31999R2597



Official Journal L 316 , 10/12/1999 P. 0001 - 0014


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2597/1999

tas-6 ta' Diċembru 1999

li jimponi d-dazju definittiv kontrovalenti fuq l-importazzjonijiet ta' polyethylene terephthalate film (PET) li ġej mill-Indja u l-ġbir definittiv tad-dazju proviżorju impost

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97 tas-6 ta' Ottubru 1997 fuq il-protezzjoni kontra l-importazzjoni ssussidjata minn pajjiżi li ma jkunux membri tal-Komunità Ewropea [1] (minn issa 'l quddiem imsejjaħ' "Ir-Regolament Bażiku") u b'mod partikolari Artikolu 15 tiegħu,

Wara li kkonsulta l-Kumitat Konsultativ,

Billi:

1. IL-PROĊEDURA

(1) Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1810/1999 [2] (minn issa 'l quddiem imsemmi bħala "ir-Regolament tad-dazju proviżorju"), dazju kontrovalenti proviżorju kien ġie impost fuq l-importazzjoni ta' polyethylene terephthalate film ("PET") li ġejja fil-Komunità mill-Indja u li taqa' taħt il-kodiċi NM 39206219 u 39206290.

(2) Wara l-imposizzjoni tad-dazju proviżorju kontrovalenti, il-produtturi kooperattivi Indjani li jesportaw Ester Industries Ltd, Flex Industries Ltd, Garware Polyester Ltd, India Polyfilms Ltd/Jindal Polyester Ltd (kumpanniji relatati), MTZ Polyesters Ltd, Polyplex Corporation Ltd minn issa 'l quddiem imsejħa "il-produtturi Indjani li jesportaw"), il-Gvern ta' l-Indja, (minn issa 'l quddiem magħruf bħala "GTI"), il-produtturi tal-Komunità li għamlu l-ilment (minn issa 'l quddiem imsejħa "l-industrija Komunitarja") u żewġ utenti tal-film PET li ressqu l-kummenti bil-miktub.

(3) Skond id-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku, il-partijiet kollha ta' hawn fuq bl-eċċezzjoni ta' utent wieħed talbu u ngħataw jedd li jsemmgħu leħinhom.

(4) Utent wieħed li ma ntroduċiex ruħu fi stadju aktar bikri, irreaġixxa ulterjorment għall-impożizzjoni tal-miżuri proviżorji.

(5) Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha li dehrilha meħtieġa għall-konklużjonijiet definitivi.

(6) Il-kummenti bil-fomm u bil-miktub mogħtija wara l-imposizzjoni ta' miżuri proviżorji u wara l-pubblikazjoni fuq imsemmija ġew ikkunsidrati u, fejn tqies xieraq, ġew meqjusa fil-konklużjonijiet definitivi.

2. IL-PRODOTT LI QED JIĠI KUNSIDRAT

(7) Ir-reċitazzjoni 7 tar-Regolament tad-dazju proviżorju ddeskriviet il-prodott li qed jiġi kkunsidrat bħala polyethylene terephthalate film (PET).

(8) Ir-reċitazzjoni 8 tar-Regolament tad-dazju proviżorju kompliet tgħid li l-prodott jista' jinqasam f'diversi taqsimiet tipikament identifikati fl-industrija bħala dik manjetika, dik għall-ippakkjar, dik elettrika, dik għall-imaging u taqsimiet oħra industrijali u li għall-finijiet ta' l-investigazjoni, il-prodotti nġabru fi gruppi skond il-bejgħ tagħhom, il-ħxuna, il-kwalitajiet tal-kisi, it-trattament tal-wiċċ, il-kwalitajiet mekkaniċi u ċ-ċarezza/l-opaċità.

(9) Wara l-imposizzjoni tal-miżuri proviżorji l-Kummissjoni rċeviet talba mill-industrija Komunitarja biex tikkunsidra mhux biss it-tipi kklassifikati taħt il-kodiċi NM 39206219 u 39206290 kif jidhru fir-Regolament tad-dazju proviżorju imma wkoll dawk li jistgħu jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM 39206211 u 39206213 bħala film PET. Il-produtturi esportaturi Indjani opponew l-inklużjoni taż-żewġ kodiċijiet addizzjonali billi qalu li l-film PET klassifikabbli fihom ma jistax jinbidel ma' film PET li jaqa' taħt iż-żewġ kodiċijiet l-oħra i.e. 39206219 u 39206290. Huma spjegaw li dawn il-kodiċijiet ta' l-aħħar biss ġew inklużi fl-ilment ta' l-industrija Komunitarja u li t-tnejn ta' l-ewwel ma ġewx specifikament inklużi fl-ilment, għar-raġuni li l-prodotti kategorizzati f'dawn il-kodiċijiet ma setgħux jinbidlu ma' dawk ikklassifikati taħt il-kodiċijiet NM 39206219 u 39206290.

(10) Fuq il-bażi ta' l-informazzjoni miġbura fil-kors ta' l-investigazzjoni, il-Kummissjoni ddecidiet li ma tinkludix il-kodiċijiet NM 39206211 u 39206213 għall-finijiet ta' l-investigazzjoni għaliex l-ebda tagħrif ma ngħata li seta' jagħti wieħed x'jifhem li l-kontenzjoni magħmula mill-industrija Komunitarja fl-ilment f'dak li jirrigwarda nuqqas ta' possibilità ta' bdil mhix korretta.

3. IS-SUSSIDJI

3.1. IS-SOTTOMISSJONIJIET ĠENERALI

3.1.1. Iż-żieda ta' l-interessi fil-kalkolu tal-benefiċcji miksuba

(11) Il-produtturi li jesportaw talbu li jiġi rtirat l-element ta' l-interessi li kienu ġew miżjuda biex jiġi kkalkulat l-ammont totali tal-beneficcju miksub taħt id-diversi skemi. Intqal li ż-żieda ta' l-interessi kienet barra minn lokha, lilhinn mit-termini tal-Ftehim dwar il-miżuri tas-sussidji u l-miżuri kontrovalenti (FMSK) u li kienet ipprojbita taħt Artikolu VI paragrafu 3 GATT 1994. Il-Linji Gwidi għall-Kalkolazzjoni tal-Kummissjoni kienu jkunu nulli u bla siwi f'dan ir-rigward.

(12) Il-bażi legali għaż-żieda ta' l-interessi mal-valur oriġinali tas-sussidju huwa Artikolu 5 flimkien ma' Artikolu 6 tar-Regolament bażiku. Artikolu 5 jgħid li l-ammont tas-sussidji kontrovalenti jiġi kkalkolat fit-termini tal-beneficcju li jingħata lir-ricevitur li jinsab li jkun jeżisti matul iż-żmien ta' l-istħarriġ għall-għoti tas-sussidju. Artikolu 6, li jirriproduċi Artikolu 14 tal-FMSK, iwaqqaf ir-regoli għall-kalkolu tal-benefiċċju għal certi tipi ta' sussidji. Għall-kategoriji kollha ta' sussidji msemmija f'Artikolu 6, i.e. il-provvista ta' ekwità, il-garanziji tas-self u l-oġġetti u s-servizzi jew ix-xiri ta' l-oġġetti, in-norma biex wieħed jistabilixxi l-benefiċċju huwa l-prezz ekwivalenti tal-fondi fis-suq kummercjali. Għaldaqstant, billi wieħed juża l-argumentazzjoni li tinsab f'Artikolu 6 bħala regola ġenerali għall-kategoriji kollha ta' sussidji, biex wieħed jiġbor il-beneficcju kollu, il-prezz biex wieħed jissellef il-fondi bir-rata kummerċjali għandu jkun inkluż.

(13) Meta murija bħala valur nominali matul iż-żmien ta' l-istħarriġ, is-sussidji kollha huma effettivament ekwivalenti għal għotja. Ladarba l-għotjiet li ma jerġgħux jitħallsu lura ma jkunux disponibbli kummercjalment, ir-ricevitur, fin-nuqqas ta' għotja ta' din ix-xorta, kien ikollu jiġbor l-ammont ekwivalenti minn sorsi kummercjali u jħallsu lura bl-interessi matul perijodu ta' żmien.. Huwa dan l-element tal-beneficcju li huwa kopert billi jingħaddu l-interessi ma' l-ammont nominali tas-sussidju.

(14) Dan il-metodu huwa pprovdut specifikament bis-sentenza "Il-valur nominali ta' l-ammont tas-sussidju għandu jinbidel fil-valur li jipprevali matul iż-żmien ta' l-istħarriġ permezz ta' l-applikazjoni tar-rata ta' l-interessi kummercjali normali" fil-linji gwida tal-Kummissjoni għall-kalkolu ta' l-ammont tas-sussidju fl-investigazzjoni tad-dazju kontravalent i (linji gwida għall-kalkoli) [3] u hija l-prattika normali tal-Komunità li ġiet segwita f'numru ta' każi li ġraw qabel.

(15) Artikolu VI3 GATT 1994, li qed jidher mill-ġdid f'Artikolu 19(4) tal-FMSK, jgħid biss li ma għandhomx jinġabru dazji aktar mill-ammont tas-sussidju. L-ammont tas-sussidju jiġi kkalkolat skond il-beneficcju li jinstab li jeżisti fiż-żmien ta' l-istħarriġ. (Artikolu 14 FMSK). La darba l-kumpannija tkun ibbenefikat ukoll mill-fatt li ma kellhiex bżonn toħroġ il-fondi fis-suq kummercjali, l-ammont ta' beneficcju jrid jinkludi wkoll element ta' interessi. Għaldaqstant, la darba l-ammont ta' beneficcju (inklużi l-interessi) jkun jikkorrispondi ma' l-ammont tas-sussidju u d-dazju kontrovalenti jiġi kkalkulat skond il-marġini ta' sussidju lijkun instab, Artikolu VI(3) tal-GATT 1994 ikun qed jiġi segwit għalkollox biż-żieda ta' l-interessi.

(16) Għal dawn ir-raġunijet, il-kontenzjoni biex jiġi eskluż l-element ta' l-interessi fil-kalkolu tal-beneficcji miksuba taħt id-diversi skemi qed tiġi micħuda.

3.1.2 L-ipecificità tad-diversi skemi

(17) Il-produtturi esportaturi sostnew li l-preżunzjoni f'Artikolu 2(3) tal-FMSK li torbot is-sussidju ma' kemm wieħed ikun speċifikament esporta ma tapplikax ipso facto, ladarba Artikolu 27(2) tal-FMSK jgħid li l-projbizzjoni tas-sussidji marbuta ma kemm wieħed ikun esoprta ma tgħoddx għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw. L-Indja hija wieħed mill-pajjiżi mniżżla fl-Anness VII tal-FMSK, u allura, is-sussidji ta' l-esportazzjoni mogħtija mill-GTI ma jkunux ipprojbiti. Bħala konsegwenza, il-Kummissjoni kienet tkun obbligata biex turi fuq il-bażi ta' xhieda pożitiva li l-iskemi in kwestjoni jkunu specifici.

