<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T‑177/12</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62012TJ0177</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:849">EU:T:2014:849</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20141002">2.10.2014</DATE> — KAWŻA T-177/12</P><P>SPRAYLAT vs ECHA</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (Is-Sitt Awla)</P><P><DATE ISO="21041002">2 ta’ Ottubru 2104</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>REACH</KEYWORD><KEYWORD>Ħlasijiet dovuti għar-reġistrazzjoni ta’ sustanza</KEYWORD><KEYWORD>Tnaqqis mogħti lill-impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju</KEYWORD><KEYWORD>Żball fid-dikjarazzjoni dwar id-daqs tal-impriża</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni li timponi spiża amministrattiva</KEYWORD><KEYWORD>Proporzjonalità</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑177/12,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Spraylat GmbH</HT>, stabbilita f’Aix-la-Chapelle (il-Ġermanja), irrappreżentata minn K. Fischer, avukat,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)</HT>, irrappreżentata minn M. Heikkilä, A. Iber u C. Schultheiss, bħala aġenti, assistiti minn M. Kuschewsky, avukat,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><P>sostnuta minn</P><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, inizjalment irrappreżentata minn D. Düsterhaus u E. Manhaeve, sussegwentement minn B. Eggers u M. Manhaeve, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>intervenjenti,</PARTY.STATUS></INTERVENERS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba għall-annullament tal-Fattura Nru 10030371 maħruġa mill-ECHA fil-<DATE ISO="20120221">21 ta’ Frar 2012</DATE>, li tistabbilixxi l-ammont tal-ispiża amministrattiva imposta fuq ir-rikorrenti u, bħala miżura kawtelatorja, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni SME (2012) 1445 tal-ECHA, tal-<DATE ISO="20120215">15 ta’ Frar 2012</DATE>, li tikkonstata li r-rikorrenti ma tissodisfax ir-rekwiżiti sabiex tibbenefika mit-tnaqqis fil-ħlasijiet previst għall-impriżi żgħar u li timponilha ħlasijiet amministrattivi,</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (Is-Sitt Awla),</P><P>komposta minn S. Frimodt Nielsen, President tal-Awla, F. Dehousse (Relatur) u A. M. Collins, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: J. Palacio González, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20140514">14 ta’ Mejju 2014</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20101129">29 ta’ Novembru 2010</DATE>, il-kumpannija Spraylat Boya Sanayi ve Ticaret Sirketi (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Spraylat Boya<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), stabbilita fit-Turkija, irreġistrat sustanza skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20061218">18 ta’ Diċembru 2006</DATE>, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="396" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU L 396, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tas-sustanza kkonċernata, Spraylat Boya kienet irrappreżentata mir-rikorrenti, Spraylat GmbH, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 1907/2006. Waqt il-proċedura ta’ reġistrazzjoni, ir-rikorrenti indikat li Spraylat Boya kienet impriża <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>żgħira<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, fis-sens tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/CE, tas-<DATE ISO="20030506">6 ta’ Mejju 2003</DATE>, dwar id-definizzjoni tal-impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="124" PAGE.FIRST="36" DATE.PUB="2003">ĠU L 124, p. 36</REF.DOC.OJ>). Din id-dikjarazzjoni ppermettitilha tibbenefika minn tnaqqis fil-ħlas dovut għal kull talba għal reġistrazzjoni, previst fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament Nru 1907/2006. Skont l-Artikolu 74(1) tal-istess regolament, l-imsemmi ħlas ġie ddefinit mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 340/2008, tas-<DATE ISO="20080416">16 ta’ April 2008</DATE>, dwar il-ħlasijiet u l-ispejjeż dovuti lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi skond ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="107" PAGE.FIRST="6" DATE.PUB="2008">ĠU L 107, p. 6</REF.DOC.OJ>). L-Anness I tar-Regolament Nru 340/2008 jinkludi l-ammonti tal-ħlasijiet dovuti għal talbiet għal reġistrazzjoni mressqa skont l-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 1907/2006, kif ukoll it-tnaqqis mogħti lill-impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament Nru 340/2008, fejn persuna fiżika jew ġuridika li tiddikjara li hija intitolata għal tnaqqis jew għal tneħħija tal-obbligu ta’ ħlas ma tkunx tista’ turi li hija intitolata għal tali tnaqqis jew tneħħija tal-obbligu, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) għandha timponi ħlas sħiħ jew spiża sħiħa kif ukoll spiża amministrattiva. F’dan ir-rigward, il-Bord ta’ Tmexxija tal-ECHA adotta, fit-<DATE ISO="20101112">12 ta’ Novembru 2010</DATE>, id-Deċiżjoni MB/D/29/2010 dwar il-klassifikazzjoni tas-servizzi li fir-rigward tagħhom jinġabru l-ispejjeż. Fl-Artikolu 2 u fit-Tabella 1 ta’ dik id-deċiżjoni hemm indikat li l-ispiża amministrattiva msemmija fl-Artikolu 13(4) tar-Regolament Nru 340/2008 hija ta’ EUR 20 700 għall-impriżi l-kbar, ta’ EUR 14 500 għal impriża ta’ daqs medju, ta’ EUR 8 300 għal impriża żgħira u ta’ EUR 2 070 għal impriża mikro.</TXT></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20101201">1 ta’ Diċembru 2010</DATE> ir-rikorrenti ħallset il-Fattura Nru 10024214, maħruġa mill-ECHA li kienet tammonta għal EUR 480. Dan l-ammont kien jikkorrispondi, skont l-Anness I tar-Regolament Nru 340/2008 kif applikabbli fil-mument ta’ meta seħħu l-fatti, għall-ħlas dovut minn impriża żgħira, fil-kuntest ta’ preżentazzjoni konġunta, għas-sustanzi fi kwantità ta’ bejn tunnellata u għaxar tunnellati.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20110927">27 ta’ Settembru 2011</DATE>, ir-rikorrenti ntgħażlet mill-ECHA sabiex tifforma parti min kampjun ta’ impriżi, sabiex jiġu vverifikati d-dikjarazzjonijiet tagħhom bħala impriżi żgħar jew ta’ daqs medju. F’dan il-kuntest, ir-rikorrenti ġiet mistiedna tipproduċi numru ta’ dokumenti.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Wara skambju ta’ dokumenti u ta’ ittri elettroniċi bejn l-ECHA u r-rikorrenti, din tal-aħħar ammettiet li d-dikjarazzjoni inizjali tagħha bħala impriża żgħira kienet żbaljata u li hija kellha tiddikjara lil Spraylat Boya bħala impriża kbira, fid-dawl tal-kriterji rilevanti li għandhom jiġu applikati u wara verifika min-naħa tagħha. Ir-rikorrenti indikat ukoll li hija kienet lesta li tħallas il-ħlasijiet applikabbli għal impriża kbira.</TXT></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20120215">15 ta’ Frar 2012</DATE> l-ECHA bagħtet lir-rikorrenti d-Deċiżjoni SME (2012) 1445 (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>). F’din id-deċiżjoni l-ECHA informat lir-rikorrenti li Spraylat Boya kellha tiġi kkunsidrata bħala impriża kbira u li kellha tibatilha fattura li tkopri d-differenza bejn il-ħlasijiet magħmula inizjalment u l-ħlasijiet finalment dovuti u fattura għall-ħlas tal-ispiża amministrattiva korrispondenti.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20120221">21 ta’ Frar 2012</DATE>, l-ECHA ħarġet il-Fattura Nru 10030371, li kienet tammonta għal EUR 20 700, għall-ħlas tal-ispiża amministrattiva (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>fattura kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20120307">7 ta’ Marzu 2012</DATE>, l-ECHA ħarġet il-Fattura Nru 10030369, li kienet tammonta għal EUR 720, li tkopri d-differenza bejn il-ħlasijiet magħmula inizjalment u l-ħlasijiet finalment dovuti, jiġifieri EUR 1 200.