791">C 7/97, Ġabra p. I-7791, punt 16</REF.DOC.ECR>), u tat-<DATE ISO="20061123">23 ta' Novembru 2006</DATE>, Asnef-Equifax (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-238/05" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-11125">C-238/05, Ġabra, p-11125, punt 15</REF.DOC.ECR>).
</NOTE>. Iċ-ċaħda tad-domanda ppreżentata minn qorti nazzjonali hija possibbli biss meta jidher ċar li l-interpretazzjoni mitluba tad-dritt Komunitarju minn dan l-Imħallef m'għandhiex x'taqsam ma' l-effettività jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali jew inkella meta lproblema tkun ta' natura ipotetika jew il-Qorti tal-Ġustizzja ma' jkollhiex għad-dispo-żizzjoni tagħha l-elementi ta' fatt u ta' dritt neċessarji sabiex twieġeb b'mod utli għad-domandi li jkunu sarulha<NOTE NOTE.ID="E0015" NUMBERING.CONTINUED="YES">
Sentenzi ċċitati aktar 'il fuq Bosman et, punt 61; Bronner, punt 17, u Asnef-Equifax, punt 17.
</NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4316"?><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Madankollu, l-argumentazzjoni tal-Kummissjoni eżaminata issa ma turix li waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija hija l-każ f'din il-kawża.</TXT></NP><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, nosserva, l-ewwel nett, li l-premessa fattwali li fuqha hija bbażata din l-argumentazzjoni, jiġifieri ċ-ċirkustanza li r-rikorrenti, fiż-żmien tal-fatti, ma kinitx suġġetta għal taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ fir-Repubblika Ċeka, huwa sempliċiment iddikjarat mill-Kummissjoni, iżda ma tirri-żultax ikkonfermata mill-informazzjoni li hemm fid-digriet tar-rinviju.</TXT></NP><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>Din ta' l-aħħar m'għandhiex informazzjoni preċiża dwar is-sistema fiskali fis-seħħ fir-Repubblika Ċeka fiż-żmien tal-fatti. Fil-p. 5(cc) ta' dan id-digriet huwa indikat li <QUOT.START ID="QS0016" REF.END="QE0016" CODE="201C"/>it-taxxi li l-fattura tagħhom intbagħtet lirrikorrenti huma wkoll mnaqqsa bħala taxxi mħallsa input [...] peress li r-rikorrenti stess kienet debitriċi tat-taxxi<QUOT.END ID="QE0016" REF.START="QS0016" CODE="201D"/>. Fil-paġna 6(bbb), huwa rrilevat li <QUOT.START ID="QS0017" REF.END="QE0017" CODE="201C"/>fil-perijodu ta' riferiment tal-ħlas lura r-Repubblika Ċeka kienet effettivament ġabret taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ, iżda fiż-żmien ma kienet tagħti lill-impriżi nazzjonali ebda ħlas lura tat-taxxa mħallsa input<QUOT.END ID="QE0017" REF.START="QS0017" CODE="201D"/>; u tiżdied barra minn hekk il-konstatazzjoni, li tidher essenzjali għall-qorti tar-rinviju, li għall-impriżi Ġermaniżi ma jin-għatax ħlas lura simili tat-taxxa mħallsa input fir-Repubblika Ċeka.</TXT></NP><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Mid-digriet tar-rinviju ma jirriżulta blebda mod li r-rikorrenti, fiż-żmien tal-fatti, ma kinitx suġġetta għal taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ fir-Repubblika Ċeka. Għalkemm it-tieni silta tad-digriet li kkwotajt fil-punt preċedenti jidher li jissuġġerixxi li r-rikorrenti ma setgħetx tgawdi fl-imsemmi Stat minn tnaqqis tat-taxxa mħallsa input, ma jidhirlix li jista' jingħad li din iċ-ċirkustanza tidher b'mod mhux ambigwu, u għalhekk manifest, fid-digriet stess.</TXT></NP><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, anki jekk din iċ-ċirkustanza tiġi kkonfermata, id-domanda preliminari magħmula mill-qorti tar-rinviju ma titlifx għalhekk neċessarjament rilevanza għall-għanijiet tad-deċiżjoni li hija msejħa tadotta. Huwa opportun, f'dan ir-rigward, li jiġi mfakkar li, skond dak li jirriżulta mid-digriet tar-rinviju, id-deċiżjoni ta' ċaħda tal-ħlas lura adottata mill-Bundesamt fiir Finanzen hija bbażata sempliċement fuq in-nuqqas ta' reċiproċità skond is-seba' frażi ta' l-Artikolu 18(9) ta' l-UStG, u li l-qorti tar-rinviju tiddubita mill-korrettezza ta' l-imsemmija motivazzjoni peress li għandha dubji fuq il-kompatibbiltà ta' din id-dispożiz-zjoni ma' l-Artikolu 2(2) tat-Tlettax-il Direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>Dak li għalhekk jidher li jinteressa lill-qorti tar-rinviju huwa li tkun taf jekk il-Bundesamt fiir Finanzen setgħetx validament tqajjem l-oġġezzjoni kontra r-rikorrenti tannuqqas ta' reċiproċità bejn ir-Repubblika Ċeka u l-Ġermanja dwar il-previżjoni min-naħa ta' kull Stat tad-dritt ta' ħlas lura tattaxxa<?PAGE NO="I-4317"?