(18) Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku jgħid car li s-sussidji, inklużi dawk murija f'Anness I, għandhom jitiqesu li huma specifici jekk ikunu, bil-liġi jew bil-fatti, marbuta ma' kemm wieħed ikun esporta. Din il-kundizzjoni ġiet eżaminata individwalment għal kull skema ta' sussidju li taqa' taħt din il-proċedura.

3.2. L-ISKEMI INDIVIDWALI

3.2.1. L-iskema tal-Passbook (SPB)

(19) Il-GTI u l-produtturi esportaturi qanqlu argumenti dwar din l-iskema, li hija deskritta fir-reċtazzjonijiet minn 12 sa 19 tar-Regolament tad-dazju proviżorju. Dawn l-argumenti ma hemmx għalfejn jiġu indirizzati, ladarba l-beneficcji miksuba taħt dan ma kinux ġew imdaħħla fl-ammonti tad-dazju proviżorjament stabilit għar-raġunijiet mogħtija fir-reċitazzjoni 24 tar-Regolament tad-dazju proviżorju. Għaldaqstant, l-ebda miżura ma hi sa tiġi imposta fuq il-beneficcji taħt din l-iskema u, allura, ebda deċiżjoni definitiva m'hi meħtieġa.

3.2.2. L-iskema tal-passbook għall intitolament rigward id-dazju (SPID) – fuq il-bażi ta' qabel l-esportazzjoni

(20) Il-GTI u l-produtturi esportaturi qanqlu argumenti dwar din l-iskema, li kienet ġiet deskritta fir-reċitazzjonijiet 26 u 30 tar-regolament tad-dazju proviżorju.

(21) B'mod partikolari, intqal li l-iskema SPID ta' qabel l-esportazzjoni hija skema ta' maħfra permessa/ħlas lura permess fl-ambitu tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku, u bħala tali, ma hijiex kontrovalenti. Intqal ukoll li, kieku l-iskema tinstab li tkun kontrovalenti, huma l-maħfriet biss li attwalment ikunu eccessi li għandhom jintużaw bħala bażi għall-kalkolu tal-beneficcju, u l-Kummissjoni messha eżaminat jekk kienx hemm fil-fatt eccess ta' ħlas lura ta' spejjeż ta' l-importazzjoni fuq inputs użati fil-proċess tal-produzzjoni.

(22) Il-JPBD fuq il-bażi ta' qabel -esportazzjoni mhix maħfra/ħlas lura jew skema ta' sostituzzjoni fl-ambitu tad- dispożizzjonijiet tar-Regolament Bażiku, minkejja l-eżistenza tal-"kundizzjoni attwali ta' l-utent". Hija fundamentalment valur, u mhux skema bażata fuq il-kwantità. Ir-rata tal-JPBD, li twassal għall-eżenzjoni mid-dazju fuq l-importazzjoni, mhix ikkalkulata fir-relazzjoni tal-kwantitajiet fiżici specifici ta' inputs verament użati jew li se jintużaw fil-process tal-produzzjoni. B'mod konkret, l-inputs jiġu stabbiliti fuq il-bażi ta' Normi ta' Standard ta' Input/Output (NSIO) li jiffissaw l-infiq mistħajjel bażat fuq dawk li huma kkunsidrati l-valuri ta' inputs li jridu jiġu importati biex jiġi maħdum prodott partikolari. Ladarba r-rata tal-JPBD tkun ġiet ifissata għal prodott partikolari lest, l-inputs jistgħu jiġu importati bla dazju b'licenzja taħt il-JPBD għal qabel l-esportazzjoni Ma jeżisti ebda mekkaniżmu li jista' jipprevjeni produttur esportatur milli jbiddel il-proporzjon ta' l-inputs tiegħu realment importati, ladarba huwa meħtieġ biss li jibqa' fil-limiti globali ta' l-ogħla kreditu li hu jkun ingħata.

(23) Barra minn hekk, m'hemm ebda obbligu li wieħed realment jimporta l-inputs kollha differenti li għalihom ikun ingħata kreditu. L-unici limiti għall-kwantità ta' input partikolari li jistgħu jiġu importati taħt din l-iskema huwa l-valur tal-licenzja mogħtija u r-rabta korrispondenti li wieħed jesporta l-prodott lest. Għaldaqstant, m'hemm ebda ħtieġa li l-inputs importati li jkunu qed jiġu ssostitwiti jkunu ugwali fil-kwantità, u li jkollhom l-istess kwalitajiet u karatteristici bħall-inputs tas-suq lokali.

(24) Kumpannija li tista' tikseb l-inputs tagħha b'inqas spejjeż jew li takkwista xi inputs mis-suq domestiku, tkun tista' timporta inputs bla dazju li jkunu jistgħu jintużaw għall-produzzjoni jew il-bejgħ domestiku la darba l-kwantitajiet tassew importati ma jkollhomx x'jaqsmu ma dawk stabiliti fl-NSIO. Ma nstabet edba xhieda ta' sistema effettiva jew procedura li tikkonferma sija liema inputs bla dazju jkunu tassew intużaw fil-process tal-produzzjoni tal-prodott lest esportat sija f'liema kwantitajiet. Barra minn hekk, instab li l-kumpens li jista' jkun hemm meta l-oġġetti jiġu esportati ma jinħadimx fuq il-bażi tal-veri kwantitajiet ta' l-inputs importati bla dazju użati fl-ipprocessar ta' l-oġġetti esportati, imma aktarx fuq il-bażi tas-supposizzjonijiet tal-valuri standard li jikkonċernaw l-inputs tal-prodott esportat.

(25) Anke jekk il-JPBD fuq il-bażi ta' qabel l-esportazzjoni kellu jkun kunsidrat bħala sistema ta' ġbid lura ta' dazju, kif intqal, Anness II(II)(5) u Anness III(II)(3) tar-Regolament bażiku jipprovdu li, fejn jiġi aċċertat li l-gvern tal-pajjiż esportatur ma jkollux sistema stabbilita ta' verifika, normalment ikun hemm bżonn li jsir studju ulterjuri mill-pajjiż esportatur bażat fuq l-inputs attwali involuti, jew fuq it-transazzjonijiet attwali, rispettivament, biex jiġi deciż jekk ikunx sar ħlas żejjed. Ladarba, kif ġie spjegat qabel, l-ebda sistema ta' verifika ta' din ix-xorta rigward il-kwantitajiet attwali ta' inputs importati man tkun teżisti, il-GTI kien ikun mitlub jagħmel stħarriġ. Il-GTI ma wettaqx stħarriġ simili. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma stħarrġitx jekk fil-fatt kienx hemm ġbid lura żejjed ta' spejjeż ta' l-importazzjoni fuq inputs użati fil-produzzjoni tal-prodott esportat.

(26) Fi kwalunkwe każ, il-maħfra ta' dazji żejda fuq l-importazzjoni hija l-bażi biex wieħed jikkalkula l-ammont ta' beneficcju biss fil-każ ta' ġbid lura u sostituzzjoni ta' skemi ta' rifużjoni tad-dazju jkunu saru bona fide. La darba ġie aċċertat li l-iskema JPBD qabel l-esportazzjoni mhix skema ta' rifużjoni ta' dazju jew skema ta' sostituzzjoni ta' rifużjoni ta' dazju skond is-sinifikat ta' Anness I(i) u Annessi II u III tat-Regolament bażiku, il-beneficcju huwa l-maħfra totali tad-dazji fuq l-importazzjoni, mhux il-maħfra ta' xi ħlas meqjus żejjed.

(27) La darba l-iskema JPBD ta' qabel l-esportazzjoni tinvolvi dħul tal-gvern li altrimenti kellu jinġabar u issa se jintilef, l-iskema hija kkunsidrata li tagħti sussidju skond Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. La darba l-benefiċċju taħt din l-iskema ma jistax jinkiseb mingħajr rabta ma l-esportazzjoni, l-iskema hija kkondizzjonata fil-liġi fuq l-operat ta' l-esportazzjoni għall-iskopijiet fl-ambitu ta' Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku, u hija għalhekk speċifika. Il-kalkolu ta' l-ammont tas-sussidju

Calculation of the subsidy amount

(28) Il-benefiċċju tal-produtturi esportaturi ġie kkalkulat kif ġie spjegat fir-reċitazzjoni 23 tar-Regolament tad-dazju proviżorju, billi ttieħdu in konsiderazzjoni wkoll il-ħlasijiet ta' l-applikazzjoni li jkunu ppretendew il-produtturi esportaturi. Dawn l-ammonti addizzjonali, madankollu, ma kellhom ebda influwenza fuq il-marġini ta' sussidju kkalkulat proviżorjament.

(29) Żewġ kumpanniji bbenefikaw minn din l-iskema matul iż-żmien ta' l-istħarriġ u kisbu sussidji ta' 1,31 % u 6,84 %.

3.2.3. L-iskema JPBD - il-bażi ta' wara l-esportazzjoni

(30) Il-GTI u l-produtturi esportaturi qanqlu argumenti dwar din l-iskema, li kienet ġiet deskritta fir-reċitazzjonijiet minn 37 sa 39 tar-Regolament tad-dazju proviżorju.

(31) B'mod parikolari, intqal li l-Iskema JPBD fuq il-bażi ta' wara l-esportazzjoni kienet tkun skema sostitutiva permissibbli ta' rifużjoni ta' dazju ladarba l-kreditu tal-JPBD wara l-esportazzjoni kien jingħata biss skond l-NSIO innotifikat. Taħt il-paragrafu (I) ta' Anness I tar-Regolament bażiku, skema ta' ġbid lura ta' flus tista' tippermetti l-użu ta' kwantità ta' inputs tas-suq domestiku ugwali għal, u bl-istess kwalità u karatteristici ta' l-inputs importati. Intqal ukoll li l-Awtotitajiet tas-Sisa kienu jkunu f'pożizzjoni li jivverifikaw liema inputs importati jiġu inkorporati fil-prodott esportat. Għaldaqstant, l-Iskema JPBD fuq il-bażi ta' wara l-esportazzjoni tkun skema ta' sostituzzjoni permissibbli ta' rifużjoni ta' dazju skond Anness II tar-Regolament bażiku.

(32) Ta' min jiftakar li, kuntrarju għall-iskema JPBD fuq il-bażi ta' qabel l-esportazzjoni, edba "kundizzjoni attwali ta' l-utent" ma teżisti. Il-krediti fuq l-iskema JPBD fuq il-bażi ta' wara l-esportazzjoni jiġi kkalkolat bħala perċentwal tal-valur tal-prodotti esportati lesti. Il-krediti hekk miksuba jistgħu jintużaw biex jagħmlu tajjeb għad-dazji tad-dwana li normalment jitħallsu fuq importazzjonijiet ta' l-oġġetti kollha (esklużi dawk fuq il-lista negattiva ta' l-importazzjonijiet). M'hemm ebda restrizzjoni fuq l-oġġetti għall-użu fil-produzzjoni tal-prodott esportat. L-oġġetti importati jistgħu jinbiegħu fis-suq domestiku jew jintużaw b'kull mod ieħor. Barra minn dan, il-liċenzji, u b'hekk il-krediti, huma trasferibbli liberament.

