24.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/9


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11090 – EFMS / SK SQUARE / SK SHIELDUS)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 141/07)

1.   

Fit-12 ta’ April 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

EQT Fund Management S.à r.l. (“EFMS”, il-Lussemburgu),

—

SK Square Co., Ltd (“SK Square”, ir-Repubblika tal-Korea),

—

SK Shieldus Co., Ltd (“SK Shieldus”, ir-Repubblika tal-Korea).

EFMS u SK Square jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ SK Shieldus.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

EFMS huwa fond tal-investiment li jfittex li jagħmel investimenti fl-infrastruttura u f’assi marbutin mal-infrastruttura u n-negozji fl-Ewropa ta’ Fuq, fl-Ewropa Kontinentali u fl-Amerka ta’ Fuq,

—

SK Square hija kumpanija attiva ta’ ġestjoni tal-portafoll u tinvesti f’kumpaniji attivi fis-setturi l-ġodda tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni,

—

SK Shieldus hija prinċipalment attiva fil-forniment ta’ servizzi tas-sigurtà fiżika, servizzi taċ-ċibersigurtà u servizzi tas-sigurtà konverġenti. Il-kumpanija hija attiva b’mod predominanti fil-Korea t’Isfel, bi preżenza żgħira fl-Istati Uniti tal-Amerka u madwar l-Ewropa.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11090 – EFMS / SK SQUARE / SK SHIELDUS

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.