<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T‑465/11</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62011TJ0465</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:406">EU:T:2013:406</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20130906">6.9.2013</DATE> — KAWŻA T‑465/11</P><P>GLOBULA vs IL-KUMMISSJONI</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20130906">6 ta’ Settembru 2013</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Suq intern tal-gass naturali</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2003/55/KE</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu tal-impriżi tal-gass naturali li jorganizzaw sistema ta’ aċċess innegozjat għal terzi għall-faċilitajiet ta’ ħażna tal-gass</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni tal-awtoritajiet Ċeki li tagħti lir-rikorrenti deroga temporanja għall-faċilitajiet futuri tagħha ta’ ħażna tal-gass taħt l-art f’Dambořice</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna lir-Repubblika Ċeka li tirtira d-deċiżjoni ta’ deroga</KEYWORD><KEYWORD>Applikazzjoni ratione temporis tad‑Direttiva 2003/55</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑465/11,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Globula a.s</HT>., stabbilita f’Hodonín (Ir-Repubblika Ċeka), irrappreżentata minn M. Petite, D. Paemen, A. Tomtsis, D. Koláček u P. Zákoucký, avukati,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><P>sostnuta minn</P><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Ċeka</HT>, irrappreżentata minn M. Smolek, J. Očková u T. Müller, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>intervenjenti,</PARTY.STATUS></INTERVENERS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn O. Beynet u T. Scharf, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 4509, tas-<DATE ISO="20110627">27 ta’ Ġunju 2011</DATE>, dwar id-deroga fir-rigward tal-faċilità ta’ ħażna tal-gass taħt l-art f’Dambořice fid-dawl tar-regoli tas-suq intern rigward l-aċċess għal terzi,</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn I. Pelikánová (Relatur), President, K. Jürimäe u M. van der Woude, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: S. Spyropoulos, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20130423">23 ta’ April 2013</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20090414">14 ta’ April 2009</DATE>, ir-rikorrenti, Globula a.s., ressqet talba quddiem il-Ministeru tal-Industrija u tal-Kummerċ Ċek (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Ministeru<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), intiża sabiex tikseb awtorizzazzjoni għall-bini ta’ faċilità ta’ ħażna tal-gass taħt l-art (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>faċilità SSG<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) f’Dambořice (ir-Repubblika Ċeka). Fil-kuntest ta’ din it-talba, hija talbet deroga temporanja, rigward it-totalità tal-kapaċità l-ġdida tal-faċilità SSG, mill-obbligu li tipprovdi aċċess innegozjat għal terzi għall-imsemmija faċilità.</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Permezz tad-deċiżjoni tas-<DATE ISO="20101026">26 ta’ Ottubru 2010</DATE>, il-Ministeru adotta deċiżjoni li permezz tagħha awtorizza l-bini tal-faċilità SSG u ta deroga temporanja lir-rikorrenti mill-obbligu li tipprovdi aċċess innegozjat għal terzi, fir-rigward 90% tal-kapaċità tal-faċilità SSG, u dan matul 15-il sena mid-data effettiva tal-awtorizzazzjoni għall-użu.