(33) Konsegwentement, wieħed jista' jikkonkludi li l-iskema JPBD fuq bażi ta' wara l-esportazzjoni mhix skema jew sostituzzjoni ta' skema ta' ġbid ta' flus lura għall-iskopijiet tas-sens ta' Anness I(i) u Annessi II u III tar-Regolament bażiku.

(34) Il-GTI sostniet ukoll li l-iskema tikkostitwixxi sussidju fuq l-esportazzjoni biss sal-punt li tipprovdi rifużjoni fuq l-ispejjeż ta' l-importazzjoni li jkunu aktar minn dawk li fil-fatt ikunu taxxabbli fuq l-inputs importati li jintużaw fil-produzzjoni għall-esportazzjoni, u li fil-każ tagħhom il-Kummissjoni ma jkunx irnexxielha twettaq l-obbligi tagħha li tistabilixxi l-ammont ta' dan l-eċċess.

(35) Din il-kontenzjoni għandha tiġi miċħuda għall-istess raġunijiet imsemmija fir-reċitazzjoni 26.

Il-kalkolu ta' l-ammont tas-sussidju

(36) Il-GTI issottomettiet illi, fil-każ ta' bejgħ ta' liċenzji, il-Kummissjoni tkun mistennija tistabilixxi l-valur attwali tal-benefiċċju miksub mill-produtturi esportaturi permezz ta' dawn it-transazzjonijiet ta' bejgħ, u mhux fuq il-bażi ta' l-ammont tal-kreditu mogħti fil-liċenzja.

(37) Kif ġa spjegat fir-reċitazzjoni 43 tar-Regolament tad-dazju proviżorju, din il-kontenzjoni ma tistax tiġi milqugħa ladarba l-benefiċċju mogħti mill-GTI lill-produttur esportatur f'termini ta' dħul mitluf ikun jidher tajjeb fil-valur tal-licenzja. Il-bejgħ tal-licenzja bi prezz differenti (i.e. ogħla jew orħos) mill-valur tagħha tkun transazzjoni purament kummerċjali li ma tbiddilx l-ammont tal-beneficcju oriġinarjament riċevut mill-iskema.

(38) Il-beneficcju għall-produtturi esportaturi ġie kalkulat kif spjegat fir-reċitazzjonijiet 41 u 44 tar-Regolament tad-dazju proviżorju. F'dan ir-rigward, ta' min jinnota li għadd ta' kontenzjonijiet saru minn erba' produtturi esportaturi u ġew accettati mill-Kummissjoni. Sussegwentement, l-ispejjeż addizzjonali necessarjament magħmula biex wieħed jakkwista l-liċenzja ttieħdu in konsiderazzjoni. Korrezzjonijiet saru wkoll, fl-ammonti ta' kreditu mogħtija. Dawn il-korrezzjonijiet iwasslu għal bidliet żgħar fil-mariġni tas-sussidju.

(39) Erba' kumpanniji bbenefikaw minn din l-iskema matul iż-żmien ta' l-istħarriġ u kisbu sussidji ta' bejn it-2,34 % u s-17,68 %.

3.2.4. L-iskema tal-promozzjoni għall-esportazzjoni ta' l-oġġetti kapitali (PEOK)

(40) Il-GTI issottomettiet li l-għan ta' l-iskema PEOK, li ġie spjegat fir-reċitazzjonijiet minn 46 sa 50 fir-Regolament tad-dazju proviżorju, kien li jippermetti l-immodernizzar teknoloġiku ta' impjanti u l-makkinarju ta' l-intrapriżi ta' l-ekonomija kollha filwaqt li jippreserva wkoll ir-riżorsi skarsi tal-valuta estera ta' l-Indja. Intqal li l-benefiċċju tal-PEOK mhux marbut ma' l-operat ta' l-esportazzjoni għax il-liċenzji għall-PEOK ikunu disponibbli irrispettivament minn kif tkun marret l-esportazzjoni qabel. Barra minn hekk, wieħed li jkollu l-liċenzja PEOK dejjem jista' jixtri oġġetti kapitali domestiċi aktar milli dawk importati.

(41) Fir-rigward ta' din il-kontenzjoni, ta' min jinnota li biex tagħmel użu mill-iskema PEOK, kumpannija jkollha tintrabat li tesporta ċertu valur ta' oġġetti matul ċertu perijodu ta' żmien. Din l-iskema hija għalhekk marbuta bil-liġi ma' l-operat ta' l-esportazzjoni la darba ebda benifiċċju ma jista' jinkiseb mingħajr ma wieħed jintrabat li jesporta l-oġġetti. Bħala tali, din hija meqjusa bħala ħaġa speċifika taħt id-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku u, allura, kontrovalenti.

(42) Il-produtturi esportaturi kkontendew il bl-Iskema PEOK, id-dħul tal-Gvern ma jintilifx, imma jiġi biss pospost. Jekk importatur ta' oġġetti kapitali jonqos milli jonora l-obbligu tiegħu dwar l-esportazzjoni sa l-aħħar tal-perijodu li l-iskema tipprovdi, kull dazju differenzjali jinġabar bl-interessi. B'hekk, il-kwestjoni dwar jekk importatur ikunx gawda minn xi maħfra tad-dazju u jekk id-dħul tal-Gvern ikunx intilef u, b' hekk ikun ingħata xi benefriċċju, tqum biss fit-tmiem tal-perijodu taż-żmien mogħti għat-twettiq ta' l-obbligu dwar l-esportazzjoni taħt din l-iskema. Ikun għaldaqshekk prematur li wieħed jikkunsidra l-importazzjoni ta' oġġetti kapitali taħt l-iskema matul iż-żmien ta' l-istħarriġ.

(43) Fir-rigward ta' dan l-argument, wieħed jifhimha li meta kumpannija tapplika għal din l-iskema u b'hekk tintrabat li tesporta l-oġġetti, wieħed għandu jppretendi li l-obbligu ta' l-esportazzjoni għad jitwettaq u l-eżenzjoni finali mill-ħlas tad-dazji fuq l-importazzjoni għad tinkiseb. Anzi, l-kumpannija għandha tistenna li fl-aħħar mill-aħħar dawn ma ma jkollhomx iħallsu dazji. Li wieħed jassumi li jista' jkun mod ieħor jirrendi l-iskema bla sens.

(44) Barra minn hekk, l-istħarriġ stabilixxa fiż-żgur li l-GTI fil-fatt tikkonċedi li jiġi estiż iż-żmien ta' l-obbligu li jesportaw lill-kumpanniji li ma jirnexxilhomx jilħqu l-obbligazzjoni tagħhom dwar l-esportazzjoni fiż-żmien li jiġi stabilit fil-bidu.

(45) Għal dawn ir-raġunijiet, huwa kkunsidrat li d-dħul tal-Gvern ikun intilef fiż-żmien ta' l-importazzjoni ta' l-oġġetti kapitali u l-kumpannija li timporta tirċevi benefiċċju fil-forma ta' l-ammont totali ta' dazji mhux imħallsa.

Il-kalkolu ta' l-ammont tas-sussidju

(46) Il-benefiċċju għall-produtturi esportaturi ġie kalkulat kif spjegat fir-reċitazzjoni 53 tar-Regolament tad-dazju proviżorju. F'dan ir-rigward, ta' min jinnota li għadd ta' kontenzjonijiet saru mill-produtturi esportaturi kollha, li f'parti minnhom ġew aċċettati mill-Kummissjoni. B'mod l-aktar partikolari, l-ispejjeż li ntefqu neċessarjament biex wieħed ikun ikkwalifika għal, jew kiseb is-sussidju u li għalih xhieda konfermata tkun ingħatat ittieħdu in konsiderazzjoni. Dawn l-ispejjeż kienu marbuta b'mod ċar mad-drittijiet ta' l-applikazzjoni u l-garanziji bankarji. Id-dritt ta' l-applikazzjoni hija ħaġa ta' darba filwaqt li l-garanziji bankarji jistgħu jkunu operazzjoni ta' darba li tkopri perijodu ta' għadd ta' snin għal garanzija bankarja jew jista' jkun magħmul minn għadd ta' pagamenti ta' kull sena li jitħallsu matul il-perjodu tal-validità tal-garanzija bankarja.

(47) Ta' min jinnota li waħda minn dawn il-kumpanniji, MTZ Polyesters Ltd, argumentat li l-metodu wżat fir-Regolament tad-dazju proviżorju mhux xieraq fil-każ speċifiku tagħha, peress li hija kienet f'sitwazzjoni għalkollox differenti matul iż-żmien ta' l-istħarriġ minn dik tal-kumpanniji l-oħra involuti fl-istħarriġ. B'mod l-aktar partikolari tressaq l-argumentat li, minħabba ċirkostanzi imprevisti, li fosthom kien hemm diżastru naturali, il-produzzjoni kummerċjali bdiet biss f'Ottubru 1998. Dan wassal għal bejgħ domestiku u għal esportazzjoni baxxa ħafna matul iż-żmien ta' l-istħarriġ u konsegwentement għal marġini għoli ta' sussidju. Il-kumpannija għaldaqstant ipproponiet u talbet biex tuża metodoloġija differenti ta' kalkolu.

(48) Ta' min jinnota li ebda argument ta' din ix-xorta qatt ma tressaq lill-Kummissjoni matul l-istħarriġ sal-pubblikazzjoni tal-konklużjonijiet proviżorji. Iżda, mat-talba tagħha, il-kumpannija ressqet xhieda dettaljata u ssostanzjata dwar il-bidu tal-produzzjoni kummerċjali u l-effett li bidu hekk tard kellu fuq l-operat tagħha.

(49) Wara studju bir-reqqa fuq din is-sottomissjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-talba għall-użu ta' metodoloġija differenti ta' kalkolu kif proposta mill-kumpannija ma kinitx ġustifikata. Iżda, il-Kummissjoni dehrilha li, meta tqis iċ-ċirkostanzi speċifiċi u eċċezzjonali li effettwaw din il-kumpannija, l-applikazzjoni ta' l-istess denominatur (i.e. l-esportazzjonijiet attwali) ma' din il-kumpannija kif applikati mal-kumpanniji li kienu f'sitwazzjoni normali ta' produzzjoni kummerċjali wasslet għal riżultati ta' natura sproporzjonata li ma kinux jirriflettu sewwa l-benefiċċju miksub minn din il-kumpannija mis-sussidju kontrovalenti taħt din l-iskema. Għaldaqshekk, il-Kummissjoni, waqt li żammet l-istess metodoloġija ta' kalkolu, għamlet adattament fil-figuri tal-produzzjoni u l-bejgħ għall-esportazzjoni fil-każ ta' din il-kumpannija, bażat fuq data verifikata minn kumpanniji f'sitwazzjoni ta' produzzjoni kummerċjali normali sabiex talloka l-benefiċċju mogħti bis-sussidju matul iż-żmien ta' l-stħarriġ.

