14.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 130/4


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10225 — AES/Coatue/Schneider Electric/Uplight)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 130/04)

1.   

Fis-6 ta’ April 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

The AES Corporation (“AES”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

Coatue Management, L.L.C. (“Coatue”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

Schneider Electric SE (“Schneider Electric”, Franza),

—

Uplight, Inc. (“Uplight”, l-Istati Uniti tal-Amerka).

AES, Coatue u Schneider Electric jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Uplight kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

AES: kumpanija globali tal-enerġija li tħaddem negozji tad-distribuzzjoni tal-ġenerazzjoni tal-elettriku termali u rinnovabbli,

—

Coatue: ġestjoni globali tal-investiment iffukat fuq l-industriji tat-teknoloġija, tal-media u tal-komunikazzjonijiet,

—

Schneider Electric: grupp internazzjonali li huwa prinċipalment attiv fil-ġestjoni tal-enerġija u f’diversi tipi ta’ soluzzjonijiet u prodotti għall-awtomatizzazzjoni u l-ġestjoni tal-enerġija,

—

Uplight: kumpanija tas-soluzzjonijiet tal-enerġija li tipprovdi utilitajiet bis-software li jippermetti lill-konsumaturi fl-aħħar li jimmonitorjaw u jaġġustaw id-drawwiet tal-konsum tagħhomtal-enerġija biex inaqqsu l-użu u l-ispejjeż.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10225 — AES/Coatue/Schneider Electric/Uplight

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.