</TXT></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Permezz tal-ittra tal-Ministeru tal-<DATE ISO="20110211">11 ta’ Frar 2011</DATE>, li wasslet għand il-Kummissjoni Ewropea fit-<DATE ISO="20110218">18 ta’ Frar 2011</DATE>, id-deċiżjoni tas-<DATE ISO="20101026">26 ta’ Ottubru 2010</DATE> ġiet innotifikata lill-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20110415">15 ta’ April 2011</DATE>, il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali lill-Ministeru, billi indikat li fil-każ li, kieku hija kellha titolbu sabiex jemenda jew jirtira d-deċiżjoni tas-<DATE ISO="20101026">26 ta’ Ottubru 2010</DATE>, hija kienet tagħmel dan qabel it-<DATE ISO="20110618">18 ta’ Ġunju 2011</DATE>. Il-Ministeru rrisponda fid-<DATE ISO="20110429">29 ta’ April 2011</DATE>, fit-terminu ffissat mill-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20110513">13 ta’ Mejju 2011</DATE>, il-Kummissjoni indirizzat lill-Ministeru t-tieni talba għal informazzjoni addizzjonali, billi indikat mill-ġdid li kieku kellha titolbu sabiex jemenda jew jirtira d-deċiżjoni nnotifikata, hija kienet tagħmel dan qabel it-<DATE ISO="20110618">18 ta’ Ġunju 2011</DATE>. Il-Ministeru rrisponda fl-<DATE ISO="20110520">20 ta’ Mejju 2011</DATE>, fit-terminu ffissat mill-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Permezz tal-ittra tat-<DATE ISO="20110623">23 ta’ Ġunju 2011</DATE>, iffirmata mill-membru tal-Kummissjoni inkarigat bil-kwistjonijiet dwar l-enerġija, il-Kummissjoni informat lill-Ministeru li hija ser tadotta deċiżjoni formali qabel id-<DATE ISO="20110629">29 ta’ Ġunju 2011</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20110627">27 ta’ Ġunju 2011</DATE>, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni C (2011) 4509, dwar id-deroga fir-rigward tal-faċilità ta’ ħażna tal-gass taħt l-art f’Dambořice fid-dawl tar-regoli tas-suq intern rigward l-aċċess għal terzi (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), li permezz tagħha hija talbet lir-Repubblika Ċeka sabiex tirtira d-deċiżjoni tas-<DATE ISO="20101026">26 ta’ Ottubru 2010</DATE>. Id-deċiżjoni kkontestata ġiet innotifikata lir-Repubblika Ċeka fit-<DATE ISO="20110628">28 ta’ Ġunju 2011</DATE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fetħet din il-kawża b’rikors ippreżentat fir-reġistru tal-Qorti Ġenerali fis-<DATE ISO="20110826">26 ta’ Awwissu 2011</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-<DATE ISO="20111201">1 ta’ Diċembru 2011</DATE>, ir-Repubblika Ċeka talbet li tintervjeni f’dawn il-proċeduri insostenn tar-rikorrenti. Permezz ta’ digriet tal-<DATE ISO="20120111">11 ta’ Jannar 2012</DATE>, il-President tar-Raba’ Awla tal-Qorti Ġenerali laqa’ dan l-intervent. L-intervenjenti ppreżentat in-nota tagħha u l-partijiet l-oħra ppreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom fuq din tal-aħħar fit-termini mogħtija.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Fuq rapport tal-Imħallef Relatur, il-Qorti Ġenerali (ir-Raba’ Awla) iddeċidiet li tiftaħ il-proċedura orali.</TXT></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Is-sottomissjonijiet orali tal-partijiet u t-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet orali tal-Qorti Ġenerali instemgħu fis-seduta tat-<DATE ISO="20130423">23 ta’ April 2013</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti, sostnuta mir-Repubblika Ċeka, titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Insostenn tat-talba tagħha għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi. L-ewwel motiv huwa ibbażat fuq żbalji fid-determinazzjoni tad-dritt applikabbli, it-tieni motiv, fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi, u, it-tielet motiv, fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-fatti.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>L-ewwel motiv imqajjem mir-rikorrenti jinkludi żewġ fergħat, ibbażati fuq l-iżbalji fid-determinazzjoni rispettivament tad-dritt proċedurali u tad-dritt sostantiv applikabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti, sostnuta mir-Repubblika Ċeka, issostni, essenzjalment, li l-Kummissjoni kellha tapplika l-proċedura u l-kriterji sostantivi previsti mill-Artikolu 22 tad-Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20030626">26 ta’ Ġunju 2003</DATE>, rigward regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 98/30/KE (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 2, p. 230, iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Tieni