(50) Fil-qosor, sitt kumpanniji għamlu użu minn din l-iskema matul iż-żmien ta' l-stħarriġ u kisbu sussidji ta' bejn il-1,42 % u t-8,75 %.

3.3. IŻ-ŻONI TAL-PROMOZZJONI GĦALL-ESPORTAZZJONI/L-ENTITAJIET ORJENTATI GĦALL-ESPORTAZZJONI (ŻPE/EOE)

(51) Il-GTI issottomettiet li ma titlef ebda dħul taħt din l-iskema, li ġiet deskritta fir-reċitazzjonijiet minn 55 sat-58 tar-Regolament tad-dazju proviżorju, għax id-dazji tad-dwana fuq oġġetti kapitali jiġu sospiżi biss matul iż-żmien li fih ikunu f'depost. Dan ifisser li, fuq importazzjoni ta' l-oġġetti kapitali fl-użu tal-entitajiet ŻPE/EOE, l-importatur mhux mitlub iħallas dazju tad-dwana. Madankollu, meta l-oġġetti kapitali jinbiegħu, jew jiġu rilaxxati mid-depost, id-dazju tad-dwana jsir pagabbli, b'rata proporzjonata mal-valur ridott ta' l-oġġetti kapitali fiż-żmien tal-bejgħ jew tar-rilaxx mid-depost.

(52) Dan l-argument jixxiebaħ ma' dak li sar mill-produtturi esportaturi dwar l-iskema PEOK, i.e. id-dħul ta' flus mhux se jintilef, imma biss jiġi pospost. Madankollu, li wieħed jippretendi li oġġetti kapitali jiġu importati ħielsa mid-dazju u mbagħad jerġgħu jinbiegħu fis-suq domestiku, wara l-ħlas tad-dazju, jirrendi l-iskema bla sens. Fi kwalunkwe każ, kieku l-oġġetti kapitali kellhom jinbiegħu f'mument partikolari fil-futur, id-dħul tal-flus kien jintilef f'ammont proporzjonat mad-deprezzament akkumulat. Jekk u meta dawn l-oġġetti kapitali jinbiegħu hija biss deċiżjoni kummerċjali li tittieħed mill-kumpannija.

(53) Għal dawn ir-raġunijiet, jitiqies li d-dħul tal-gvern jintilef fiż-żmien ta' l-importazzjoni ta' l-oġġetti kapitali u l-kumpannija li timporta tirċievi l-benefiċċju fil-forma ta' l-ammont totali ta' dazji mhux imħallsa.

(54) Il-produttur esportatur ressaq argument simili, u barra dan ressaq argumenti dwar importazzjoni ta' inputs għal prodotti esportati. Ladarba l-iskema ŻPE/EOE kienet tintuża esklussivament għall-importazzjoni ta' l-oġġetti kapitali, dawn l-argumenti addizzjonali ma hemmx għalfejn jiġu indirizzati.

(55) Dan is-sussidju huwa marbut bil-ligi ma' l-operat ta' l-esportazzjoni skond is-sens ta' Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku, ladarba dan ma jistax jinkiseb mingħajr ma l-kumpannija taċċetta l-obbligu għall-esportazzjoni, u għalhekk jibda jitiqes bħala speċifiku.

Il-kalkolu ta' l-ammont tas-sussidju

(56) Il-benefiċċju tal-produttur esportatur ġie kkalkulat kif spjegat fir-reċitazzjonijiet mit-63 sal-65 tar-Regolament tad-dazju proviżorju. Kumpannija waħda rċeviet benefiċċji taħt din l-iskema b'rata ta' 0,7 %.

3.3.1. L-iskema għall-eżenzjoni mit-taxxa fuq id-dħul

(57) Kif ġa ġie stabbilit fir-Regolament tad-dazju proviżorju, l-ebda produttur esportatur ma għamel użu minn din l-iskema. Għaldaqstant, ebda miżura ma ġiet imposta u ebda konklużjoni definittiva ma hi meħtieġa fil-kuntest ta' l-investigazzjoni.

3.4. L-ISKEMI REĠJONALI

3.4.1. It-taxxa fuq il-bejgħ

(58) Il-produtturi esportaturi qalu li l-benefiċċji li jingħataw taħt l-eżenzjonijiet mit-taxxa fuq il-bejgħ fl-Istati ta' Gujarat u Maharashtra u l-iskema ta' l-inċentivi tat-taxxa fuq il-kummerċ fl-istat ta' Uttar Pradesh huma mogħtija lix-xerrej ta' l-oġġetti u mhux lill-bejjiegħ.

(59) It-taxxa fuq il-bejgħ jew fuq il-kummerċ f'dawn l-istati hija taxxa miġbura fuq il-bejgħ ta' l-oġġetti, u tingħadd mal-prezzijiet tal-bejgħ fuq il-fattura. B'hekk il-bejjiegħ jagħmilha ta' kollettur tat-taxxa. Is-sistema tat-taxxa fuq il-bejgħ/kummerċjar hija differenti mis-sistemi tal-VAT fis-sens li t-taxxa fuq il-bejgħ/kummerċjar imħallsa ma tistax titpatta b'taxxa miġbura fuq il-bejgħ/kummerċjar.

(60) Kien hemm kontenzjoni li l-eżenzjonijiet tat-taxxa fuq il-bejgħ jew l-ikkummerċjar intużaw mill-kumpanniji esklużivament għal transazzjonijiet ta' bejgħ, u mhux għal xi xiri sostanzjali ta' oġġetti.

(61) Il-Kummissjoni, wara żjara ta' verifika, ma sabet ebda xhieda kontrarja. Ġie wkoll stabilit li l-fornituri l-kbar kollha ta' l-inputs lill-produtturi esportaturi jinsabu 'l barra mill-Istati interessati. Għaldaqstant, it-taxxa fuq il-bejgħ kienet pagabbli fuq ix-xiri ta' l-oġġeti mill-produtturi esportaturi.

(62) Għalhekk wieħed jista' jikkonkludi li l-eżenzjonijiet tat-taxxa fuq il-bejgħ mogħtija mill-Istati ta' Gujarat u Maharashtra u l-iskema ta' l-inċentiv ta' taxxa fuq l-ikkummerċjar mogħtija mill-Istat ta' Uttar Pradesh ma taw ebda benefiċċju lill-produttur esportatur.

(63) Ebda miżura ma hi sa tiġi imposta u, għaldaqstant, ebda konklużjoni definittiva fuq dawn l-iskemi ma hi meħtieġa. Fl-aħħar, ta' min jinnota li dawn il-konklużjonijiet ma jippreġudikawx il-konklużjonijiet dwar l-użu ta' dawn l-iskemi għal transazzjonijiet ta' xiri.

3.4.2. L-iskemi reġjonali – L-eżenzjoni mid-dazju fuq l-eletttriku

(64) Il-GTI u produttur esportatur wieħed, MTZ Polyesters Ltd, issottomettew li din l-iskema, li ġiet deskritta fir-reċitazzjonijiet 80 u 81 tar-Regolament tad-dazju proviżorju, ma tkunx speċifika, ladarba tkun disponibbli għall-intrapriżi l-ġodda kollha ta' Gujarat, qegħdin fejn qegħdin.

(65) Il-Kummissjoni analizzat ix-xhieda mogħtija biex tipprova din il-kontenzjoni. Wara eżami bir-reqqa, wieħed jista' jikkonkludi li, anke jekk jidher li ntuża xi kliem mhux ċar fil-leġislazzjoni relevanti, b'mod partikolari fil-kuntest tad-definizzjoni ta' "impriżi ta' servizz" u fl-iffissar ta' rati ta' dazju differenzjali, din l-iskema hija tassew disponibbli għall-impriżi l-ġodda kollha ġo l-istat fuq bażi ugwali u matul perijodu ta' ħames snin.

(66) Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament bażiku jistabilixxi li fejn l-awtorità li tikkonċedi, jew il-leġislazzjoni li fuqha l-awtorità li tikkonċedi topera, twaqqaf għanijiet oġġettivi jew kundizzjonijiet li jirregolaw l-eliġibilità għal, u l-ammont ta', sussidju, l-ispecificità ma għandhiex teżisti sakemm l-eliġibilità ma tkunx awtomatika u dawn l-għanijiet u l-kundizzjonijiet jiġu osservati bir-reqqa. Għanijiet u kundizzjonijiet oġġettivi bħal dawn, imisshom, inter alia, ikunu orizzontali fl-applikazjoni tagħhom u mhux jippreferixxu lil ċerti intrapriżi fuq oħrajn.

(67) Fid-dawl tas-sottomissjonijiet riċevuti u x-xhieda vverifikata f'din l-investigazzjoni, huwa maħsub li l-iskema tlaħħaq ma'l-għanijiet ta' Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament bażiku, għaliex hija orizzontali fl-applikazzjoni, la darba hija disponibbli għal intrapriżi fl-istat kollu, u bażata fuq għanijiet oġġettivi, jiġifieri l-ħolqien ta' impriżi industrijali ġodda.

(68) Għaldaqstant wieħed jasal għall-konklużjoni li din l-iskema mhix speċifika u għalhekk mhix kontrovalenti.

3.4.3. L-iskemi reġjonali – Ir-rimborż Octroi

(69) Dwar ir-rimborż octroi, li kien ġie deskritt fir-reċitazzjonijiet mit-88 sad-89 tar-Regolament tad-dazju proviżorju, il-GTI issottomettiet li l-octoi hija taxxa indiretta miġbura mill-awtoritajiet lokali Indjani fuq oġġetti li jidħlu fl-entitajiet territorjali ta' belt jew distrett. Tressaq l-agument li "Il-linji gwida fuq il-konsum ta' l-inputs fil-proċess tal-produzzjoni" fl-Anness II tal-FMSK sa jkunu jippermettu skemi ta' rifużjoni ta' taxxi indiretti fuq taxxi indiretti kumulattitvi ta' stadju prijoritarju li jkunu nġabru fuq importazzjoni li tkun intużat fil-produzzjoni ta' prodotti esportati. Għaldaqstant, din l-iskema ma tkunx kontrovalenti.

(70) Dan l-argument għandu jitwarrab, la darba r-rimborż ta' l-iskema octroi m'għandu l-ebda rabta mal-produzzjoni għall-esportazzjoni.

(71) Ebda argument ippruvat rigward l-ispeċifiċità ta' din l-iskema ma tressaq. Qiegħed għalhekk jiġi kkonfermat li din l-iskema hija speċifika skond Artikolu 3(2)(a) u (c) tar-Regolament bażiku ladarba hija espliċitament limitata għal ċerti intrapriżi, li jinsabu f'lokalitajiet indikati, fil-ġurisdizzjoni ta' l-awtorità konċedenti.

