Official Journal L 062 , 03/03/1998 P. 0021 - 0022
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) nru 497/98 tas-27 ta' Frar 1998 dwar il-klassifika ta' ċerta merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 [1] dwar in-nomenklatura tat-tariffi u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2509/97 [2], u partikolarment l-Artikolu 9 tiegħu, Billi sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament imsemmi, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jirrigwardaw il-klassifika ta' l-oġġetti msemmijin fl-Anness ta' dan ir-Regolament; Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal xi nomenklatura oħra li hija kompletament jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi subdiviżjoni addizzjonali ohra magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Komunità, bil-ħsieb ta' l-applikazzjoni tat-tariffa u miżuri oħra li jirrigwardaw il-kummerċ ta' merkanzija; Billi, skond ir-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mehmuża mar-Regolament preżenti jridu jiġu kklassifikati taħt il-kodiċijiet approprjati tan-NM indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet preskritti fil-kolonna 3; Billi huwa aċċettat li l-informazzjoni tat-tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri dwar il-klassifika ta' merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda u li mhumiex konformi mad-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament, jistgħu jkomplu jiġu invokati mid-detentur, skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità [3], għal perjodu ta' tlett xhur; Billi t-Taqsima tan-Nomenklatura tat-Tariffa u l-Istatistika tal-Kumitat għall-Kodiċi Doganali ma tatx opinjoni fil-limitu taż-żmien stipulat mill-president tagħha, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mehmuża huma issa kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda fil-kodiċijiet approprjati tan-NM indikati fil-kolonna 2 tat-tabella msemmija. Artikolu 2 L-informazzjoni tat-tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri li mhix konformi mad-drittijiet stabbiliti minn dan ir-Regolament tista' tkompli tiġi invokata skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tlett xhur. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, fis-27 ta' Frar 1998. Għall-Kummissjoni Mario Monti Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1. [2] ĠU L 345, tas-16.12.1997, p. 44. [3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1. -------------------------------------------------- L-ANNESS Deskrizzjoni | Klassifika (kodiċi tan-NM) | Raġunijiet | (1) | (2) | (3) | Taħlita ta' bromomethane (67 % fil-piż) u choloropicrin (33 % fil-piż) użata biex tiffumiga ′l ħamrija qabel iż-żrigħ. | 38081090 | Klassifika skond ir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, nota 1(a) (2) tal-Kapitolu 38 u l-kliem tal-kodiċi tan-NM 3808, 380810 u 38081090. | --------------------------------------------------