Direttiva tal-gass<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), u mhux dawk previsti mill-Artikolu 36 tad-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20090713">13 ta’ Lulju 2009</DATE>, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="211" PAGE.FIRST="94" DATE.PUB="2009">ĠU L 211, p. 94</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Tielet Direttiva tal-gass<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>). Fil-fatt, filwaqt li d-deċiżjoni tas-<DATE ISO="20101026">26 ta’ Ottubru 2010</DATE> ġiet innotifikata lill-Kummissjoni fit-<DATE ISO="20110218">18 ta’ Frar 2011</DATE>, kien biss fit-<DATE ISO="20110303">3 ta’ Marzu 2011</DATE> li t-Tielet Direttiva tal-gass issostitwiet lit-Tieni Direttiva tal-gass.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta kemm l-ammissibbiltà kif ukoll il-fondatezza ta’ dawn l-argumenti.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà tal-ewwel motiv</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta l-ammissibbiltà tal-ewwel motiv. Skont din, jekk jiġi meqjus li hija kellha tapplika l-proċedura tal-Artikolu 22 tat-Tieni Direttiva tal-gass, allura kieku hija kienet tibgħat lir-Repubblika Ċeka talba informali sabiex tirtira d-deċiżjoni tas-<DATE ISO="20101026">26 ta’ Ottubru 2010</DATE>, att li ma kienx ikun jista’ jiġi kkontestat. Għalhekk, dan ir-rikors ma jistax jagħti lir-rikorrenti vantaġġ fuq dan il-punt u hija għaldaqstant ma għandhiex interess ġuridiku f’dan ir-rigward. Fi kwalunkwe każ, għal kuntrarju ta’ dak li ssostni r-rikorrenti, hija tista’, jekk dan inkun il-każ, sussegwentement għal eventwali annullament mill-Qorti Ġenerali tad-deċiżjoni kkontestata, tieħu deċiżjoni ġdida abbażi tat-Tieni Direttiva tal-gass.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tikkontesta dawn l-argumenti.</TXT></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat, li huwa minnu li, għall-kuntrarju tal-proċedura prevista fl-Artikolu 36 tat-Tielet Direttiva tal-gass, li tippermetti direttament lill-Kummissjoni tindirizza deċiżjoni vinkolanti lill-Istat Membru kkonċernat, il-proċedura prevista fl-Artikolu 22 tat-Tieni Direttiva tal-gass timponi fuq il-Kummissjoni, minn qabel, li tagħmel talba mhux vinkolanti lill-Istat Membru sabiex jemenda jew jannulla d-deċiżjoni tiegħu li jagħti deroga għad-dispożizzjonijiet tal-imsemmija direttiva, talba li ma hijiex att li jista’ jiġi kkontestat.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Madankollu, l-għan li trid tilħaq ir-rikorrenti permezz ta’ parti mill-ewwel motiv tagħha rigward il-proċedura applikabbli ma huwiex li jiġi indirizzat lilha att li ma jistax jiġi kkontestat minflok att li jista’ jiġi kkontestat, iżda li tiġi annullata d-deċiżjoni vinkolanti li fl-opinjoni tagħha hija illegali, fatt li, evidentement, jagħtiha vantaġġ.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-argument tal-Kummissjoni li jgħid li hija tista’, jekk dan ikun il-każ, sussegwentement għall-annullament eventwali tad-deċiżjoni kkontestata mill-Qorti Ġenerali, tieħu deċiżjoni ġdida abbażi tat-Tieni Direttiva tal-gass għandu jiġi miċħud. Minn naħa, fil-fatt għandu jiġi nnotat, li fil-kuntest tat-Tieni Direttiva tal-gass, kif ġie espost fil-punt 20 iktar ’il fuq, deċiżjoni vinkolanti tippreżumi li talba mhux vinkolanti tkun l-ewwel ġiet indirizzata lill-Istat Membru kkonċernat. Peress li talba mhux vinkolanti bħal din setgħet twassal għal negozjati bejn l-Istat Membru kkonċernat u l-Kummissjoni dwar il-kontenut tagħha, ma huwiex ċert, f’dan l-istadju, li l-Kummissjoni kienet tasal biex tadotta deċiżjoni vinkolanti, u lanqas x’kien ikun il-kontenut tagħha. Min-naħa l-oħra, ir-rikorrenti sostniet ukoll li, peress li t-terminu previst fl-Artikolu 22(4) tat-Tieni Direttiva tal-gass skada fit-<DATE ISO="20110518">18 ta’ Mejju 2011</DATE>, il-Kummissjoni għalhekk ma tkunx tista’ iktar tikkontesta d-deċiżjoni tas-<DATE ISO="20101026">26 ta’ Ottubru 2010</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Konsegwentement, u mingħajr ħsara, f’dan l-istadju, għall-fondatezza tal-motivi mqajma mir-rikorrenti, din tal-aħħar għandha interess ġuridiku fir-rigward tal-ewwel motiv, b’mod li l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà invokata mill-Kummissjoni f’dan ir-rigward għandha tiġi miċħuda.