26.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 223/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 771/2009

tal-25 ta’ Awwissu 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1580/2007 fir-rigwrad ta’ ċerti standards tal-kummerċjalizzazzjoni fis-settur tal-frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 103a u l-Artikolu 121(a) flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2) ġie emendat b’mod sinifikanti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1221/2008 (3) b’effett mill-1 ta’ Lulju 2009 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet għall-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni. Madankollu, għandha tiġi kkjarifikata dispożizzjoni li għadha kif iddaħħlet għall-prodotti li għandhom jiġu eżentati mill-istandard ġenerali tal-kummerċjalizzazzjoni.

(2)

L-Artikolu 53(7) tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jipprovdi li l-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata għall-perjodu ta’ referenza għandu jiġi kkalkulat skont il-leġiżlazzjoni applikabbli fil-perjodu ta’ referenza msemmi f’dak l-Artikolu. Ikun xieraq li dan il-prinċipju jiġi applikat ukoll għall-valur tal-produzzjoni kkumerċjalizzata minn gruppi tal-produtturi.

(3)

Fl-2008 il-Grupp ta’ Ħidma tal-Istandards tal-Kwalità Agrikola tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) irreveda l-istandards tal-UNECE għall-ħass, l-indivja bil-weraq mibrum u l-indivja bil-weraq wiesa’ (Batavian), il-lanġas u t-tadam. Sabiex jiġu evitati osktakli inutli għall-kummerċ, fejn jeżistu standards speċifiċi għall-frott u l-ħxejjex fil-livell Komunitarju, dawn l-istandards għandhom ikunu l-istess bħall-istandards tal-UNECE. Għalhekk, l-istandards speċifiċi għal dawk il-frott u l-ħxejjex ipprovduti fir-Regolament (KE) Nru 1580/2007 għandhom jinġiebu konformi mal-istandards ġodda tal-UNECE.

(4)

Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 1580/2007 għandu jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1580/2007 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 3(3b), il-punt (a) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(a)

faqqiegħ mhux ikkultivat bil-kodiċi NM 0709 59 ”;

(2)

Fl-Artikolu 44, għandu jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

“3.   Il-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata għandu jiġi kkalkulat skont il-leġiżlazzjoni applikabbli fir-rigward tal-perjodu li għalih tintalab l-għajnuna.”;

(3)

Il-Taqsimiet 4, 6 u 10 tat-Taqsima B tal-Anness I għandhom jiġu mibdula bit-test fit-Taqsimiet A, B u C fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Settembru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Awwissu 2009

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.

(3)   ĠU L 336, 13.12.2008, p. 1.


ANNESS

TAQSIMA A

Taqsima 4:    “ L-istandard tal-kummerċjalizzazzjoni għall-ħass, l-indivja bil-weraq mibrum u l-indivja bil-weraq wiesa’ (Batavian)

I.   DEFINIZZJONI TAL-PRODOTTI

Dan l-istandard japplika għal:

—

ħass ta’ varjetajiet (kultivari) imkabbra minn:

—

Lactuca sativa L. var. capitata L. (ħass (kaboċċjat) inkluż ħass tat-tip ‘Cripshead’ u ‘Iceberg’),

—

Lactuca sativa L. var. longifolia Lam. (ħass Cos jew Romaine),

—

Lactuca sativa L. var. crispa L. (ħass għat-tqattigħ),

—

inkroċji ta’ dawn il-varjetajiet u

—

indivja bil-weraq mibrum tal-varjetajiet (kultivari) imkabbra miċ-Cichorium endivia L. var. crispum Lam. u

—

indivja (escaroles) bil-weraq wiesa’ (Batavian) tal-varjetajiet (kultivari) imkabbra miċ-Cichorium endivia L. var. latifolium Lam.

li għandhom jitfornew friski lill-konsumatur.

Dan l-istandard ma japplikax għall-prodotti maħsuba għall-ipproċessar industrijali, prodotti ppreżentati werqa werqa, ħass bl-għeruq jew ħass fil-qsari.

II.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ

L-għan tal-istandard huwa li jiġu ddefiniti r-rekwiżiti tal-kwalità tal-prodotti wara l-preparazzjoni u l-ippakkjar.