(72) Produttur esportatur wieħed, Garware Polyester Ltd, issottometta li hu ma kiseb ebda benefiċċju taħt din l-iskema matul iż-żmien ta' l-stħarriġ (ŻS) billi l-Aworitajiet ta' l-Istat ta' Maharashtra kienu għadhom ma wettqux l-obbligu tagħhom li jagħtu rimbors.

(73) Dan l-argument għandu jitwarrab, ladarba l-benefiċċju miksub huwa pretensjoni miġmugħa kontra l-Istat ta' Maharashtra, li għalih il-kumpannija legalment għandha dritt.

(74) Il-GTI, appoġġata mill-produtturi esportaturi, irrepetiet argument ġenerali faċli u ssottomettiet li l-Kummissjoni, speċjalment fil-każ ta' pajjiżi li qed jiżviluppaw, sa tkun obbligata tistabilixxi li reġjonijiet arretrati ma humiex eliġibbli taħt Artikolu 4(3) tar-Regolament bażiku, aktar milli tieħu deċiżjoni bażata fuq il-fatti disponibbli.

(75) F'dan ir-rigward, ta' min jinnota li, safejn tidħol din l-iskema, li kienet użata biss minn kumpannija waħda li tinsab fir-reġjun ta' Aurangabat ġo l-Istat ta' Maharashtra, ebda xhieda ma ngħatat sakemm għalaq iż-żmien applikabbli għal din il-proċedura mill-GTI jew minn xi ħadd ieħor f'dak li jirrigwarda t-twettiq tal-ħtiġiet li jinsabu f'Artikolu 4(3) tar-Regolament bażiku. Ċerta xhieda, li kienet limitata għal data ġejja mill-1981/1982, ingħatat ħafna wara li għalaq iż-żmien. F'dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni la hija obbligata u lanqas hija f'pożizzjoni li tistabilixxi li l-kriterji meħtieġa għal determinazzjoni skond Artikolu 4(3) tar-Regolament bażiku, li tinkludi, fost l-oħrajn dawk relatati mal-miżuri ta' l-żvilupp ekonomiku bażat fuq xhieda ta' statistika, intlaħqu fil-każ ta' din l-iskema.

(76) F'dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni hija obbligata tikkonferma l-konklużjonijiet kif imsemmi fir-reċitazzjoni 93 tar-Regolament tad-dazju proviżorju. Il-konklużjoni finali għaldaqstant hija li din l-iskema hija kontrovalenti. Il-kalkolu ta' l-ammont tas-sussidju

Calculation of the subsidy amount

(77) Il-benefiċċju għall-produttur esportatur ġie kkalkulat kif spjegat fir-reċitazzjoni 94 tar-Regolament tad-dazju proviżorju. Madankollu, il-kumpannija ressqet xhieda li ma kinitx intitolata għar-rimbors ta' l-ammont kollu tat-taxxa, li konsegwentement wassal għal marġini aktar baxx ta' sussidju.

(78) Kumpannija waħda bbenefikat minn din l-iskema matul iż-żmien ta' l-istħarriġ u kisbet sussidji ta' 1,08 %.

3.4.4. L-inċentiv kapitali

(79) Il-GTI u l-produtturi esportaturi qanqlu argumenti dwar din l-iskema, li ġiet deskritta fir-reċitazzjonijiet 96 u 97 tar-Regolament proviżorju. Dawn l-argumenti ma hemmx bżonn jiġu indirizzati, ladarba l-benefiċċji miksuba taħt din l-iskema ma kinux inklużi fl-ammonti tad-dazju proviżorjament stabiliti għar-raġunijiet mogħtija fir-reċitazzjoni 24 tar-Regolament tad-dazju proviżorju. Konsegwentement, ebda miżura ma hi se tiġi imposta fuq il-benefiċċji taħt din l-iskema u, għaldaqstant, ebda konklużjoni definitiva ma hi meħtieġa.

L-ammont tas-sussidji kontrovalenti

(80) L-ammont ta' sussidji kontrovalenti skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Bażiku, espress

ad valorem,

għal kull esportatur investigat hija kif ġej:

(f' %) |

| PBS | DEPB | EPCGS | EPZ/EOU | Skemi statali | TOTAL |

| Esportazzjoni minn qabel | Esportazzjoni ta' wara | Taxxa fuq il-bejgħ | Inċentiv kapitali | Octroi refund | Rifużjoni fuq l-elletrriku |

Ester Industries Ltd | 6,84 | 2,34 | 2,87 | | | | | 12,0 |

Flex Industries Ltd | | | 10,44 | 2,13 | | | | | | 12,5 |

Garware Polyester Ltd | | 1,31 | | 1,48 | | | | 1,08 | | 3,8 |

India Polyfilms Ltd & Jindal Polyester Ltd | | | 4,82 | 1,52 | 0,70 | | | | | 7,0 |

MTZ Polyester Ltd | | | | 8,75 | | | | | | 8,7 |

Polyplex Corporation Ltd | | | 17,68 | 1,42 | | | | | | 19,1 |

4. IL-ĦSARA

4.1. ID-DEFINIZZJONI TA' L-INDUSTRIJA KOMUNITARJA

(81) Ir-reċitazzjoni 106 tar-Regolament tad-dazju proviżorju tgħid li erba' produtturi li ressqu lmenti jissodisfaw il-ħtiġiet ta' Artikolu 10(8) tar-Regolament bażiku, ladarba huma jikkostitwixxu aktar minn 80 % tal-produzzjoni totali ta' l-industrija Komunitarja għall-fini ta' Artikolu 9(1) ta' l-imsemmi Regolament.

(82) Il-produtturi esportaturi Indjani allegaw li l-proċedura messha qatt ma nbdiet, ladarba fl-ilment ma kienx hemm xhieda biżżejjed biex tipprova li l-ħtiġijiet ta' Artikolu 10(8) ġew issodisfati. Huma argumentaw li l-fatt li l-produzzjoni lokali tal-film tal-PET tħalliet barra mill-ilment ifisser li l-Kummissjoni ma setgħetx tagħmel stima tal-produzzjoni totali tal-film tal-PET fil-Komunità fuq il-bażi ta' l-ilment. Din l-allegazzjoni tqieset bla bażi għax il-prodott maħdum lokalment tal-film tal-PET qatt ma daħal fis-suq Komunitarju miftuħ bħala film tal-PET imma bħala prodott ipproċessat f'livell aktar 'l isfel. Fi kwalunkwe każ, il-livell tal-produzzjoni mhux lokali tal-produtturi li lmentaw kienet sostanzjalment biżżejjed biex jitwaqqaf l-istanding.

(83) Għaldaqstant, il-konklużjonijiet imniżżla fir-reċitazzjonijiet 105 u106 tar-Regolament tad-dazju proviżorju qegħdin jiġu hawnhekk konfermati.

4.2. IL-KONSUM KOMUNITARJU, IL-VOLUMI TA'L-IMPORTAZZJONI U S-SEHEM FIS-SUQ

(84) Il-konklużjonijiet milħuqa mill-Kummissjoni fl-istadju proviżorju, specjalment l-eżistenza ta' żiediet sinifikanti fl-esportazzjoni totali Indjana tal-prodott konċernat, u ż-żieda sostanzjali tas-sehem tagħhom fis-suq tal-Komunità ġew konfermati.

(85) Għaldaqstant, il-konklużjonijiet stabbiliti fir-reċitazzjonijiet minn 107 sa 110 tar-regolament tad-dazju proviżorju qegħdin b'hekk jiġu konfermati.

4.3. IL-PREZZIJIET TA'L-IMPORTAZZJONI ISSUSSIDJATA

(86) Il-produtturi esportaturi Indjani allegaw li l-paragun tal-prezzijiet tar-Regolament tad-dazju proviżorju jwassal għal riżultati inġusti għalihom, għaliex ma jiħux in konsiderazzjoni d-differenza bejn il-prezz ta' film tal-PET komuni u l-prezz ta' tipi speċjali tiegħu. Dawn sostnew li l-esportazzjoni Indjana tikkonsisti prinċipalment f'tip ta' film tal-PET kummerċjali mentri parti importanti tal-film tal-PET maħdum mill-industrija Komunitarja huwa ta' tip speċjali. Dan l-argument kellu jitwarrab għax l-aspetti ta' tip kummerċjali u tip speċjali ta' film tal-PET ittieħdu in konsiderazzjoni fil-klassifika tal-prodott użat għall-paragun tal-prezzijiet.

(87) Il-produtturi esportaturi Indjani ikkontendew anke li l-esklużjoni ta' ċerti partijiet ta' l-istruttura tal-klassifika tal-prodott kif definita fil-kwestjonarju ikkaġunatilhom marġini ogħla ta' tnaqqis. Huma oġġezzjonaw għas-simplifikazzjoni fil-klassifika tat-tip tal-prodott wara l-pubblikazzjoni tal-konklużjonijiet proviżorji, waqt li sostnew li s-simplifikazzjoni wasslet għal paragun żbaljat fil-każ ta' tipi ta' kwalità differenti ta' film tal-PET. Sostnew ukoll li l-prodott Indjan għandu aktar it-tendenza li jinxtorob f'termini ta' karatteristiċi termali, huwa idjeq u aktar opak meta paragunat mal-prodott tal-Komunità u għalhekk il-prodott Indjan huwa ta' kwalità inferjuri u jiswa anqas.

(88) Fuq il-bażi ta' l-informazzjoni li waslet mill-investigazzjoni, fl-istadju proviżorju l-Kummissjoni kienet iddeċidiet li tissimplifika l-klassifika fskond it-tipi tad-diversi film tal-PET kif imqabbla ma dak li kien previst mill-kwestjonarji mibgħuta lill-partijiet interessati. Għaldaqstant, il-wisgħa, il-karattersitiċi termali u d-distinzjoni bejn film opak u trasparenti ma ġewx ikkunsidrati. F'dan ir-rigward ta' min jinnota li, bħal fl-investigazzjonijiet kollha, b'mod partikolari meta tqis l-istadju tal-ġbir ta' l-informazzjoni, il-klassifika skond it-tip tal-prodott kif spjegata fil-kwestjonarju f'dan il-każ kienet indikattiva u miftuħa għall-modifika. Din l-investigazzjoni wriet li d-differenzjar ta' gruppi tal-prodott skond il-wisgħa tal-film tal-PET kien jimmultiplika b'mod sinifikanti l-għadd ta' tipi ta' prodotti li għandhom jiġu mqabbla mingħajr impatt ċar fuq il-paragun bejn il-prezzijiet. Barra minn hekk, l-inklużjoni ta' karattersitiċi termali u d-distinzjoni bejn film opak u ieħor ċar ma kinux possibbli u inkwantu għan-nuqqas ta' ċarezza instab li ebda definizzjoni ċara ma teżisti għal din il-karatteristika u rigward il-karatterstiċi termali d-definizzjoni mogħtija fil-kwestjonarji ma kinitx dejjem segwita b'konsistenza mill-partijiet interessati. Dan wassal għal sitwazzjoni fejn sewwa l-produtturi tal-Komunità kif ukoll il-produtturi esportaturi Indjani kienu qegħdin jużaw għalihom diversi definizzjonijiet li ma jistgħux jitqabblu bejniethom.