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Dwar il-fondatezza tal-ewwel motiv</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Hemm lok li jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, ir-regoli proċedurali huma ġeneralment meqjusa applikabbli għall-kawżi kollha pendenti fid-data li fiha dawn jidħlu fis-seħħ, għall-kuntrarju tar-regoli sostantivi li ġeneralment jiġu interpretati li ma japplikawx għal sitwazzjonijiet li ġraw qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom [sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-<DATE ISO="19930706">6 ta’ Lulju 1993</DATE>, CT Control (Rotterdam) u JCT Benelux vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-121/91+C-122/91" PAGE.ECR="I-3873" YEAR="1993">C-121/91 u C-122/91, Ġabra p. I-3873</REF.DOC.ECR>, punt 22, u tal-<DATE ISO="20021114">14 ta’ Novembru 2002</DATE>, Ilumitrónica, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-251/00" PAGE.ECR="I-10433" YEAR="2002">C-251/00, Ġabra p. I-10433</REF.DOC.ECR>, punt 29; sentenza tal-Qorti Ġenerali, tat-<DATE ISO="20070912">12 ta’ Settembru 2007</DATE>, González y Díez vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-25/04" PAGE.ECR="II-3121" YEAR="2007">T-25/04, Ġabra p. II-3121</REF.DOC.ECR>, punt 58].</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Madankollu, eċċezzjoni għal dan il-prinċipju ġiet aċċettata fil-każ fejn il-leġiżlazzjoni tinkludi regoli kemm proċedurali kif ukoll sostantivi, li jkunu indiviżibbli u fejn id-dispożizzjonijiet partikolari tagħhom ma jistgħux jiġu kkunsidrati waħidhom għal dak li jirrigwarda l-effett tagħhom <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT>. F’ċirkustanzi bħal dawn, effett retroattiv ma jistax jiġi rikonoxxut għad-dispożizzjonijiet kollha inkwistjoni, sakemm indikazzjonijiet suffiċjentement ċari jwasslux għal tali konklużjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="19811112">12 ta’ Novembru 1981</DATE>, Meridionale Industria Salumi <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="212/80+213/80+214/80+215/80+216/80+217/80" PAGE.ECR="2735" YEAR="1981">212/80 sa 217/80, Ġabra p. 2735</REF.DOC.ECR>, punti 11 u 12).</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, bis-saħħa tal-Artikolu 53 tat-Tielet Direttiva tal-gass, din issostitwiet it-Tieni Direttiva tal-gass b’effett mit-<DATE ISO="20110303">3 ta’ Marzu 2011</DATE> u, minn din id-data, ir-riferimenti għat-Tieni Direttiva tal-gass għandhom jinftiehmu li qegħdin jirreferu għat-Tielet Direttiva tal-gass, f’konformità mat-tabella tal-korrelazzjonijiet fl-Anness II ta’ din tal-aħħar. F’konformità ma’ din it-tabella, l-Artikolu 36 tat-Tielet Direttiva tal-gass jikkorrispondi għall-Artikolu 22 tat-Tieni Direttiva tal-gass.</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li kemm l-Artikolu 22 tat-Tieni Direttiva tal-gass kif ukoll l-Artikolu 36 tat-Tielet Direttiva tal-gass jinkludu kemm regoli sostantivi kif ukoll regoli proċedurali u li, b’mod partikolari, ir-regoli li għandhom x’jaqsmu mal-adozzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali ta’ deċiżjoni ta’ deroga għaddew minn tibdil sostanzjali.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Għalhekk, fir-rigward, fl-ewwel lok, ta’ dawn l-aħħar regoli, l-ewwel nett, fl-ipoteżi fejn l-infrastruttura kkonċernata tinsab fuq it-territorju ta’ bosta Stati Membri, l-Artikolu 36(4) u (5) tat-Tielet Direttiva tal-gass jagħti ċertu kompetenzi lill-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (AKRE), stabbilita permezz tar-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20090713">13 ta’ Lulju 2009</DATE>, li jistabbilixxi Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="211" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU L 211, p. 1</REF.DOC.OJ>). B’mod partikolari, l-AKRE tista’ tieħu deċiżjonijiet minflok l-awtoritajiet nazzjonali jekk dawn tal-aħħar ma jaslux għal ftehim.