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-<DATE ISO="20120420">20 ta’ April 2012</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat dan ir-rikors.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20120515">15 ta’ Mejju 2012</DATE>, din il-kawża ġiet assenjata lill-Ħames Awla.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>B’digriet tal-President tal-Ħames Awla tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20120904">4 ta’ Settembru 2012</DATE>, u wara li nstemgħu l-partijiet, il-Kummissjoni ġiet ammessa tintervjeni insostenn tat-talbiet tal-ECHA.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20130125">25 ta’ Jannar 2013</DATE>, din il-kawża ġiet assenjata mill-ġdid lit-Tieni Awla u lil Imħallef relatur ġdid.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Peress li kien hemm bidla fil-kompożizzjoni tal-Awli tal-Qorti Ġenerali u l-Imħallef Relatur ġie assenjat lis-Sitt Awla, din il-kawża ġiet għalhekk assenjata lil dik l-Awla.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Fuq rapport tal-Imħallef Relatur, il-Qorti Ġenerali (is-Sitt Awla) iddeċidiet li tiftaħ il-proċedura orali.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20140402">2 ta’ April 2014</DATE>, fil-kuntest tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura previsti fl-Artikolu 64 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, l-ECHA ġiet mistiedna tirrispondi għal ċerti argumenti żviluppati mir-rikorrenti fir-replika. L-ECHA rrispondiet fit-termini mogħtija.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Is-sottomissjonijiet orali tal-partijiet u t-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet tal-Qorti Ġenerali nstemgħu fis-seduta tad-<DATE ISO="20140514">14 ta’ Mejju 2014</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla l-fattura kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>bħala miżura kawtelatorja, tannulla d-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-ECHA għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>L-ECHA titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors u tikkonferma d-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tiċħad ir-rikors.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi insostenn tar-rikors tagħha. L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tar-Regolamenti Nru 1907/2006 u Nru 340/2008. It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. Permezz tat-tielet motiv tagħha r-rikorrenti tallega ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament. Permezz tar-raba’ motiv tagħha r-rikorrenti tallega ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ amministrazzjoni tajba. Il-ħames motiv huwa bbażat fuq delaga illegali ta’ kompetenzi favur l-ECHA.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi osservat li, bit-talbiet tagħha, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni kkontestata u tal-fattura kkontestata. Sa fejn id-deċiżjoni kkontestata ma tinkludix l-elementi essenzjali kollha tal-obbligi tar-rikorrenti, b’mod partikolari l-ammont tal-ispiża amministrattiva, il-fattura kkontestata f’dan il-każ tikkostitwixxi d-dokument li permezz tiegħu l-ECHA stabbiliet fid-dettall l-ammont tal-krediti dovuti mir-rikorrenti. Għalhekk, il-fattura kkontestata hija att li jikkawża preġudizzju lir-rikorrenti u jista’ għalhekk ukoll ikun is-suġġett ta’ rikors għal annullament quddiem il-Qorti Ġenerali (ara, f’dan is-sens, id-digriet tat-<DATE ISO="20120308">8 ta’ Marzu 2012</DATE>, Octapharma Pharmazeutika vs EMA, T‑573/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:114">EU:T:2012:114</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 45).