(89) L-allegazzjoni t'hawn fuq tal-kumpanniji produtturi Indjani ġiet injorata, mhux biss għax is-simplifikazzjoni tal-klassifika tal-prodott kienet inevitabbli biex tiggarantixxi eżerċizzju maneġġabbli ta' qtugħ tal-prezzijiet ma' xempji rappreżentattivi tal-klassifika tal-prodott iddikjarat miż-żewġ partijiet interessati (attwalment madwar 400 kodiċi ta' gruppi ta' prodotti ta' l-industrija Komunitarja ġew ipparagunati ma' 160 kodiċi PNM tal-produtturi esportaturi Indjani), iżda wkoll għax id-determinazzjoni ta' qtugħ fil-prezzijiet diġà f'forma ssimplifikata tirrifletti biżżejjed id-differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi bejn it-tipi maħduma mill-produtturi esportaturi Indjani u mill-industrija Komunitarja.

(90) Il-produtturi esportaturi Indjani kollha talbu wkoll aġġustament fil-livell tal-kummerċ. Huma argumentaw li filwaqt li huma jbiegħu l-akbar parti tal-film tal-PET tagħhom lill-importaturi fil-Komunità, l-industrija Komunitarja qiegħda principalment tbiegħ direttament lill-konvertituri tal-film tal-PET. Għalhekk, dawn ikkontendew li l-paragun għall-iskopijiet ta' qtugh tal-prezijiet għandu jsir bejn il-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid ta' l-importaturi lill-konvertituri u l-prezzijiet offruti mill-industrija Komunitarja. Huma ssottomettew li l-marġini li importatur jirċievi mill-bejgħ tiegħu lill-konvertituri huwa ta' madwar 25 %, li jirrappreżenta l-livell mitlub ta' l-aġġustament fil-kummerċ.

(91) F'dan ir-rigward ġie nnotat li fil-kwestjonarju l-Kummissjoni ddefiniet il-livelli tal-kummerċ bħala li huma (1) id-distibuturi, (2) il-konvertituri, (3) il-manifatturi tal-makkinarju oriġinali, (4) l-utenti u (5) oħrajn. Il-produtturi esportaturi Indjani ddikjaraw fit-tweġibiet tagħhom għall-kwestjonarju li parti kbira mill-bejgħ tagħhom ta' film tal-PET fl-Ewropa ssir lill-grupp numru ħamsa, jiġifieri "l-oħrajn", mingħajr kjarifika ulterjuri Wara l-pubblikazzjoni tal-konklużjonijiet proviżorji, il-produtturi esportaturi Indjani kkonfermaw li l-bejgħ tagħhom lil importaturi ddikjarati taħt "l-oħrajn" għandu jitiqes bħala bejgħ lil distributuri. Madankollu, l-investigazzjoni wriet li xi wħud minn dawn id-distributuri qegħdin ukoll ibiddlu l-prodott, li juri li l-kjarifiki mogħtija mill-produtturi esportaturi Indjani dwar il-livell tal-kummerċ ma humiex eżatti. Barra minn hekk, l-investigazzjoni ma kkonfermatx il-25 % differenza fil-prezz bejn iż-żewġ livelli tal-kummerċ. Infatti, fir-rigward tal-bejgħ ta' l-industrija Komunitarja, il-medja tal-prezz tal-bejgħ lid-distributuri huwa ogħla mill-prezz mitlub lill-konvertituri. Fiċ-ċirkostanzi tal-produtturi esportaturi Indjani, dan ikun ifisser li kull aġġustament li għandu jsir fil-fatt iżid ir-rati stabiliti tal-qtugħ fil-prezzijiet. Il-fatt li l-prezzijiet għad-distributiru huma ogħla minn dawk għall-konvertituri fil-każ ta' l-industrija Komunitarja huwa spjegat mill-fatt li l-konvertituri jixtru kwantitajiet akbar u għalhekk jircievu roħs minħabba l-kwantità. Fil-każ tal-produtturi esportaturi Indjani ħames kumpanniji minn sitta biegħu bi prezzijiet ogħla lill-konvertituri milli lid-distributuri kif iddikjarat minnhom. Madankollu, kumpannija waħda biegħet bi prezzijiet li kienu biċ-ċar ogħla lid-distributuri u d-differenza fil-prezz bejn iż-żewġ livelli ta' kummerċ għall-bqija tal-kumpanniji kien ħafna taħt il-25 %.

(92) L-investigazzjoni wriet ukoll li ż-żewġ livelli l-aktar importanti tal-kummerċ ma kinux mifruda b'mod ċar minn xulxin minħabba l-fatt li xi kumpanniji kbar jagħmluha kemm ta' distributuri kif ukoll ta' konvertituri. Ġie nnutat ukoll li ma hemmx differenza ċara fil-prezz bejn iż-żewġ livelli għax il-kwantità ordnata tidher li kienet fattur aktar importanti għall-prezz mil-livell tal-kummerċ. Fl-aħħarnett, u kontra l-allegazzjoni li saret mill-produtturi esportaturi Indjani, l-investigazzjoni wriet li l-industrija Komunitarja tbiegħ ukoll il-prodott li qed jiġi kunsidrat lid-distributuri kif ukoll lill-konvertituri. Għalhekk waslu għall-konklużjoni li ma kienx hemm raġuni biex jagħtu lill-produtturi esportaturi Indjani aġġustament għal-livell tal-kummerċ.

(93) Wieħed mill-produtturi esportaturi Indjani, il-MTZ, talab ukoll aġġustament għal differenza fil-kwalità. Dawn issottomettew li huma kienu nkludew film inferjuri fl-elenku tat-transazzjonijiet użat fil-kalkoli għall-qtugh fil-prezzijiet u li t-tipi ta' film inferjuri għandhom jingħataw aġġustament billi jkollhom żieda fil-prezz tal-bejgħ ta' 100 %. F'dan ir-rigward ta' min jinnota li t-tweġiba għall-kwestjonarju minn MTZ tgħid li l-kumpannija tipproduċi tliet kwalitajiet ta' film: Grad- A, Grad- B u grad inferjuri. Madankollu, fl-elenku tat-transazzjonijiet ma saret ebda referenza għall-gradi differenti. Wara l-pubblikazzjoni tal-miżuri proviżorji, l-MTZ tat aktar informazzjoni dwar kif tidentifika l-prodotti inferjuri fl-elenkar tat-transazzjonijiet. Wara li rċeviet din l-informazzjoni, il-Kummissjoni pparagunat il-prezzijiet ta' l-allegati tipi ta' prodotti inferjuri mal-bqija tat-tipi ta' prodotti u kkonkludiet li ma hemmx differenza fil-prezz bejn iż-żewġ gruppi ta' tipi. Għaldaqstant it-talba tal-MTZ għall-aġġustament tal-kwalità ma setgħetx tintalaqa.

(94) Fl-aħħarnett, il-produtturi esportaturi Indjani kkontendew li l-Kummissjoni messha għamlet tajjeb għal xi qtugħ negattiv fil-marġini tal-prezz b' oħrajn pożittivi fil-kalkolu tagħhom ta' qtugħ fil-prezzijiet. Ladarba dan ma sarx, huma qalu li marġni ogħla ta' eliminazzjoni ta' danni ġie deċiż. Ta' min jinnota li, fil-metodoloġija deskritta fir-reċitazzjonijiet minn 112 sa 114 tar-Regolament tad-dazju proviżorju għall-kalkolu tal-marġini tat-tnaqqis tal-prezzijiet, il-medja tal-prezzijiet netti peżati tal-bejgħ ta' l-importazzjoni ssussidjata ġiet ipparagunata fuq bażi ta' mudell ma' mudell mal-medja tal-prezz nett peżat ta' l-industrija Komunitarja fis-suq tal-Komunità. Għalhekk, din il-metodoloġija ppermettiet l-ammont li bih il-prezz tal-produttur esportatur fi transazzjoni ta' esportazzjoni jista' jeċċedi dak tal-medja tal-prezz peżat ta' l-industrija Komunitarja li għandu jittieħed in konsiderazzjoni fuq bażi ta' mudell għal mudell. L-argument kien għalhekk miċħud.

(95) Irriżulta minn dan ta' hawn fuq li l-konklużjoni proviżorja mniżżla fir-reċitazzjoni 114 tar-Regolament tad-dazju proviżorju ta' tnaqqis ta' bejn it-28,2 % u il-50,5 % ġiet konfermata.

4.4. IS-SITWAZZJONI TA' L-INDUSTRIJA KOMUNITARJA

(96) Il-GTI ikkontendiet f'termini ġenerali li meta tkun bażata fuq ir-risposti mhux konfidenzjali ta' dawk li lmentaw, l-industrija Komunitarja ma hi qed tbati ebda dannu. F'dan ir-rigward, kif intqal fir-reċitazzjonijiet mill-115 sal-125 tar-Regolament tad-dazju proviżorju, l-investigazzjoni wriet li t-tendenzi globali ta' l-industrija Komunitarja huma negattivi, specjalment fir-relazzjoni tas-sehem fis-suq u l-prezzijiet kif ukoll il-profittabilità, li jagħtu indikazzjoni ċara ta' danni materjali. Din it-tendenza hija konfermata biżżejjed fit-tweġibiet mhux konfidenzjali ta' l-industrija Komunitarja.

(97) Il-produtturi esportaturi Indjani allegaw li l-għażla tas-sena 1995 bħala s-sena biex jinbeda l-ġbir ta' data għall-investigazzjoni għawġet l-analiżi favur il-konklużjoni li l-industrija Komunitarja qed issofril-ħsara. Huma ssottomettew illi, la darba l-1995 kienet sena eċċezzjonalment tajba minħabba domanda għolja ħafna, hija ħaġa naturali li wara dan l-indikaturi tal-ħsara juru tendenza negattiva. Il-produtturi esportaturi Indjani argumentaw li l-iffissar tas-sena 1993 bħala s-sena tal-bidu kienet tagħti idea aktar ġusta dwar l-evoluzzjoni tal-fatturi tal-ħsara. Madankollu, l-iskop ta' l-investigazzjoni huwa li tivvaluta l-effett ta' l-importazzjoni kontrovalenti fuq is-sitwazzjoni ekonomika ta' l-industrija Komunitarja fiż-ŻS. Biex wieħed jagħmel din l-analiżi, jiġu stabiliti xejriet għal numru ta' indikaturi fuq il-bażi ta' l-informazzjoni dwar għadd ta' snin (is-soltu tlieta) qabel iż-ŻS. L-iskop ta' dan l-analiżi huwa għalhekk mhux li jipparaguna s-sena tal-bidu maż-ŻS imma x'aktarx li jagħmel stima ta' l-iżviluppi annwali fiż-żmien kollu kkunsidrat. Fi kwalunkwe każ, ta' min jinnota li dak iż-żmien li ttieħdet id-deċiżjoni fuq il-perijodu mistħarreġ, ma kienx hemm informazzjoni disponibbli dwar il-possibiltà li l-indikaturi tal-ħsara kienu sa juru xeħta diversa kieku ntagħżlet sena aktar kmieni għall-bidu. Fl-aħħarnett, ta' min jinnota li l-għażla ta' sena aktar kmieni għall-bidu ma kinitx tkun favorevoli għall-kumpanniji esportaturi Indjani billi kien hemm żieda qawwijja fis-sehem tagħhom tas-suq fiż-żmien li kien iwassal għaż-ŻS.