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>It-tieni nett, it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 36(6) tat-Tielet Direttiva tal-gass introduċa l-obbligu, għall-awtorità nazzjonali, qabel tagħti deroga, li tiddeċiedi dwar ir-regoli u l-mekkaniżmi relatati mal-ġestjoni u l-allokazzjoni tal-kapaċitajiet tal-infrastruttura inkwistjoni, li teżiġi li l-operaturi tal-infrastruttura inkwistjoni jistiednu lill-utenti potenzjali tagħhom sabiex jindikaw l-interess tagħhom fil-kapaċità tal-kuntrattar (test tas-suq) u li teżiġi li l-ġestjoni tal-faċilitajiet li ġew kreati l-aħħar jikkonformaw ma’ ċerti kriterji.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Fir-rigward, fit-tieni lok, tal-proċedura fuq il-livell tal-Unjoni Ewropea, it-tibdil essenzjali jirrigwarda, l-ewwel nett, il-fatt li l-Kummissjoni ma għadhiex obbligata li tistieden, fl-ewwel fażi, lill-Istat Membru kkonċernat sabiex jirtira jew jemenda d-deċiżjoni tiegħu, iżda tista’ issa tadotta direttament deċiżjoni vinkolanti. It-tieni nett, id-deċiżjoni vinkolanti tal-Kummissjoni ma għadhiex suġġetta għall-proċedura magħrufa bħala tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>komitoloġija<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>. It-tielet nett, it-termini li fihom il-Kummissjoni tista’ taġixxi nbiddlu. Filwaqt li, bis-saħħa tat-Tieni Direttiva tal-gass, it-terminu inizjali ta’ xahrejn kien jista’ jiġi estiż b’xahar addizzjonali, fil-każ li l-Kummissjoni tkun teħtieġ informazzjoni addizzjonali, dan it-terminu inizjali jista’ jiġi estiż, permezz tat-Tielet Direttiva tal-gass, għal xahrejn addizzjonali, u dan għandu jibda mir-riċezzjoni tal-informazzjoni kompleta.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat, li t-tibdil proċedurali introdott permezz tal-Artikolu 36 tat-Tielet Direttiva tal-gass ma jistax jiġi kkunsidrat f’iżolament fir-rigward tal-effett tagħhom <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT>, meta mqabbla mat-tibdil sostantiv.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>L-ewwel nett, il-proċedura ta’ deroga li hija rregolata permezz ta’ dan l-Artikolu hija proċedura unika, anki jekk parti minnha sseħħ fuq livell nazzjonali u l-parti l-oħra fuq livell tal-Unjoni. Għalhekk, it-tibdil li jaffettwa l-fażi nazzjonali tal-proċedura ma jistax jiġi evalwat separatament minn dak li jaffettwa lill-fażi fuq il-livell tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>It-tieni nett, it-tibdil li jsir fit-tqassim tas-setgħa tad-deċiżjoni bejn id-diversi atturi involuti fil-proċedura huwa sinjifikanti u, b’mod partikolari, jista’ jkollu impatt fuq ir-riżulat tal-proċedura.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, minn naħa, għandu jiġi enfasizzat ir-rwol li issa sar għandha l-AKRE bħala attur ġdid, fuq il-livell tal-proċedura li għandha tiġi segwita mill-awtoritajiet nazzjonali. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ ftehim persistenti bejn l-awtoritajiet nazzjonali rigward l-opportunità stess li tingħata deroga jew rigward il-kriterji li jirregolaw il-ġestjoni tal-kapaċitajiet kreati reċentement, id-deċiżjoni unika li l-AKRE hija mitluba tieħu, skont id-dispożizzjonijiet tat-Tielet Direttiva tal-gass, tista’ tkun sostanzjalment differenti mid-deċiżjonijiet individwali li kieku kienu jieħdu, skont ir-regoli tat-Tieni Direttiva tal-gass, l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti. Barra minn hekk, għandu jiġi enfasizzat ir-rwol konsultattiv importanti tal-AKRE fi ħdan dawn l-awtoritajiet nazzjonali. Anki jekk din il-kawża ma tikkonċernax infrastruttura li tinsab fuq it-territorju ta’ diversi Stati Membri, din iċ-ċirkustanza proprja fil-kawża inkwistjoni ma tistax taffettwa l-eżami tan-natura inseparabbli tar-regoli proċedurali u sostantivi, li hija indipendenti minn każ konkret.