</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Ukoll b’mod preliminari, għandu jiġi osservat li, fid-dawl tal-argumenti żviluppati fil-kuntest tal-motivi wieħed sa erba’, ir-rikorrenti fir-realtà teċċepixxi l-illegalità tad-Deċiżjoni MB/D/29/2010, kif hija kkonfermat matul is-seduta. Barra minn hekk, waqt is-seduta l-ECHA u l-Kummissjoni indikaw li huma kienu fehmu l-argumenti tar-rikorrenti f’dan is-sens, fatt li ttieħed nota tiegħu. Mill-osservazzjonijiet bil-miktub tal-ECHA jirriżulta, barra minn hekk, li hija ħadet pożizzjoni fuq l-argumenti magħmula mir-rikorrenti f’dan ir-rigward.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Għandu jiġi mfakkar li, skont l-Artikolu 277 TFUE <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>kwalunkwe parti tista’, fi proċedimenti li fihom ikun hemm involut att ta’ applikazzjoni ġenerali adottat minn istituzzjoni, korp jew organu ta’ l-Unjoni, tinvoka l-eċċezzjonijiet tat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 263 sabiex tinvoka l-inapplikabbiltà ta’ dak l-att quddiem il-[Qorti tal-Unjoni]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, l-Artikolu 277 TFUE huwa l-espressjoni ta’ prinċipju ġenerali li jiżgura d-dritt ta’ kull parti li tikkontesta, bil-għan li tikseb l-annullament ta’ att li jikkonċernaha direttament u individwalment, il-validità ta’ atti istituzzjonali preċedenti, li jikkostitwixxu l-bażi legali tal-att ikkontestat, jekk din il-parti ma kellhiex id-dritt li tippreżenta, skont l-Artikolu 263 TFUE, rikors dirett kontra dawn l-atti, li tagħhom hija għalhekk tbati l-konsegwenzi mingħajr ma tkun f’pożizzjoni li titlob li jiġu annullati (ara s-sentenza tal-<DATE ISO="20121211">11 ta’ Diċembru 2012</DATE>, Sina Bank vs Il‑Kunsill, T‑15/11, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:661">EU:T:2012:661</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 43 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>L-eċċezzjoni ta’ illegalità prevista fl-Artikolu 277 TFUE għandha tiġi interpretata b’mod wiesa’ fis-sens li din tinkludi l-atti kollha ta’ portata ġenerali (sentenza tas-<DATE ISO="19931026">26 ta’ Ottubru 1993</DATE>, Reinarz vs Il‑Kummissjoni, T‑6/92 u T‑52/92, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1993:89">EU:T:1993:89</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 56). Din għandha wkoll tiġi interpretata bħala li testendi għal atti li, għalkemm ma jikkostitwixxux formalment il-bażi legali tal-att ikkontestat, għandhom rabta legali diretta miegħu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<DATE ISO="20061213">13 ta’ Diċembru 2006</DATE>, FNCBV <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni, T‑217/03 u T‑245/03, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2006:391">EU:T:2006:391</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 250 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>F’din il-kawża, id-Deċiżjoni MB/D/29/2010 hija att ta’ portata ġenerali sa fejn din tapplika għal sitwazzjonijiet oġġettivament iddeterminati u li jinvolvu effetti legali fir-rigward ta’ kategoriji ta’ persuni kkunsidrati b’mod ġenerali u astratt (ara, f’dan is-sens, id-digriet tal-<DATE ISO="20120604">4 ta’ Ġunju 2012</DATE>, Eurofer vs Il-Kummissjoni, T‑381/11, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:273">EU:T:2012:273</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 29), fatt li dwaru l-partijiet qablu waqt is-seduta.</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Barra minn hekk, id-Deċiżjoni MB/D/29/2010 għandha rabta legali diretta mad-deċiżjoni kkontestata u mal-fattura kkontestata sa fejn din tiffissa, fl-Anness 1 tagħha, il-livell ta’ spejjeż amministrattivi applikabbli skont id-daqs tal-impriżi.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, xejn ma jippermetti li jiġi kkunsidrat li r-rikorrenti kellha d-dritt li tippreżenta, skont l-Artikolu 263 TFUE, rikors dirett kontra d-Deċiżjoni MB/D/29/2010, fatt li barra minn hekk ma ġiex sostnut mill-partijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li r-rikorrenti tista’ tikkontesta b’mod inċidentali l-legalità tad-Deċiżjoni MB/D/29/2010 fil-kuntest ta’ din il-kawża.