> fuq id-dħul mill-bejgħ mħallsa input flimsemmi Stat minn operaturi stabbiliti fl-Istat l-ieħor, meta l-Ġermanja ma tissuġġet-tax għall-eżistenza ta' reċiproċità l-għoti ta' dan il-benefiċċju lil operaturi stabbiliti fl-Istati Membri l-oħrajn tal-Komunità.</TXT></NP><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>Naħseb li jkun utli li nippreċiża, min-ħabba ċerta ambigwità fil-kunsiderazzjonijiet tal-Kummissjoni li jiena ċċitajt fil-punt 22 il fuq, li ma tistax tiddikjara li s-sistema ta' regoli stabbilita mid-Direttivi Komunitarji fil-qasam tal-VAT taċċetta li l-Istati Membri tal-Komunità jissuġġettaw għal kundizzjoni ta' reċiproċità l-applikazzjoni tar-regoli interni li jittrasponu d-dispożizzjonijiet Komunitarji dwar il-ħlas lura tal-VAT lil persuni taxxabbli residenti fi Stat Membru ieħor. Il-fatt li komponent ta' din is-sistema ta' regoli, għal dak li jirrigwarda l-ħlas lura, hija rrappreżentata minn forma ta' rikonoxximent reċiproku tal-leġiżlazzjonijiet interni li jirregolaw it-taxxa u d-dritt għal tnaqqis tat-taxxa mħallsa input ma jfissir bl-ebda mod li huwa aċċettat li l-Istati Membri jużaw kundizzjoni ta' reċiproċità fl-għoti tal-bene-fiċċju in kwistjoni. Kull Stat Membru huwa obbligat jikkonferma d-dritt tiegħu b'mod li jassigura lill-operaturi stabbiliti fl-Istati Membri oħrajn, għall-kundizzjonijiet previsti fil-leġiżlazzjoni Komunitarja, il-ħlas lura tal-VAT imħallsa input fuq tranżazzjonijiet li saru fit-territorju tiegħu, u għalhekk jitbie-għed mir-rispett effettiv ta' dan l-obbligu min-naħa ta' l-Istati Membri l-oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>Għalhekk, fl-ipoteżi li fiha r-rikorrenti fil-perijodu in kwistjoni tkun suġġetta għat-taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ u tibbenefika mit-tnaqqis tat-taxxa mħallsa input fl-Istat ta' stabbiliment, risposta pożittiva għad-domanda preliminari timplika d-dritt tiegħu għall-ħlas lura simili għal dak ipprattikat fil-Ġermanja għal operatur Komunitarju li jinsab fl-istess kundizzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>Fl-ipoteżi, iżda, li r-rikorrenti, dak iż-żmien, ma kinitx suġġetta għat-taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ jew xort'oħra ma gawdietx mit-tnaqqis tat-taxxa mħallsa input fl-Istat tagħha ta' stabbiliment, hija ma tistax ċerta-ment tikseb il-ħlas lura mitlub billi tinvoka trattament Komunitarju; iżda risposta pożit-tiva għad-domanda preliminari timplika li deċiżjoni ta' ċaħda ta' dan il-ħlas lura ma tistax tkun ibbażata fuq il-motivazzjoni li fuqha qagħdet il-Bundesamt fiir Finanzen.</TXT></NP><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>Anki f'din it-tieni ipoteżi, għalhekk, ma huwa bl-ebda mod eskluż li, għalkemm irrikorrenti ma tistax tikseb il-ħlas lura mitlub, id-domanda prelimiari magħmula mill-qorti tar-rinviju tkun tista' madankollu tirriżulta rilevanti għall-għan li ssolvi l-kontroversja rrinvijata quddiemha, partikolarment fiddawl<?PAGE NO="I-4318"?> ta' sostituzzjoni eventwali tal-motivi tad-deċiżjoni tal-Bundesamt fiir Finanzen<NOTE NOTE.ID="E0016" NUMBERING.CONTINUED="YES">
Mhuwiex wara kollox inutli li jiġi enfasizzat illi, kif jirriżulta mid-digriet tar-rinviju, ir-rikorrenti ma bbażatax ir-rikors tagħha quddiem il-Finanzgericht Koln fuq il-klawżola tal-pajjiż l-aktar favorit li hemm fl-Artikolu 11(1) tal-GATS, iżda jidhirli li kienet il-qorti tar-rinviju li qajmet <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> d-domanda preliminari li qed tiġi eżaminata.
</NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>Naħseb għalhekk — għalkemm tibqa' kompetenza tal-qorti tar-rinviju, fil-każ ta' risposta pożittiva għad-domanda preliminari min-naħa tal-Qorti tal-Ġustizzja, li tiwerifika jekk ir-rikorrenti, fiż-żmien tal-fatti, kinitx suġġetta għat-taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ fir-Repubblika Ċeka u kellhiex dritt tat-tnaqqis tat-taxxa mħallsa input — li largumentazzjoni tal-Kummissjoni li jien għadni kif eżaminajt mhux biss ma tolqotx id-domanda preliminari, iżda lanqas turi lirrilevanza manifesta tagħha għall-għanijiet ta' deċiżjoni mogħtija mill-qorti tar-rinviju, u lanqas għalhekk l-inammissibbiltà tad-domanda preliminari konformement mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-Artikolu 234 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>Jekk ngħaddu għalhekk għall-mertu tad-domanda preliminari, nikkunsidra qabel kollox mhux fondat l-argument imqajjem mill-Gvern Pollakk li jgħid li l-Artikolu 11(1) tal-GATS mhuwiex rilevanti f'din il-kawża peress li r-regola li hemm stabbilita hemmekk hija applikabbli esklużivament għall-prestazzjonijiet ta' servizzi u mhux għat-trattament fiskali rriżervat għaliha. Kif ġus-tament osservat il-Kummissjoni fir-risposta tagħha għad-domanda miktuba li, fuq dan il-punt, il-Qorti tal-Ġustizzja għamlet lillpartijiet waqt il-proċediment, il-miżuri ta' natura fiskali mhumiex imnaqqsa mill-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-GATS.</TXT></NP><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, nosserva li d-definizzjoni tal-miżuri li jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-GATS hija estremament wies-għa. Skond l-Artikolu 1(1), il-GATS <QUOT.START ID="QS0018" REF.END="QE0018" CODE="201C"/>hija applikabbli għal provvedimenti adottati mill-membri li jolqtu l-kummerċ ta' servizzi<QUOT.END ID="QE0018" REF.START="QS0018" CODE="201D"/><NOTE NOTE.ID="E0017" NUMBERING.CONTINUED="YES">
Skond l-Organu ta' Appell istitwit fi ħdan l-ODK, l-użu, fl-Artikolu 1(1) tal-GATS, tat-terminu <QUOT.START ID="QS0019" REF.END="QE0019" CODE="201C"/>jolqtu<QUOT.END ID="QE0019" REF.START="QS0019" CODE="201D"/>, li jidentifika miżuri li għandhom <QUOT.START ID="QS0020" REF.END="QE0020" CODE="201C"/>effett<QUOT.END ID="QE0020" REF.START="QS0020" CODE="201D"/> fuq l-iskambju ta' servizi, jirrifletti l-ħsieb ta' l-awturi tal-GATS li jagħtu lil dan il-ftehim kamp ta' applikazzjoni wiesgħa: [rapport WT/DS27/AB/R, <QUOT.START ID="QS0021" REF.END="QE0021" CODE="201C"/>European Communities — Bananas<QUOT.END ID="QE0021" REF.START="QS0021" CODE="201D"/> , tal-<DATE ISO="19970925">25 ta' Settembru 1997</DATE> (li jinsab fis-sit internet ta' l-ODK: www.wto http://www.wto. org), punt 220].