A.   Rewkiżiti minimi

Fil-klassijiet kollha, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranza permessa, il-prodotti għandhom ikunu:

—

intatti

—

f’kundizzjoni tajba; prodotti affettwati minn tranġit jew taħsir li jagħmluhom mhux tajbin għall-konsum huma esklużi

—

imnaddfa, jiġifieri prattikament mingħajr ebda ħamrija jew kwalunkwe element ieħor li jikbru fih kif ukoll prattikament mingħajr l-ebda materja barranija oħra viżibbli

—

friski fid-dehra

—

prattikament ħielsa mill-organiżmi li jagħmlu l-ħsara

—

prattikament ħielsa minn ħsara kkawżata mill-organiżmi li jagħmlu l-ħsara

—

minfuħin

—

mhux fi stat li jinbidlu f’żerriegħa

—

ħielsa minn umdità esterna anormali

—

ħielsa minn kwalunkwe riħa u/jew togħma barranija.

Fil-każ tal-ħass, huwa permess telf ta’ lewn fl-aħmar, ikkaġunat minn temperatura baxxa matul it-tkabbir, sakemm ma jaffettwax b’mod serju d-dehra tal-prodott.

L-għeruq għandhom jiġu maqtugħa qrib il-bażi tal-weraq ta’ barra u l-qatgħa għandha tkun pulita.

Il-prodotti għandhom ikunu ta’ żvilupp normali. L-iżvilupp u l-kundizzjoni tal-prodotti għandhom ikunu tali li jippermettulhom:

—

jifilħu għat-trasport u l-ġarr

—

jaslu f’kundizzjoni sodisfaċenti fil-post tad-destinazzjoni.

B.   Klassifikazzjoni

Il-prodotti huma kklassifikati f’żewġ klassijiet, kif iddefiniti hawn taħt:

(i)   Klassi I

Prodotti f’din il-klassi għandhom ikunu ta’ kwalità tajba. Għandhom ikunu karatteristiċi tal-varjetà jew it-tip kummerċjali, speċjalment fil-lewn.

Il-prodotti għandhom ikunu wkoll:

—

iffurmati sew

—

sodi, filwaqt li jitqiesu l-metodi tal-koltivazzjoni u t-tip ta’ prodott

—

ħielsa minn ħsara jew taħsir li ma jibqgħux tajbin għall-ikel

—

ħielsa minn ħsara mill-ġlata.

Il-ħass kaboċċjat għandu jkollu qalba waħda ffurmata sewwa. Iżda, fil-każ ta’ ħass kaboċċjat li jitkabbar taħt kenn, il-qalba tista’ tkun żgħira.

Il-ħass Cos għandu jkollu qalba, li tista’ tkun żgħira.

Il-qalba tal-indivja bil-weraq mibrum u tal-indivja bil-weraq wiesa’ (Batavian) għandha tkun ta’ lewn isfar.

(ii)   Klassi II

Din il-klassi tinkludi prodotti li ma jikkwalifikawx għall-inklużjoni fil-Klassi I, iżda li jissoddisfaw ir-rekwiżiti minimi speċifikati hawn fuq.

Il-prodotti għandhom ikunu:

—

raġonevolment iffurmati sew

—

ħielsa minn ħsara u taħsir li jistgħu, tant li b’mod serju ma jibqgħux tajbin għall-ikel.

Jistgħu jiġu permessi d-difetti li ġejjin sakemm il-prodotti jżommu l-karatteristiċi essenzjali tagħhom fejn jidħlu l-kwalità, iż-żamma tal-kwalità u l-preżentazzjoni:

—

ftit telf ta’ lewn

—

ħsara ħafifa kkważata mill-organiżmi li jagħmlu l-ħsara.

Il-ħass kaboċċjat għandu jkollu qalba, li tista’ tkun żgħira. Iżda, fil-każ ta’ ħass kaboċċjat li jitkabbar taħt kenn, huwa permess li l-qalba tkun nieqsa.

Il-ħass Cos jista’ ma jkollux qalba.

III.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS

Id-daqs ikun iddeterminat mill-piż ta’ unità waħda.

A.   Piż minimu

Il-piż minimu għall-Klassijiet I u II huwa:

 

Imkabbra fil-beraħ

Imkabbra taħt kenn

Ħass kaboċċjat (barra mill-ħass tat-tip “Crisphead” u “Iceberg”) u l-ħass Cos jew Romaine (barra mill-ħass tat-tip “Little gem”)

150 g

100 g

Ħass tat-tip “Crisphead” u “Iceberg”

300 g

200 g

Ħass għat-tqattigħ u tat-tip “Little gem”

100 g

100 g

Indivja bil-weraq mibrum u indivja bil-weraq wiesa’

200 g

150 g

B.   Uniformità

(a)   Ħass

Fil-klassijiet kollha, id-differenza bejn l-eħfef u l-itqal unità f’kull pakkett ma għandhiex taqbeż:

—

l-40 g meta l-eħfef unità tiżen anqas minn 150 g kull unità

—

l-100 g meta l-eħfef unità tiżen bejn 150 g u 300 g kull unità

—

l-150 g meta l-eħfef unità tiżen bejn 300 g u 450 g kull unità

—

it-300 g meta l-eħfef unità tiżen aktar minn 450 g kull unità.