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali tqis li huwa xieraq li l-ewwel jiġi eżaminat it-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, sa fejn dan iqajjem eċċezzjoni ta’ illegalità kontra d-Deċiżjoni MB/D/29/2010.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tikkunsidra li l-ispiża amministrattiva ta’ EUR 20 700 ma tikkorrispondix mas-servizz mogħti mill-ECHA. Għalhekk, l-iffissar ta’ din l-ispiża jikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità. Waqt is-seduta, ir-rikorrenti osservat ukoll li l-evalwazzjoni tal-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità kellha ssir fid-dawl tas-sitwazzjoni tagħha u tal-fatt li hemm differenza kbira bejn ammont ta’ ħlas ta’ EUR 1 000, jew ta’ EUR 2 000, u ammont ta’ iktar minn EUR 20 000 bħala spiża amministrattiva. Barra minn hekk, ir-rikorrenti essenzjalment indikat li hija ma kellha ebda interess li tibgħat informazzjoni falza lill-ECHA għal qliegħ potenzjali ta’ ftit mijiet ta’ Ewro fuq l-ammont tal-ħlas.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>L-ECHA, filwaqt li tosserva li r-rikorrenti tikkunsidra li l-ispiża amministrattiva stabbilita fl-Artikolu 2 u fit-tabella 1 tad-Deċiżjoni MB/D/29/2010 tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità, issostni li l-imsemmija spiża amministrattiva hija ta’ natura li tilħaq, mingħajr ma tmur lil hinn minnu, l-għan li jiġu koperti l-ispejjeż sostnuti matul il-kontroll tad-dikjarazzjonijiet tal-impriżi żgħar u ta’ daqs medju. Barra minn hekk, matul is-seduta, l-ECHA indikat li l-ammont tal-ħlas kien, medjament, ta’ EUR 20 000. Għalhekk, id-differenza mal-ammont tal-ispiża amministrattiva ma hijiex daqshekk kbira. L-ECHA ppreċiżat ukoll li l-effett intenzjonat tal-ispiża amministrattiva huwa li l-impriżi li jirreġistraw sustanza jipprovdu informazzjoni eżatta. L-impriżi jkunu skoraġġuti, minħabba l-ammont tal-ispiża amministrattiva, milli jipprovdu informazzjoni falza.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li l-prinċipju ta’ proporzjonalità jifforma parti mill-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea u jeżiġi li l‑miżuri implementati permezz ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni jkunu xierqa sabiex jintlaħqu l-għanijiet leġittimi mfittxa mil-leġiżlazzjoni kkonċernata u li ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex dawn jintlaħqu (sentenza tat-<DATE ISO="20100608">8 ta’ Ġunju 2010</DATE>, Vodafone <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C‑58/08, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:321">EU:C:2010:321</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 51). Barra minn hekk, meta l-awtur tal-att ikkontestat għandu setgħa diskrezzjonali wiesgħa, hija biss in-natura manifestament inadegwata ta’ miżura adottata, meta mqabbla mal-għan imfittex, li tista’ taffettwa l-legalità ta’ tali miżura (ara s-sentenza tad-<DATE ISO="20100909">9 ta’ Settembru 2010</DATE>, Usha Martin vs Il‑Kunsill u Il‑Kummissjoni, T‑119/06, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2010:369">EU:T:2010:369</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 45 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Fil-kawża preżenti, il-premessa 11 tar-Regolament Nru 340/2008 tippreċiża li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>[i]t-tressiq ta’ informazzjoni falza għandu jiġi skoraġġut bl-impożizzjoni ta’ spiża amministrattiva mill-[ECHA] u multa dissważiva mill-Istati Membri, jekk ikun xieraq<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>. Minn din il-premessa jirriżulta li l-impożizzjoni ta’ spiża amministrattiva tikkontribwixxi għall-għan li l-impriżi jiġu skoraġġuti milli jittrażmetti informazzjoni falza. Min-naħa l-oħra, minn din il-premessa jirriżulta wkoll li l-ispiża amministrattiva ma għandiex tiġi ekwiparata għal multa.