(98) Il-konklużjonijiet iddikjarati fir-reċitazzjonijiet mill-115 sal-125 tar-Regolament tad-dazju proviżorju huma konfermati.

4.5. IL-KONKLUŻJONI DWAR IL-ĦSARA

(99) Fuq il-bażi tal-konsiderazzjonijiet ta' hawn fuq, qed jiġi kkonfermat li l-industrija Komunitarja sofriet ħsara materjali fis-sens ta' Artikolu 8(1) tar-Regolament bażiku.

5. IL-KAWŻA

5.1. L-EFFETTI TA' L-IMPORTAZZJONI SSUSSIDJATA

(100) Il-produtturi esportaturi Indjani u l-GTI argumentaw li ma kien hemm ebda korrelazzjoni ovvja bejn l-importazzjoni ssussidjata Indjana u l-ħsara mġarrba mill-industrija Komunitarja. Huma kkontendew li kien hemm globalment żvilupp negattiv tal-prezz tal-film tal-PET ikkawżat minn produzzjoni żejda tal-prodott mad-dinja kollha flimkien ma tnaqqis fil-prezz tal-materja prima ewlenija. Il-produtturi esportaturi Indjani kkontendew li l-prezzijiet tal-film tal-PET fil-Komunità kienu segwew semplicement it-tendenza negattiva globali tal-prezz u l-fatt li l-prezz medju tal-produtturi tal-Komunità niżel fl-1996 meta s-sehem tas-suq tal-produtturi esportaturi Indjani naqas messha tkun prova tal-kontenzjoni. Madankollu, ta' min jiftakar li l-Indja hija waħda mill-kontributuri għall-eċċess mad-dinja kollha fis-suq tal-film tal-PET u li skond il-figuri ta' l-Eurostat l-Indja naqqset il-prezzijiet tagħha fis-suq ta' l-Ewropa sa mis-sena 1996 fil-waqt li pajjiżi l-kbar l-oħra esportaturi: l-Istati Uniti ta' l-Amerika, il-Ġappun u l-Korea t-Isfel, għollew il-prezzijiet tagħhom. Il-fatt li dawn tilfu mis-sehem tas-suq fl-1996 ma jfissirx li dawn ma kinux qed jikkawżaw danni lill-industrija Komunitarja permezz ta' żieda fil-pressjoni tal-prezzijiet li wasslet għal tnaqqis ta' 3 % fil-prezz medju ta' l-industrija Komunitarja. Fl-aħħarnett, ta' min jiftakar li l-analiżi tad-danni ssir fuq il-bażi taż-ŻS u li s-snin ta' qabel jintużaw l-aktar biex javvjaw it-tendenza.

Għalhekk, l-argumenti mressqa mill-produtturi esportaturi Indjani u l-GTI għandhom jiġu miċħuda.

5.2. L-EFFETTI TA' FATTURI OĦRA

(101) Il-konklużjonijiet milħuqa kif spjegati fir-reċitazzjonijiet mill-134 sal-144 tar-Regolament tad-dazju proviżorju huma hawnhekk konfermati bl-addizzjonijiet li ġejjin:

5.2.1. L-importazzjoni minn pajjiżi oħra li ma jkunux membri

(102) Il-produtturi esportaturi Indjani u l-GTI żammew il-kontenzjoni tagħhom dwar l-aspett diskriminatorju li tiġi investigata biss l-importazzjonijiet li tkun ġejja mill-Indja filwaqt li l-volumi ta' l-importazzjoni mill-Korea t'Isfel żdiedu u l-medja tal-prezzijiet Koreani naqset matul iż-żmien ikkunsidrat. Il-produtturi esportaturi Indjani kkontendew li ż-żieda fil-volum ta' l-importazzjoni mill-Korea t'Isfel hija x'aktarx ogħla milli uffiċjalment irrapportat mill-Eurostat ladarba l-importaturi tal-film tal-PET Korean x'aktarx kultant jagħmlu r-rilaxx mid-dwana taħt il-Kodiċi NM 39206900 (polyesters oħra) hekk kif għamlu għall-film tal-PET ta' oriġini Indjana.

(103) Il-Kummissjoni tibqa' ssostni l-argumenti ppreżentati fir-Regolament tad-dazju proviżorju, jiġifieri li ż-żieda assoluta u relattiva tas-sehem tas-suq tal-Korea t'Isfel kien iżgħar minn dak ta' l-Indja u li l-prezzijiet tal-film tal-PET tal-Korea t'Isfel baqgħu sistematikament f'livell ogħla mill-prezzijiet Indjani. Barra minn hekk, il-produtturi esportaturi Koreani naqqsu l-prezzijiet tagħhom sena waħda biss wara l-Indjani. Dwar l-importazzjoni taħt il-kodiċi NM għal polyesters oħra il-Kummissjoni ma rċeviet ebda xhieda li timplika li l-film tal-PET Korean seta' ġie rilaxxat mid-dwana taħt dak il-kodiċi.

(104) Fl-aħħarnett, u l-aktar importanti, ta' min jinnota li l-Kummissjoni ma rat ebda raġuni għala għandha tiftaħ investigazzjoni kontra l-Korea t'Isfel ladarba ebda xhieda li qiegħed isir kummerċ mhux ġust fil-forma ta' bejgħ taħt il-prezz jew esportazzjoni ssussidjata minn produtturi esportaturi Koreani ma ġiet imressqa għall-attenzjoni tagħhom.

(105) Fuq il-bażi ta' dan, is-sitwazzjoni fir-rigward ta' l-importazzjoni li ġejja mill-Indja u dik li ġejja mill-Korea t'Isfel huma differenti, ma setgħet seħħet ebda sitwazjoni ta' diskriminazzjoni.

5.2.2. It-tlugħ u l-inżul fil-prezz tal-materja prima

(106) Il-produtturi esportaturi Indjani argumentaw li fuq il-bażi tar-risposti mhux kunfidenzjali għall-kwestjonarju ta' l-industrija Komunitarja wieħed jista' jikkonkludi li t-tnaqqis medju fil-prezzijiet tal-materja prima matul iż-żmien ikkunsidrat kien aktarx terz milli 17 % kif intqal fir-Regolamet tad-dazju proviżorju. Dan, huma kkontendew, huwa kkonfermat mill-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku dwar l-iżviluppi fil-prezzijiet tal-materja prima. Huma tennew l-argumenti ta' qabel li t-tnaqqis ta' terz fil-prezz tal-materja prima jippermetti lill-industrija Komunitarja tbaxxi l-prezzijiet tagħha mingħajr tnaqqis korrispondenti fil-profittabilità u li l-importazzjoni mill-Indja għalhekk ma kkawżatx it-tnaqqis fil-prezz ta' l-industrija Komunitarja.

(107) Ta' min jinnota li l-Kummissjoni, fuq il-bażi tat-tweġibiet kunfidenzjali għall-kwestjonarju investigat l-iżvilupp fil-prezzijiet tal-materja prima kollha tal-film tal-PET kif intqal fir-reċitazzjoni 140 tar-Regolament tad-dazju proviżorju u waslet għal tnaqqis ta' 17 %. Barra minn hekk, huwa veru li t-tweġibiet mhux kunfidenzjali għall-kwestjonarju ta' l-industrija Komunitarja kkonċentraw fuq l-iżvilupp fil-prezz tad-dimethyl terephthalate (DMT) jew it-terephthalic acid (ESP). La darba l-prezz ta' din il-materja prima niżel aktar mill-prezzijiet ta' materja prima oħra, it-tnaqqis ta' 17 % fil-prezz totali ta' materja prima huwa konsistenti ma' tnaqqis akbar fil-prezz tad-DMT u l-ESP. Għaldaqstant il-konklużjonijiet tar-reċitazzjoni 140 fir-Regolament tad-dazju proviżorju huma konsistenti mar-risposti għall-kwestjonarju li waslu mill-industrija Komunitarja u huma għalhekk konfermati.

5.2.3. Id-diffikultajiet ġenerali fis-settur tal-polyester

(108) Il-produtturi esportaturi Indjani qalu li l-prezzijiet dejjem niżlin tal-film tal-biaxially orientated polypropylene (BOPP) sa jkollhom effett dirett fuq il-prezzijiet tal-film tal-PET fis-settur ta' l-ippakkjar la l-prodotti jistgħu jinbidlu wieħed ma'l-ieħor mill-perspettiva ta' l-utent tal-film tal-PET. Għalhekk, huma kkontendew li l-prezzijiet kienu jinżlu fi kwalunkwe każ biż-żieda ta' l-importazzjoni tal-film tal-PET fil-Komunità jew mingħajrha.

(109) Il-Kummissjoni kellha tirrifjuta dan l-argument għax ebda xhieda li tappoġġa din il-kontenzjoni ma tressqet.

5.3. IL-KONKLUŻJONI FUQ IL-KAWŻI

(110) Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-konklużjoni tar-reċitazzjoni 145 tar-Regolament tad-dazju proviżorju hija konfermata.

6. L-INTERESS KOMUNITARJU

6.1. RIMARKA PRELIMINARI

(111) Ebda fatti jew argumenti ġodda ma ngħataw minn xi naħa dwar l-interess ta' l-industrija Komunitarja, produtturi Komunitarji oħra jew importaturi tal-film tal-PET.

Il-konklużjonijiet tar-Regolament tad-dazju proviżorju huma għalhekk konfermati, speċjalment il-konklużjonijiet li l-impatt ta' miżuri fuq dawn il-gruppi kien ikun jew ta' beneficcju (l-industrija Komunitarja u l-produtturi Komunitarji l-oħra mhux lokalizzati), newtrali (il-produtturi lokalizzati) jew l-aktar l-aktar negattiv sa ċertu punt (l-importaturi).