(b)   Indivja bil-weraq mibrum u bil-weraq wiesa’ (Batavian)

Fil-klassijiet kollha, id-differenza bejn l-eħfef u l-itqal unità f’kull pakkett ma għandhiex taqbeż it-300 g.

IV.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI

It-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f’kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.

A.   Tolleranzi għall-kwalità

(i)   Klassi I

Hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont l-għadd tal-unitajiet, li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi, iżda li jilħqu dawk tal-Klassi II. Fi ħdan din it-tolleranza mhux aktar minn 1 % mit-total jista’ jikkonsisti minn prodott li la jissodisfa r-rekwiżiti tal-kwalità tal-Klassi II u l-anqas ir-rekwiżiti minimi. Prodott affettwat minn tranġit jew taħsir li jagħmlu mhux tajjeb għall-konsum huwa eskluż.

(ii)   Klassi II

Hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont l-għadd tal-unitajiet, li ma jissodisfawx la r-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Prodotti affettwati minn tranġit jew taħsir li jagħmluhom mhux tajbin għall-konsum huma esklużi.

B.   Tolleranzi għad-daqs

Għall-klassijiet kollha: hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont l-għadd tal-unitajiet, li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti fir-rigward tad-daqs, iżda li l-piż tagħhom ma jkunux ivarja b’aktar jew b’anqas minn 10 % tad-daqs involut.

V.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI

A.   Uniformità

Il-kontenut ta’ kull pakkett għandu jkun uniformi u jkun fih biss prodotti tal-istess oriġini, varjetà jew tal-istess tip, kwalità u daqs kummerċjali.

Madankollu, tista’ tkun ippakkjata flimkien f’unità tal-bejgħ, taħlita ta’ prodotti ta’ lewn, varjetajiet u/jew tipi kummerċjali distintivament differenti (1), sakemm dawn ikunu uniformi fil-kwalità u, għal kull lewn, varjetà u/jew tipi kummerċjali konċernat, fl-oriġini.

Madankollu, il-parti tal-kontenut tal-pakkett li tidher għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.

B.   Ippakkjar

Il-prodotti għandhom jiġu ppakkjati b’mod li jitħarsu sew. Għandhom ikunu ppakkjati b’mod raġonevoli li jqis id-daqs u t-tip tal-ippakkjar, mingħajr spazji vojta jew tgħaffiġ.

Il-materjali wżati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu nodfa u ta’ kwalità tali li jiġi evitat li ssir ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodott. L-użu ta’ materjali, partikolarment tal-karta jew it-timbri li juru l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess sakemm l-istampar jew it-tikkettar ikun sar b’linka jew kolla mhux tossika.

Il-pakketti ma għandu jkun fihom l-ebda materjal barrani.

VI.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR

Kull pakkett (2) għandu jkollu d-dettalji li ġejjin f’ittri miġbura fuq l-istess naħa, leġġibbli u indelibbli, u viżibbli minn barra:

A.   Identifikazzjoni

Min ippakkja u/jew min Bagħat/ġarr:

—

L-isem u l-indirizz fiżiku (eż. it-triq/il-belt/ir-reġjun/il-kodiċi postali u jekk differenti mill-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż)

jew

—

marka ta’ kodiċi rrikonnoxxuta uffiċjalment mill-awtorità nazzjonali (3).

B.   Tip ta’ prodott

—

‘Ħass’, ‘ħass Butterhead’, ‘Batavia’, ‘ħass Iceberg’, ‘ħass Cos’, ‘ħass għat-tqattigħ’ (jew, per eżempju u jekk xieraq, ‘Oak Leaf’, ‘Lollo bionda’, ‘Lollo rossa’), ‘indivja bil-weraq mibrum’ jew ‘indivja bil-weraq wiesa’ (Batavian)’ jew kliem sinonimu ieħor jekk il-kontenut ma jkunx jidher minn barra

—

‘Little gem’ fejn xieraq jew sinonimi oħra

—

Indikazzjoni ‘imkabbra taħt kenn’, jew xi indikazzjoni oħra xierqa, fejn xieraq

—

Isem il-varjetà (fakultattiv)

—

Fil-każ ta’ unitajiet għall-bejgħ li jkun fihom taħlita ta’ kuluri, varjetajiet u/jew tipi kummerċjali ta’ prodott distintivament differenti, ‘Taħlita ta’ ħass’, jew denominazzjoni ekwivalenti. Jekk il-prodotti ma jkunux jidhru minn barra, il-kuluri, il-varjetajiet jew it-tipi kummerċjali tal-unitajiet għall-bejgħ għandhom ikunu indikati.