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni tal-għanijiet tar-Regolament Nru 340/2008 hija konformi max-xogħlijiet preparatorji għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni MB/D/29/2010. Għalhekk, fir-raġunijiet tal-abbozz ta’ deċiżjoni mibgħut lill-Bord ta’ Tmexxija tal-ECHA għal-laqgħa tiegħu tat-22 u tat-<DATE ISO="20100623">23 ta’ Ġunju 2010</DATE> hemm indikat li l-ispiża amministrattiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>ma għandiex in-natura ta’ multa<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> [traduzzjoni mhux<?PAGE NO="6"?> uffiċjali]. L-impożizzjoni tal-multa taqa’ taħt il-kompetenzi tal-Istati Membri u tista’ tkun <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>kunsiderevolment għola mill-vantaġġ finanzjarju miksub bit-trażmissjoni ta’ informazzjoni falza<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-elementi, u mingħajr ma jkun meħtieġ li fil-kuntest ta’ din il-kawża jiġi ddeterminat jekk l-ECHA setgħetx tgħaddi l-ispiża kollha tal-verifika biss fuq l-impriżi li kienu pprovdew informazzjoni żbaljata dwar id-daqs tagħhom jew jekk l-ECHA kellhiex setgħa diskrezzjonali fil-kuntest tal-iffissar tal-ispiża amministrattiva, għandu jiġi kkonstatat li l-ammont tal-ispiża amministrattiva imposta fuq ir-rikorrenti huwa, f’dan il-każ, manifestament sproporzjonat meta mqabbel mal-għan imfittex mil-leġiżlazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Fil-fatt, mill-atti tal-proċess jirriżulta li, fid-dawl tal-fattura addizzjonali Nru 10030369, mibgħuta lir-rikorrenti fis-<DATE ISO="20120307">7 ta’ Marzu 2012</DATE>, il-ħlas finalment dovut minn din tal-aħħar kien ta’ EUR 1 200. Minn din il-fattura addizzjonali jirriżulta wkoll li d-dikjarazzjoni żbaljata tad-daqs tagħha ppermetta li r-rikorrenti tevita li tħallas is-somma ta’ EUR 720 bħala ħlas dovut lill-ECHA.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dan il-każ l-ammont ta’ EUR 20 700 bħala spiża amministrattiva impost fuq ir-rikorrenti kien, għalhekk, iktar minn sbatax il-darba ikbar mill-ammont tal-ħlas dovut minnha sabiex tirreġistra s-sustanza inkwistjoni. Dan l-ammont kien ukoll tmienja u għoxrin darba ikbar mill-ammont tal-fattura addizzjonali msemmija iktar il-fuq u, għalhekk, tmienja u għoxrin darba ikbar mill-ammont tal-ħlas li seta’ jiġi evitat minħabba d-dikjarazzjoni żbaljata magħmula mir-rikorrenti. Konsegwentement, l-ammont tal-ispiża amministrattiva kien, f’dan il-każ u skont il-kriterji stabbiliti mill-ECHA stess fil-kuntest tax-xogħlijiet preparatorji għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni MB/D/29/2010 (ara l-punt 35 iktar ’il fuq) <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>kunsiderevolment għola<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali] mill-vantaġġ finanzjarju li r-rikorrenti setgħet kisbet minħabba d-dikjarazzjoni żbaljata tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-elementi, għandu jiġi kkunsidrat li l-għanijiet tal-leġiżlazzjoni ma jiġġustifikawx il-konsegwenzi ekonomiċi negattivi fuq ir-rikorrenti, fil-proporzjonijiet indikati preċedentement. Konsegwentement, id-Deċiżjoni MB/D/29/2010, kif applikata fil-konfront tar-rikorrenti u f’tali proporzjon, tmur manifestament lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan tal-ispiża amministrattiva mfittex mil-leġiżlazzjoni applikabbli, jiġifieri li tiġi skoraġġita t-trażmissjoni ta’ informazzjoni falza mingħajr ma din l-ispiża tikseb in-natura ta’ multa.