28.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 29/14


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9712 — Mitsubishi/Wallenius Wilhelmsen/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 29/13)

1.   

Fil-21 ta’ Jannar 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Mitsubishi Corporation (“MC”, il-Ġappun),

—

Wallenius Wilhelmsen Inland Services Holding AS (“WWS”, in-Norveġja), li tappartjeni għal Wallenius Wilhelmsen ASA (in-Norveġja).

MC u WWS jakkwistaw, fis-sens tal-Artikoli 3(1)(b) and 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ joint venture (“JV”) inkorporata fit-Tajlandja, li se tkun qed taħdem fil-loġistika ta’ vetturi lesti fit-Tajlandja.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta' xiri ta' ishma f'kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’JV.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

MC: Tiżviluppa u tħaddem negozju f’għadd ta’ industriji inklużi negozji ambjentali u dawk tal-infrasruttura, finanzjament industrijali, enerġija, metalli, makkinarju, kimiċi u ikel,

—

WWS: tipprovdi soluzzjonijiet tal-loġistika lill-manifatturi tal-karozzi, trakkijiet u tagħmir tqil. WWS tappartjeni għal Wallenius Wilhelmsen, li hija fornitur ta’ loġistika tat-trasport bil-baħar u tal-vetturi, tiġġestixxi d-distribuzzjoni tal-karozzi, tat-trakkijiet, tagħmir fuq ir-rombli u breakbulk lil klijenti madwar id-dinja kollha.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9712 — Mitsubishi/Wallenius Wilhelmsen/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-‘“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.