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, għal dak li jirrigwarda l-proċedura li għandha tiġi segwita mill-Kummissjoni, il-kompetenzi ta’ din tal-aħħar ġew imsaħħa b’mod kunsiderevoli minn formulazzjoni ġdida tal-Artikolu 36(8) u (9) tat-Tielet Direttiva tal-gass. Fil-fatt, kif ġie espost fil-punt 20 iktar ’il fuq, il-Kummissjoni issa saret tista’ tindirizza direttament deċiżjoni vinkolanti lill-Istat Membru rilevanti, mingħajr ma tkun obbligata li qabel tindirizzalu talba mhux vinkolanti u mingħajr ma tagħmel użu mill-proċedura ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>komitoloġija<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>. Għalhekk, kif ġie invokat fil-punt 22 iktar ’il fuq, il-fatt li fażi potenzjali ta’ negozjati ġiet hekk imħassra mill-proċedura, jista’ jkollu impatt fuq il-kontenut tad-deċiżjoni finali tal-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal preċedentement, isegwi li t-tibdil tat-tip proċedurali u sostantiv introdott mill-Artikolu 36 tat-Tielet Direttiva tal-gass jifforma ħaġa waħda inseparabbli, b’mod li, f’konformità mal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 25 iktar ’il fuq, effett retroattiv ma jistax jiġi rikonoxxut għal dawn id-dispożizzjonijiet kollha, sakemm indikazzjonijiet suffiċjentement ċari ma jwasslux għal tali konklużjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Issa, tali indikazzjonijiet ma jeżistux fil-każ ineżami. B’mod partikolari, għalkemm it-Tielet Direttiva tal-gass tipprovdi b’mod preċiż, fl-Artikoli 53 u 54 tagħha, id-data li minnha għandhom japplikaw ir-regoli li hija tinkludi, hija min-naħa l-oħra ma tinkludix ir-regoli għat-trattament tal-proċeduri li diġà huma pendenti fil-mument meta tidħol fis-seħħ, li jistgħu jiġġustifikaw deroga mill-prinċipju żviluppat mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 25 iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Konsegwentement, għal kuntrarju ta’ dak li ssostni l-Kummissjoni, huma r-regoli tat-Tieni Direttiva tal-gass li kienu japplikaw fil-każ ineżami, u dan kemm fir-rigward tas-sostanza kif ukoll tal-proċedura.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jintlaqa’ l-ewwel motiv tar-rikorrenti u għandha tiġi annullata d-deċiżjoni kkontestata mingħajr il-ħtieġa li jiġu eżaminati l-motivi l-oħra mqajma mir-rikorrenti.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, il-parti li titlef għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li l-Kummissjoni tilfet, hemm lok li hija tiġi kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tar-rikorrenti, skont it-talbiet ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 87(4) tar-Regoli tal-Proċedura, l-Istati Membri li intervjenew fil-kawża għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom. Ir-Repubblika Ċeka għandha għaldaqstant tbati l-ispejjeż tagħha.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (Ir-Raba’ Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 4509, tas-<DATE ISO="20110627">27 ta’ Ġunju 2011</DATE>, dwar id-deroga fir-rigward tal-faċilità ta’ ħażna tal-gass taħt l-art f’Dambořice fid-dawl tar-regoli tas-suq intern rigward l-aċċess għal terzi, hija annullata.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż ta’ Globula a.s.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Ċeka għandha tbati l-ispejjeż tagħha.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><?PAGE NO="7"?><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Pelikánová</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Jürimäe</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>van der Woude</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fis-<DATE ISO="20130906">6 ta’ Settembru 2013</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>