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>L-argumenti l-oħra mressqa mill-ECHA ma jistgħux jikkonfutaw din il-konklużjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>L-argument li f’ċerti każijiet dikjarazzjoni żbaljata ta’ impriża fir-rigward tad-daqs tagħha tista’ tippermettilha li tevita ħlas li l-ammont tiegħu jkun ħafna ikbar minn dak tal-każ inkwistjoni huwa partikolarment ineffettiv għall-finijiet tal-evalwazzjoni tas-sitwazzjoni speċifika tar-rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rigward tal-argument li l-ECHA għamlet fis-sottomissjonijiet bil-miktub tagħha u waqt is-seduta li jgħid li, essenzjalment, hija għandha l-obbligu li tgħaddi l-ispiża kollha tal-verifika inkwistjoni fuq l-impriżi, dan ma jistax jiġġustifika l-ammont manifestament sproporzjonat tal-ispiża amministrattiva imposta fuq ir-rikorrenti. Fil-fatt, l-ewwel nett, l-ammont tal-ispiża amministrattiva imposta fuq ir-rikorrenti f’dan il-każ huwa r-riżultat tal-metodu speċifiku magħżul mill-ECHA sabiex tikkalkola l-imsemmija spiża. B’mod partikolari, l-ECHA ddeċidiet li tgħaddi l-ispejjeż kollha sostnuti fil-kuntest ta’ verifika tad-dikjarazzjonijiet ta’ kampjun ikbar ta’ impriżi biss fuq dawk l-impriżi li jkunu għamlu dikjarazzjoni żbaljata, u skont id-daqs effettiv tagħhom. Issa, ma hemm xejn li jippermetti li jiġi kkunsidrat li f’dan il-każ ma teżistix soluzzjoni oħra li ma tmurx kontra l-prinċipju ta’ proporzjonalità fir-rigward tar-rikorrenti u li tippermetti li jintlaħqu l-għanijiet tal-leġiżlazzjoni. It-tieni nett, l-argument tal-ECHA jikkuntrasta max-xogħlijiet preparatorji għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni MB/D/29/2010 (ara l-punt 35 iktar ’il fuq), li fil-kuntest tagħhom ġie speċifikat li, jekk l-ECHA ma ssib l-ebda dikjarazzjoni falza hija għandha tbati <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>l-ispejjeż kollha<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali] tal-verifika. It-tielet nett, barra minn hekk, għandu jiġi osservat li l-Artikolu 96(1)<?PAGE NO="7"?> tar-Regolament Nru 1907/2006 jipprevedi li d-dħul tal-ECHA ma għandux ikun jikkonsisti biss minn ħlasijiet mill-impriżi iżda wkoll minn sussidju mill-Unjoni, li jiddaħħal fil-baġit ġenerali tal-Unjoni (taqsima tal-Kummissjoni) u minn kull konribut volontarju mill-Istati Membri.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-elementi kollha, it-tieni motiv invokat mir-rikorrenti għandu jiġi milqugħ sa fejn dan jeċċepixxi l-illegalità tad-Deċiżjoni MB/D/29/2010. Għalhekk, id-Deċiżjoni MB/D/29/2010 għandha tiġi ddikjarata inapplikabbli u, konsegwentement, it-talbiet tar-rikorrenti għandhom jiġu milqugħa u d-deċiżjoni kkontestata u l-fattura kkontestata għandhom jiġu annullati mingħajr ma jkun meħtieġ li tittieħed deċiżjoni fir-rigward tal-motivi l-oħra tar-rikors.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li l‑ECHA tilfet, hemm lok li hija tiġi kkundannata għall-ispejjeż, skont it-talbiet tar-rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 87(4) tar-Regoli tal-Proċedura, l‑istituzzjonijiet li intervenew fil-kawża għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom. Konsegwentement, il-Kummissjoni li interveniet insostenn tat-talbiet tal-ECHA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (Is-Sitt Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-Deċiżjoni SME (2012) 1445 tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), tal-<DATE ISO="20120215">15 ta’ Frar 2012</DATE>, u l-Fattura Nru 10030371, maħruġa mill-ECHA fil-<DATE ISO="20120221">21 ta’ Frar 2012</DATE>, huma annullati.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-ECHA hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha u għal dawk sostnuti minn Spraylat GmbH.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Frimodt Nielsen</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Dehousse</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Collins</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fit-<DATE ISO="20141002">2 ta’ Ottubru 2014</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>