</NOTE>, fejn għal <QUOT.START ID="QS0022" REF.END="QE0022" CODE="201C"/>provvedimenti adottati mill-mem-bri<QUOT.END ID="QE0022" REF.START="QS0022" CODE="201D"/> għandu jinftiehem, skond ir-regola ta' l-Artikolu 1(3) (a) tal-GATS, miżuri adottati minn <QUOT.START ID="QS0023" REF.END="QE0023" CODE="201C"/>awtoritajiet u gvernijiet ċentrali, reġjonali jew lokali<QUOT.END ID="QE0023" REF.START="QS0023" CODE="201D"/> u minn <QUOT.START ID="QS0024" REF.END="QE0024" CODE="201C"/>organizzazzjonijiet mhux governattivi, fl-eżerċizzju tas-setgħat delegati lilhom minn gvernijiet jew awtoritajiet ċentrali, reġjonali jew lokali<QUOT.END ID="QE0024" REF.START="QS0024" CODE="201D"/>. Barra dan, kif muri mill-Kummissjoni, l-Artikolu XXVIII(a) tal-GATS jippreċiża li għall-għanijiet ta' l-istess ftehim, <QUOT.START ID="QS0025" REF.END="QE0025" CODE="201C"/><QUOT.START ID="QS0026" REF.END="QE0026" CODE="2018"/>miżura<QUOT.END ID="QE0026" REF.START="QS0026" CODE="2019"/> tfisser kull miżura adottata minn membru, taħt il-forma ta' liġi, regolament, regola, proċedura, deċiżjoni, provvediment amministrattiv jew kull forma oħra<QUOT.END ID="QE0025" REF.START="QS0025" CODE="201D"/>. Fl-aħħar nett, riferimenti speċifiċi għall-qasam tat-taxxi jinsabu fdispożizzjonijiet oħrajn tal-GATS, bħall-Artikolu XIV(d) u (e), u l-Artikolu XXVIII(o).</TXT></NP><?PAGE NO="I-4319"?><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>Għandi wkoll nindika aspett differenti, li ma ġiex irrilevat la fid-digriet tar-rinviju u lanqas fl-osservazzjonijiet miktuba ppreżen-tati lill-Qorti tal-Ġustizzja u li għandu x'jaqsam ma' l-imsejħa <QUOT.START ID="QS0027" REF.END="QE0027" CODE="201C"/>preferenza Komuni-tarja<QUOT.END ID="QE0027" REF.START="QS0027" CODE="201D"/> bħala sistema ta' derogi għall-klawżola tal-pajjiż l-aktar favorit li hemm fl-Artikolu 11(1) tal-GATS.</TXT></NP><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>Lil hinn, fil-fatt, mill-eżenzjonijiet speċi-fiċi ta' l-Artikolu 11(2) tal-GATS li għandhom jiġu previsti fl-Anness speċifiku tal-ftehim stess, il-GATS jipprevedi serje ta' derogi ulterjuri għat-trattament tal-pajjiż l-aktar favorit, fosthom dik <HT TYPE="ITALIC">tar-ratione personae</HT> li hemm fl-Artikolu V, dwar l-<QUOT.START ID="QS0028" REF.END="QE0028" CODE="201C"/>Integrazzjoni ekonomika<QUOT.END ID="QE0028" REF.START="QS0028" CODE="201D"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>Dan l-Artikolu, fis-subinċiż (1) tiegħu, jippreċiża li l-GATS <QUOT.START ID="QS0029" REF.END="QE0029" CODE="201C"/>ma jżommx lill-membri tagħha milli jiffirmaw jew jikkonkludu ftehim li jilliberalizza l-kummerċ ta' servizzi bejn il-partijiet kontraenti<QUOT.END ID="QE0029" REF.START="QS0029" CODE="201D"/>, sakemm ċertu numru ta' kundizzjonijiet ikunu mħarsa: li jkunu koperti <QUOT.START ID="QS0030" REF.END="QE0030" CODE="201C"/>numru sostanzjali ta' oqsma<QUOT.END ID="QE0030" REF.START="QS0030" CODE="201D"/> [Artikolu V(l)(a)], tneħħija ta' miżuri diskriminatorji u/jew projbizzjoni ta' oħrajn ġodda jew aktar severi [Artikolu V(l)( b)], għan li jiġi inkoraġġit il-kummerċ bejn il-partijiet kontraenti u nuqqas li jittella' l-livell ġenerali talbarrieri għall-kummerċ ta' servizzi, fil-kuntest ta' l-oqsma u partijiet ta' oqsma rispettivi, fir-rigward ta' membri li mhumiex partijiet fil-ftehim [Artikolu V(4)].</TXT></NP><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>Fis-sustanza, l-Artikolu V jħalli, għall-imsemmija kundizzjonijiet, miżuri adottati skond ftehim ta' integrazzjoni ekonomika — tipikament immirati li jħallu lill-partijiet kontraenti li jaslu bejniethom għal grad ta' liberalizzazzjoni ogħla minn dak miksub bejn il-membri ta' l-ODK — li jkun mod ieħor inkompatibbli ma l-obbligu tat-trattament tal-pajjiż l-iktar favorit li hemm fl-Artikolu II<NOTE NOTE.ID="E0018" NUMBERING.CONTINUED="YES">
Rapport tal-Bord WT/DS139/R u WT/DS142/R, <QUOT.START ID="QS0031" REF.END="QE0031" CODE="201C"/>Canada -Certain Mesures Affecting the Automotive Industry<QUOT.END ID="QE0031" REF.START="QS0031" CODE="201D"/>, tal-<DATE ISO="20000211">11 ta' Frar 2000</DATE> (li jinstab fis-sit Internet ta' l-ODK: www.wto.org), punt <FT TYPE="NUMBER">10.271</FT>.
</NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>Għalhekk, jekk u safejn it-Trattat KE jissodisfa l-kundizzjonijiet previsti mill-Artiklolu V tal-GATS, Stat li huwa membru ta l-ODK u mhux tal-Komunità ma jistax jippretendi, billi jinvoka l-Artikolu 11(1) tal-GATS, li min jagħti servizzi li hu stabbilit fitterritorju tiegħu jingħata minn Stat Membru tal-Komunità l-istess trattament irriżervat lil dan ta' l-aħħar, konformement mad-dritt Komunitarju, lil min jagħti servizzi li hu stabbilit fi Stat Membru tal-Komunità. F'ċir-kustanzi simili ma tistax ma tingħatax liddomanda preliminari risposta negattiva.</TXT></NP><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>Minn dan li għidt, ma naħsibx li hu meħtieġ, għall-għanijiet ta' dan il-proċedi-ment preliminari, li nivverifika jekk it-Trattat KE jissodisfax effettivament il-kundizzjonijiet kollha msemmija, eżami li jista jippreżenta ċerta kumplessità speċjalment<?PAGE NO="I-4320"?> b'konnessjoni mal-kundizzjonijiet li għand-hom x'jaqsmu ma nuqqas li jogħla l-livell ġenerali tal-barrieri ta' skambji ta' servizzi firrigward tal-membri li mhumiex partijiet għall-ftehim <HT TYPE="ITALIC">fil-kuntest tal-qasam jew parti minn qasam interessat.</HT></TXT></NP><NP><NO.P>49.</NO.P><TXT>Fil-fatt, anki meta jekk tieħu l-ipoteżi li jista jiġi konkluż fis-sens li t-Trattat KE ma jissodisfax dawn il-kundizzjonijiet, u li għal-hekk is-sitwazzjoni tar-rikorrenti tista fitteorija tkun applikabbli għat-trattament Komunitarju skond l-Artikolu 11(1) tal-GATS, jidhirli evidenti li, b'applikazzjoni tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-effetti tal-ftehim ta' l-ODK fuq livell intern Komunitarju, ma tistax ma tingħatax lid-domanda preliminari risposta f'sens negattiv.</TXT></NP><NP><NO.P>50.</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, għandu qabel kollox jiġi mfakkar, kif għamlu l-partijiet kollha li ppreżentaw noti bil-miktub, li, skond ġuris-prudenza stabbilita, fid-dawl tan-natura tagħhom u l-istruttura tagħhom, il-ftehim ta' l-ODK ma jidhrux f linja ta' prinċipju fost regoli li fid-dawl tagħhom il-Qorti tal-Ġustizzja tistħarreġ il-leġittimità ta' l-atti ta' l-istituzzjonijiet Komunitarji<NOTE NOTE.ID="E0019" NUMBERING.CONTINUED="YES">
Sentenzi tat-<DATE ISO="19991123">23 ta' Novembru 1999</DATE>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-149/96" YEAR="1999" PAGE.ECR="I-8395">C-149/96, Il-Portugall vs Il-Kunsill (Ġabra p. I-8395, punt 47)</REF.DOC.ECR>, u <DATE ISO="20001214">14 ta' Diċembru 2000</DATE>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-300/98+C-392/98" YEAR="2000" PAGE.ECR="I-11307">C-300/98 u C-392/98, Dior et (Ġabra p. I-11307, punt 43)</REF.DOC.ECR>; digriet tat-<DATE ISO="20010502">2 ta' Mejju 2001</DATE>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-307/99" YEAR="2001" PAGE.ECR="I-3159">C-307/99, OGT Fruchthandelsgesellschaft (Ġabra p. I-3159, punt 24)</REF.DOC.ECR>, u s-sentenza ta' l-<DATE ISO="20050301">1 ta' Marzu 2005</DATE>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-377/02" YEAR="2005" PAGE.ECR="I-1465">C-377/02, Van Parys (Ġabra p. I-1465, punt 39)</REF.DOC.ECR>.
</NOTE>. Min-naħa l-oħra, għall-istess raġunijiet, il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li d-dispożizzjonijiet tal-ftehim ta' l-ODK mhumiex adatti li joħolqu għal individwi drittijiet li dawn jistgħu jinvokaw direttament quddiem il-qorti skond id-dritt Komunitarju<NOTE NOTE.ID="E0020" NUMBERING.CONTINUED="YES">
Sentenza Dior et, iċċitata aktar 'il fuq, punt 44, u d-digriet OGT Fruchthandelsgesellschaft, iċċitat aktar 'il fuq, punt 25.
</NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>51.</NO.P><TXT>Huwa biss fil-każ li l-Komunità riedet teżegwixxi obbligu partikolari meħud fil-kuntest ta' l-ODK, jiġifieri fil-każ li l-att Komunitarju jirreferi għal dispożizzjonijiet preċiżi tal-ftehim ta' l-ODK, li l-Qorti tal-Ġustizzja jkollha l-kompetenza li tistħarreġ il-leġittimità ta' l-Att Komunitarju kontroversjali fid-dawl tar-regoli ta' l-ODK<NOTE NOTE.ID="E0021" NUMBERING.CONTINUED="YES">
Sentenzi ċċitati aktar 'il fuq, Il-Portugall vs Il-Kunsill, punt 49, u Van Parys, punt 40.
</NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>52.</NO.P><TXT>Peress li ġie rrilevat f'din il-kawża li l-Komunità ma riditx teżegwixxi obbligu partikolari meħud fil-kuntest ta' l-ODK u li t-Tlettax-il Direttiva ma tirriferix espressament għal dispożizzjonijiet preċiżi tal-ftehim ta l-ODK, il-gvernijiet Ċiprijott u Pollakk isostnu li l-ġurisprudenza msemmija fil-punt 50 aktar 'il fuq timplika risposta negattiva għad-domanda preliminari magħmula mill-Finanzgericht Köln.</TXT></NP><NP><NO.P>53.</NO.P><TXT>Għandu madankollu jiġi enfasizzat li f'din il-kawża l-Artikolu 11(1) tal-GATS mhuwiex invokat sabiex jikkontesta l-validità<?PAGE NO="I-4321"?> ta' l-Artikolu 2(2) tat-Tlettax-il Direttiva. Kif il-Kummissjoni ġustament osservat, iddomanda preliminari ma tirrigwardax l-effikaċja eventwali diretta<NOTE NOTE.ID="E0022" NUMBERING.CONTINUED="YES">
Bħall-Kummissjoni fl-osservazzjonijiet miktuba tagħha, qed nuża l-espressjoni <QUOT.START ID="QS0032" REF.END="QE0032" CODE="201C"/>effikaċja diretta<QUOT.END ID="QE0032" REF.START="QS0032" CODE="201D"/> f'sens wiesgħa, li biha rrid infisser, barra l-effikaċja (jew l-invokabbiltà) <QUOT.START ID="QS0033" REF.END="QE0033" CODE="201C"/>ta' sostituz-zjoni<QUOT.END ID="QE0033" REF.START="QS0033" CODE="201D"/> - jiġifieri l-kompatibbiltà tad-dispożizzjoni mal-ftehim internazzjonali, in kwantu sors ta' drittijiet u obbligi, li tkun applikabbli għall-każ konkret minflok ir-regola konfliġġenti (tad-dritt Komunitarja derivat jew tad-dritt nazzjonali) li kieku tkun applikabbli -, anki l-effikaċja (jew l-invokabbiltà) <QUOT.START ID="QS0034" REF.END="QE0034" CODE="201C"/>ta' esklużjoni<QUOT.END ID="QE0034" REF.START="QS0034" CODE="201D"/>, jiġifieri l-kapaċità ta' dik id-dispożizzjoni, in kwantu parametru ta' leġittimità, li twaqqaf l-effikaċja ta' din ir-regola, mingħajr ma tidħol minflokha. Fuq id-distinzjoni kunċettwali bejn l-invokabbiltà ta' sostituzzjoni u invokabbiltà ta' esklużjoni, fil-kuntest iżda tar-relazzjonijiet bejn iddirettivi Komunitarji u r-regoli ta' dritt intern ta' l-Istati membri, nirreferi għall-konklużjonijiet ta' l-Avukati Ġenerali Saggio, fil-kawżi magħquda, Océano Grupo Editorial u Salvat Editores (iddefiniti bis-sentenza tas-<DATE ISO="20000627">27 ta' Ġunju 2000</DATE>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-240/98—C-244/98" YEAR="2000" PAGE.ECR="I-4941">C-240/98 sa C-244/98, Ġabra p. I-4941, punti 37 sa 39)</REF.DOC.ECR>, u Linster, (sentenza tad-<DATE ISO="20000919">19 ta' Settembru 2000</DATE>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-287/98" YEAR="2000" PAGE.ECR="I-6917">C-287/98, Ġabra p. I-6917, punti 55 sa 77)</REF.DOC.ECR>.
</NOTE> tal-klawżola tal-pajjiż l-aktar favorit prevista mill-GATS, iżda l-interpretazzjoni, konformi mad-dritt ta' l-ODK, tal-klawożla ta' reċiproċità dwar il-ħlas lura tat-taxxa mħallsa input prevista mit-Tlettax-il Direttiva<NOTE NOTE.ID="E0023" NUMBERING.CONTINUED="YES">
Nirrileva madankollu li t-Tlettax-il Direttiva hija preċedenti għall-ftehim ta' l-ODK (konkluż fl-1994) u qatt ma ġiet emendata, li għalhekk la tirreferi espressament għal dispożiz-zjonijiet preċiżi ta' dan il-ftehim u lanqas il-Komunità ma setgħet trid tifhem li biha għandha timplementa obbligu partikolari meħud fil-kuntest ta' l-ODK. Inżid barra dan li ttest tad-Direttiva ma jippermetti lanqas li jiġi kkunsidrat illi, meta adottatha, il-Komunità riedet timplementa obbligu partikolari li ġej mill-Ftehim Ġenerali fuq id-Dazji tad-Dwana u tal-Kummerċ (aktar 'il quddiem il-<QUOT.START ID="QS0035" REF.END="QE0035" CODE="201C"/>GATT<QUOT.END ID="QE0035" REF.START="QS0035" CODE="201D"/>) ta' l-1947, li wara kollox, ma jkoprix il-qasam tas-servizzi.
</NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>54.</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, ġustament il-qorti tarrinviju tfakkar li l-ftehim internazzjonali konklużi, bħall-GATS, għall-kundizzjonijiet indikati fl-Artikolu 228 tat-Trattat KE (li sar Artikolu 300 KE), huma, skond is-subinċiż (7) ta' l-istess Artikolu, obbligatorji għall-istituzzjonijiet tal-Komunità u għall-Istati Membri.</TXT></NP><NP><NO.P>55.</NO.P><TXT>Għalhekk, skond il-Qorti tal-Ġustizzja, il-prevalenza tal-ftehim internazzjonali konkluż mill-Komunità skond ir-regoli ta' dritt Komunitarju derivat ifisser li għandek tinterpreta dawn ta' l-aħħar b'mod kemm jista' jkun possibbli konformi mal-ftehim<NOTE NOTE.ID="E0024" NUMBERING.CONTINUED="YES">
Sentenza ta' l-<DATE ISO="19960910">10 ta' Settembru 1996</DATE>, Il-Kummissjoni vs II-Ġermanja (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-61/94" YEAR="1996" PAGE.ECR="I-3989">C-61/94, Ġabra p. I-3989, punt 52</REF.DOC.ECR>). Diġà fis-sentenza ta' l-<DATE ISO="19921124">24 ta' Novembru 1992</DATE>, Poulsen u Diva Navigation (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-286/90" YEAR="1992" PAGE.ECR="I-6019">C-286/90, Ġabra p. I-6019, punti 9 u 11</REF.DOC.ECR>), billi bbażat ruħha fuq il-premessa li l-kompetenzi tal-Komunità għandhom jiġu eżerċitati fil-ħarsien tad-dritt internazzjonali, il-Qorti tal-Ġustizzja kienet stqarret li l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3094, tas-<DATE ISO="19861007">7 ta' Ottubru 1986</DATE>, li jistitwixxi miżuri tekniċi għall-ħarsien tar-riżorsi tassajd (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="288" DATE.PUB="1982" PAGE.FIRST="1">ĠU 1982, L 288, p. 1</REF.DOC.OJ>), kellha tiġi interpretata, u l-kamp ta' applikazzjoni limitata tagħha, fid-dawl tar-regoli rilevanti tad-dritt marittimu internazzjonali, fosthom dawk li jinsabu fil-Konvenzjoni għall-Konservazzjoni tas-Salamun fl-Atlantiku ta' Fuq (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="378" DATE.PUB="1982" PAGE.FIRST="25">ĠU L 378, p. 25</REF.DOC.OJ>) stipulata mill-Komunità fl-1982. Barra dan, fis-sentenza tas-<DATE ISO="19951017">17 ta' Ottubru 1995</DATE>, Werner (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-70/94" YEAR="1995" PAGE.ECR="I-3189">C-70/94, Ġabra p. I-3189, punt 23</REF.DOC.ECR>), u Leifer et (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-83/94" YEAR="1995" PAGE.ECR="I-3231">C-83/94, Ġabra p. I-3231, punt 24</REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja kienet irriferiet għall-Artikolu XI tal-GATT u kkunsidratu <QUOT.START ID="QS0036" REF.END="QE0036" CODE="201C"/>rilevanti għall-għanijiet ta' interpretazzjoni ta' sistema ta' regoli Komunitarji dwar il-kummerċ internazzjonali<QUOT.END ID="QE0036" REF.START="QS0036" CODE="201D"/>.
</NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>56.</NO.P><TXT>Din il-pożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tirriżulta kkonfermata u msaħħa mid-deċiż-jonijiet li bihom, minkejja li tirreferi għall-ġurisprudenza li indikajt fil-punt 50 iktar 'il fuq, hija stabbilixxiet li, f'qasam li fih jiġi applikat il-ftehim fuq l-Aspetti tad-Drittijiet ta l-Awtur Konnessi mal-Kummerċ (aktar 'il quddiem il-<QUOT.START ID="QS0037" REF.END="QE0037" CODE="201C"/>ftehim ADPIC<QUOT.END ID="QE0037" REF.START="QS0037" CODE="201D"/>) — li jikkostitwixxi l-Anness 1 C tal-Ftehim li jissostiwixxi l-ODK — u li biha l-Komunità diġà lleġiżlat, bħal fil-qasam tat-trade marks, l-awtoritajiet ġudizzjarji ta' l-Istati Membri huma marbuta, skond id-dritt Komunitarju, meta jiġu msejħa japplikaw ir-regoli nazzjonali tagħ-hom sabiex jieħdu miżuri provviżorji li jħarsu dan il-qasam, li jagħmlu dan fil-limiti<?PAGE NO="I-4322"?> ta' dak li hu possibbli fid-dawl tat-test u ta' l-għan ta' l-Artikolu 50 tal-Ftehim ADPIC<NOTE NOTE.ID="E0025" NUMBERING.CONTINUED="YES">
Sentenzi Dior et, iċċitata aktar 'il fuq, punt 47, u tas-<DATE ISO="20041116">16 ta' Novembru 2004</DATE>, Anheuser-Busch (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-245/02" YEAR="2004" PAGE.ECR="I-10989">C-245/02, Ġabra p. I-10989, punt 55</REF.DOC.ECR>).
</NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>57.</NO.P><TXT>Għalhekk, b'differenza għal dak li sostnew il-gvernijiet Ċiprijott u Pollakk, konformement mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja n-nuqqas ta' effikaċja diretta tal-ftehim ta' l-ODK ma jeskludix l-obbligu għall-qrati Komunitarji u nazzjonali li jintepretaw ir-regoli Komunitarji ta' dritt derivat, safejn ikun possibbli, skond id-dispożizzjo-nijiet li hemm fl-imsemmi ftehim.</TXT></NP><NP><NO.P>58.</NO.P><TXT>Dan l-obbligu, madankollu, kif turi b'mod opportun il-Kummissjoni, hija limitata għal <QUOT.START ID="QS0038" REF.END="QE0038" CODE="201C"/>dak li hu possibbli<QUOT.END ID="QE0038" REF.START="QS0038" CODE="201D"/>. Dan ifisser li rregola Komunitarja li għandha tiġi interpetata għandha tħalli spazju għal diversi interpretazzjonijiet possibbli. Fejn, iżda, ittifsira tagħha hija ambigwa u kuntrastanti mal-portata tad-dispożizzjoni, ta' grad aktar għoli, tal-ftehim internazzjonali, hija ma tistax tiġi intepretata konformement ma' din ta' l-aħħar, fejn li tinterpretha biss <HT TYPE="ITALIC">contra legem,</HT> li jfisser li ġġib fix-xejn il-preċett, huwa possibbli li tasal għal riżultat konformi mal-ftehim. Din in-newtralizzazzjoni tarregola Komunitarja b'osservanza tad-dispożizzjoni tal-ftehim internazzjonali tippreżup-poni madankollu li din ta' l-aħħar twettaq xi effett dirett, almenu ta' <QUOT.START ID="QS0039" REF.END="QE0039" CODE="201C"/>esklużjoni<QUOT.END ID="QE0039" REF.START="QS0039" CODE="201D"/><NOTE NOTE.ID="E0026" NUMBERING.CONTINUED="YES">
Ara n-nota f'qiegħ il-paġna 22, iktar 'il quddiem.
Konklużjoni
<QUOT.S LEVEL="1">
<QUOT.START ID="QS0040" REF.END="QE0040" CODE="201C"/>L-Artikolu 2 (2), tat-Tlettax-il Direttiva tal-Kunsill tas-<DATE ISO="19861117">17 ta' Novembru 1986</DATE>, 86/560/KEE, dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-taxxi ta' ċaqliq ta' flus [dħul mill-bejgħ] — Arranġamenti għar-rifond [ħlas lura] tat-taxxa fuq il-valur miżjud lil persuni taxxabbli li ma humiex stabbiliti fit-territorju tal-Komunità, għandha tiġi interpretata fis-sens li d-dritt, fih mogħti lill-Istati Membri, li jissuġġettaw il-ħlas lura tal-VAT imħallsa input minn persuni taxxabbli mhux residenti fit-territorju tal-Komunità għall-għoti min-naħa ta' l-Istati terzi ta' vantaġġi simili fil-qasam tat-taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ jista' jiġi eżerċitat fil-konfront ta' l-Istati terzi, inkluż fosthom dawk li, in kwantu partijiet kontraenti fil-Ftehim Ġenerali tal-Kummerċ fis-Servizzi, jistgħu jinvokaw il-klawżola tal-pajjiż l-aktar favorit li hemm fl-Artikolu 11(1) ta' dan il-ftehim.<QUOT.END ID="QE0040" REF.START="QS0040" CODE="201D"/>
</QUOT.S>
</NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>