31985R3541



Official Journal L 338 , 17/12/1985 P. 0001 - 0001
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 4 P. 0073
Spanish special edition: Chapter 02 Volume 15 P. 0111
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 4 P. 0073
Portuguese special edition Chapter 02 Volume 15 P. 0111


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) 3541/85

tat-12 ta' Diċembru 1985

dwar il-klassifika ta' l-oġġetti taħt is-sub-intestatura 27.03 A tat-Tariffa Doganali Komuni

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 97/69 tas-16 ta' Jannar 1969 dwar miżuri li għandhom jittieħdu għal applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2055/84 [2], u b'mod partikulari Artikolu 3 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi, biex tkun żgurata applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni, għandhom ikunu stabbiliti dispożizzjonijiet dwar il-klassifika tat-tariffa ta' taħlitiet ta' peat (li jkun fih mhux anqas minn 75 % tuba bil-ħaxix magħha bil-piż) u sustanzi oħra bħal ġir, ramel, terriċċju, marl, demel ta' l-irziezet u kwantitajiet żgħar ta' fertilizzanti oħra, b'kontenut totali ta' potassju (ikkalkolat bħala K2O), nitroġenu, fosfru (ikkalkulat bħala P2O5) li ma jeċċedix it-3 % bil-piż;

Billi t-titolu Nru 27.03 tat-Tariffa Doganali Komuni jirreferi għall-peat (inkluż l-iskart tal-peat), kemm agglomerat u kemm le; billi fertilizzanti barra minn dawk imniżżla taħt l-intestaturi min-Nru 31.01 sa Nru 31.04 huma msemmija taħt l-intestatura Nru 31.05;

Billi l-oġġetti in kwistjoni, minħabba l-karatteristiċi tagħhom, ma jistgħux jitqiesu bħala oġġetti li jaqgħu taħt l-intestatura Nru 31.05;

Billi l-oġġetti in kwistjoni għandhom il-karattru essenzjali tal-peat li jaqa’ taħt l-intestatura Nru 27.03 u għandhom għalhekk jiġu kklassifikati taħt is-sub-intestatura Nru 27.03 A ta' dik l-intestatura;

Billi, ladarba l-Kumitat tan-Nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni ma jistax jadotta d-dispożizzjonijiet li kien ippreveda fuq il-kwistjoni taħt il-proċedura prevista f'Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 97/69,

ADDOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Taħlitiet ta' peat (li ma jkunx fih mhux anqas minn 75 % ta' tuba bil-ħaxix magħha bil-piż) u sustanzi oħra bħal demel ta' l-irziezet, ġir, ramel, terriċċju tal-weraq, marl, u kwantitajiet żgħar ta' fertilizzanti oħra, b'kontenut totali ta' potassju (ikkalkolat bħala K2O), nitroġenu, fosfru (kalkulat bħala P2I5) li ma jeċċedix it-3 % bil-piż, għandhom jiġu kklassfikati fit-Tariffa Doganali Komuni taħt is-sub-intestatura li ġejja:

27.03

Peat (inkluż l-iskart tal-peat), kemm jekk agglomerat kif ukoll jekk le:

A. P eat

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-12 ta' Diċembru 1985.

Għall-Kunsill

Il-President

R. Goebbels

[1] ĠU L 14, tal-21.1.1969, p. 1.

[2] ĠU L 191, tad-19.7.1984, p. 1.

--------------------------------------------------