6.2. L-INTERESS TA'L-UTENTI TAL-PRODOTT IKKONĊERNAT

(112) Kif intqal fir-reċitazzjoni 2, il-Kummissjoni rċeviet kummenti minn żewġ utenti tal-prodott li qed jiġi kkunsidrat wara li l-pubblikazzjoni tal-konklużjoni kienet wasslet għal miżuri proviżorji. Fis-sottomissjonijiet ta' l-utenti saret kontenzjoni li kuntrarju għall-konklużjonijiet proviżorji, il-film tal-PET huwa materja prima importanti bħala fattur tal-prezz għalihom u li l-produzzjoni ta' prodotti inferjuri bażati fuq il-film tal-PET tikkostiwixxi l-proporzjon importanti tal-produzzjoni totali tagħhom. Dawn ikkontendew ukoll li ż-żidiet fil-prezz ta' l-industrija Komunitarja sa jagħmluha diffiċli biex huma jikkompetu fis-suq inferjuri kontra importazzjoni mill-Korea t'Isfel, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Istati Uniti ta' l-Amerika. Saret pretensjoni wkoll li kien hemm okkażżjonijiet meta l-industrijaKomunitarja rrifjutat li twassal ċerti kwantitajiet ta' film ta' PET li juri l-eżistenza ta' nuqqas ta' kapaċità. Ġie wkoll allegat li l-industrijaKomunitarja kienet irrifjutat tiżviluppa film non-standard għall-ħtiġijiet speċifiċi ta' utent wieħed fil-waqt li produttur Indjan qabel li jagħmel dan. Għalhekk, dawn jikkontendu li huwa fl-interess ta' l-utenti li jżommu sors alternattiv ta' film tal-PET li ġej mill-Indja.

(113) Il-Kummissjoni ssostni l-argumenti u l-konklużjonijiet ippreżentati fir-reċitazzjoni 153 tar-Regolament tad-dazju proviżorju safejn ikunu kkonċernati s-sehem totali tal-film tal-PET mill-prezzijiet totali tal-produzzjoni sħiħa ta' l-utenti u l-proporzjon totali inferjuri ta' l-utenti bażat fuq il-film tal-PET. Billi l-analiżi kkonċernat jirrifletti analiżi globali, jista' jkun hemm każi individwali li fihom il-film tal-PET jista' jkun materja prima kruċjali għal utent. Iżda, dan ma jbiddilx ir-riżultat globali ta' l-investigazzjoni. Aktar minn hekk, l-investigazzjoni wriet li anke għal ċerti utenti li għalihom il-film tal-PET ikun fattur importanti ta' l-ispiża, l-importazzjoniji tal-film tal-PET li ġejja mill-Indja kellha sehem żgħir fit-total tagħhom tax-xiri tal-film tal-PET. Barra minn hekk, l-inkwiet ta' l-utenti jekk jispiċċa s-sors alternattiv ta' importazzjoni fil każ ta' nuqqas ta' kapaċità jew bżonn li jiġi żviluppat tip ġdid ta' film huwa bla bażi ladarba d-dazji kontrovalenti ma jeskludux il-produtturi esportaturi Indjani mis-suq tal-Komunità. Id-dazji jirremedjaw biss l-effett ta' l-issussidjar illegali u dannuż.

6.3. IL-KONKLUŻJONI DWAR L-INTERESS KOMUNITARJU

(114) Waqt li teżamina l-interessi varji involuti u l-aspetti kollha ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tista' tikkonferma li m'hemmx raġunijiet li jġegħluha ma tiħux azzjoni kontra l-importazzjoni in kwestjoni.

7. ID-DAZJU DEFINITTIV

(115) Fuq il-bażi tal-konklużjonijiet dwar is-sussidjar, il-ħsara, l-irbit każwali u l-interess Komunitarju, il-Kummissjoni tikkunsidra li huwa neċessarju li tadotta miżuri definittivi kontrovalenti.

7.1. IL-LIVELL TA'L-ELIMINAZZJONI TAL-ĦSARA

(116) L-industrija Komunitarja ssuġġeriet li marġini ta' profitt minimu ogħla minn 6 % (stabilit mill-Kummissjoni fir-reċitazzjoni 156 tar-Regolament tad-dazju proviżorju) kien meħtieġ. Madankollu, ma hux importanti li wieħed jiddefinixxi perċentwal konklussiv f'dan il-każ għax, anke fuq il-figura aktar baxxa użata mill-Kummissjoni, il-marġini tal-ħsara huwa akbar mill-marġini tas-sussidju. Il-produtturi esportaturi Indjani għamlu talbiet għall-aġġustamenti fil-livell tal-kummerċ u ssuġġerew korrezzjoni fis-sistema tal-kalkolu tal-marġini tal-qrygħ fil-prezzijiet meħtieġ biex wieħed jistabilixxi l-livell ta' l-eliminazzjoni tal-ħsara. Barra minn hekk, l-MTZ talbet aġġustament għad-differenzi fil-kwalità. Kif imniżżel fir-reċitazzjonijiet 92 u 93, dawn it-talbiet kellhom jiġu miċħuda.

7.2. IL-FORMA U L-LIVELL TAD-DAZJU

(117) Tibdil mid-determinazzjoni proviżorja ta' l-ammont tas-sussidji kontrovalenti sar fejn kien xieraq. Ir-rata tad-dazju definittiv kontrovalenti hija għaldaqstant aktar baxxa mil-livell tad-dazju proviżorju għall-produtturi esportaturi Indjani kollha li kkooperaw.

(118) Skond Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, ir-rata ta' dazju kontrovalenti għandha tikkorrispondi mal-marġini tas-sussidju, sakemm il-marġini tal-ħsara ma jkunx aktar baxx. L-iskala ta' dazju li ġejja, għalhekk tapplika għall-produtturi li kkooperaw:

Ester Industries Ltd | 12,0 % |

Flex Industries Ltd | 12,5 % |

Garware Polyester Ltd | 3,8 % |

India Polyfilms Ltd | 7,0 % |

Jindal Polyester Ltd | 7,0 % |

MTZ Polyesters Ltd | 8,7 % |

Polyplex Corporation Ltd | 19,1 %. |

(119) Minħabba l-livell għoli ta' kooperazzjoni, li kopriet aktar minn 80 % ta' l-importazzjoniji fil-Komunità tal-prodott ikkonċernat ġej mill-Indja, tqies xieraq li wieħed jistabilixxi r-rata tad-dazju għall-kumpanniji li ma kkooperawx bl-istess rata bħala l-ogħla rata li ġiet stabilita għall-kumpanniji li kkooperaw, i.e. ta' 19,1 %. Dan il-livell jassigura li ebda bonus ma jingħata għan-nuqqas ta' kooperazzjoni u li l-evażjoni tad-dazju tiċkien kemm jista' jkun.

(120) Ir-reċitazzjonijiet 159 u 160 tar-Regolament tad-dazju proviżorju huma konfermati.

8. IL-ĠBIR TAD-DAZJU PROVIŻORJU

(121) Minħabba l-kobor tas-sussidji kontrovalenti li nstabu għall-produtturi esportaturi u minħabba s-serjetà tad-danni kkawżati lill-industrija Komunitarja, tqies li huwa meħtieġ li l-ammonti assigurati permezz tad-dazju proviżorju kontrovalenti skond ir-Regolament (KE) Nru 1810/1999 jinġabru definittivament sal-massimu ta' l-ammont tad-dazji definittivi imposti.

9. PROPOSTI GĦALL-IMPRIŻI

(122) Fl-aħħarnett, ta' min jinnota li s-servizzi tal-Kummissjoni rċevew ukoll proposti għal obbligazzjonijiet fil-prezzijiet minn ħames kumpanniji esportaturi Indjani. Is-servizzi tal-Kummissjoni investigaw l-imsemmija proposti u kkonkludew li dawk ma jistghux jiġu kkontrollati biżżejjed jew immaniġġati minħabba l-kumplessità tal-prodott. madwar 160 prezz minimu jkunu meħtieġa biex ikopru l-gruppi kollha tal-prodotti Indjani u ma kienx hemm garanziji li l-organizzazzjoni ssuġġerita biex tissorvelja l-obbligazzjonijiet, l-Export Inspection Agency of India, għandha l-mandat jew il-mezzi tekniċi biex twettaq kontroll daqshekk dettaljat. Għalhekk, is-servizzi tal-Kummissjoni kellhom jirrifjutaw il-proposti li ġew riċevuti rigward l-obbligazzjonijiet,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Dazju definittiv kontrovalenti qiegħed b'hekk jiġi impost fuq l-importazzjoni ta' film ta' polyethylene terephthalate (PET) skond il-kodiċi NM ex39206219 (kodiċi TARIC 39206219*10, 39206219*15, 39206219*25, 39206219*30, 39206219*35, 39206219*40, 39206219*45, 39206219*50, 39206219*55, 39206219*60, 39206219*65, 39206219*70, 39206219*75, 39206219*80, 39206219*81, 39206219*85, 39206219*87, 39206219*89, 39206219*91) u ex39206290 (kodiċi TARIC 39206290*30, 39206290*91), li ġej mill-Indja.

2. Ir-rata tad-dazju applikabbli għall-prezz nett liberu sal-fruntiera Komunitarja, qabel id-dazju, għandu jkun kif ġej:

Prodott minn | Rata ta' dazju (%) | Kodiċi addizzjonali TARIC |

Ester Industries Ltd 75-76, Amrit Nagar, Behind N.D.S.E. Part-1,New Delhi — 110 003, India | 12,0 % | A026 |

Flex Industries Ltd A-1, Sector-60,Noida — 201 301 (U.P.), India | 12,5 % | A027 |

Garware Polyester Ltd 50-A Swami Nityanand Marg, Vile Parle (East),Mumbai — 400 057, India | 3,8 % | A028 |

India Polyfilms Ltd 112, Indra Prakash Building21, Barakhamba Road,New Delhi — 110 001, India | 7,0 % | A029 |

Jindal Polyester Ltd 115-117, Indra Prakash Building21, Barakhamba Road,New Delhi — 110 001, India | 7,0 % | A030 |

MTZ Polyesters Ltd Sarnath Centre,Upvan Area, Upper Govind Nagar, Malad (E),MumbaI — 400 097, India | 8,7 % | A031 |

Polyplex Corporation Ltd 2 Ring Road, Kilokri,Opposite Maharani Bagh,New Delhi — 110 014, India | 19,1 % | A032 |

Kull kumpanniji Indjani oħra | 19,1 % | A999 |

3. Jekk ma jkunx speċifikat mod ieħor, id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazju tad-dwana għandhom jgħoddu.

Artikolu 2

L-ammont miksub permezz tad-dazju proviżorju kontrovalenti skond ir-Regolament (KE) Nru 1810/1999 għandu jinġabar definitivament skond ir-rata ta' dazju definittivament imposta.

L-ammonti miġbura 'l fuq mir-rata definittiva tad-dazju kontrovalenti għandhom jiġu rilaxxati.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Ufficjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-6 ta' Diċembru 1999.

Għall-Kunsill

Il-President

T. Halonen

[1] ĠU L 288, tal-21.10.1997, p. 1.

[2] ĠU L 219, tad-19.8.1999, p. 14.

[3] ĠU Ċ 394, tas- 17.12.1998, p. 7.

--------------------------------------------------