C.   Oriġini tal-prodott

—

Il-pajjiż tal-oriġini u, b’mod fakultattiv, id-distrett fejn tkabbru, jew isem in-nazzjon, ir-reġjun jew il-post lokali.

—

Fil-każ ta’ pakketti għall-bejgħ li jkun fihom taħlita ta’ lwien, varjetajiet u/jew tipi kummerċjali ta’ prodotti distintivament minn oriġini differenti, l-indikazzjoni ta’ kull pajjiż tal-oriġini jeħtiġilha tidher ħdejn isem il-kulur, il-varjetà u/jew it-tipi kummerċjali konċernati.

D.   Speċifikazzjonijiet kummerċjali

—

Klassi

—

Daqs, espress skont il-piż minimu għal kull unità jew l-għadd ta’ unitajiet

—

Piż nett (fakultattiv).

E.   Marka uffiċjali tal-kontroll (fakultattiva)

Il-pakketti ma għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ li jidhru b’mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti ma għandhomx jinkludu indikazzjonijiet li jistgħu jiżgwidaw. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f’nota; li tkun f’pożizzjoni ovvja fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.”

TAQSIMA B

“Taqsima 6:   Standard tal-kummerċjalizzazzjoni għal-lanġas

I.   DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan l-istandard japplika għal-lanġas tal-varjetajiet (kultivari) imkabbra mill-Pyrus communis L. li jitfornow friski lill-konsumatur, esklużi l-lanġas għall-ipproċessar industrijali.

II.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ

L-għan tal-istandard huwa li jiġu ddefiniti r-rekwiżiti tal-kwalità tal-lanġas, wara l-preparazzjoni u l-ippakkjar.

A.   Rekwiżiti minimi

Fil-klassijiet kollha, skont id-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, il-lanġas għandhom ikunu:

—

intatti

—

f’kundizzjoni tajba; prodotti affettwati minn tranġit jew taħsir li jagħmluhom mhux tajbin għall-konsum huma esklużi

—

nodfa, prattikament ħielsa minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli

—

prattikament ħielsa mill-organiżmi li jagħmlu l-ħsara

—

ħielsa minn ħsara kkawżata mill-organiżimi li jagħmlu l-ħsara li taffettwa l-laħam

—

ħielsa minn umdità esterna anormali

—

ħielsa minn kwalunkwe riħa u/jew togħma barranija.

L-iżvilupp u l-kundizzjoni tal-lanġas għandhom ikunu tali li jippermettulhom:

—

li komplu jsiru u jilħqu l-istat misjur meħtieġ skont il-karatteristiċi tal-varjetà

—

li jifilħu għat-trasport u l-ġarr

—

li jaslu fid-destinazzjoni f’kundizzjoni sodisfaċenti.

B.   Klassifikazzjoni

Il-lanġas huma kklassifikati fi tlett klassijiet iddefiniti kif ġej:

(i)   Klassi ‘Extra’

Il-lanġas f’din il-klassi għandhom ikunu ta’ kwalità superjuri. L-għamla, id-daqs u l-lewn, għandhom ikunu karatteristiċi tal-varjetà u z-zokk għandu jkun intatt.

Il-laħam għandu jkun f’kundizzjoni perfetta, u l-qoxra ħielsa minn ħmura samranija raffa.

Għandhom ikunu ħielsa minn difetti ħlief għal difetti superfiċjali ħfief sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-frotta, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett.

Il-lanġas ma għandhomx ikunu mrammla.

(ii)   Klassi I

Il-lanġas ta’ din il-klassi għandhom ikunu ta’ kwalità tajba. L-għamla, id-daqs u l-lewn, għandhom ikunu karatteristiċi tal-varjetà (4).

Il-laħam għandu jkun f’kundizzjoni perfetta, u l-qoxra ħielsa minn ħmura samranija raffa.

Id-difetti ħfief li ġejjin jistgħu, madankollu, jiġu permessi, fuq frott individwali sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, iż-żamma tal-kwalità u l-preżentazzjoni fil-pakkett:

—

difett żgħir fil-forma

—

difett żgħir fl-iżvilupp

—

difetti żgħar fil-lewn

—

difetti żgħar fil-qoxra li ma għandhomx ikunu aktar minn:

—

2 ċm fit-tul għal difetti ta’ forma tawwalija

—

1 ċm2 tal-erja totali tal-wiċċ għal difetti oħra, ħlief l-iskorċa (Venturia pirina u V. inaequalis), li ma għandhiex teċċedi 0.25 ċm2 bħala erja totali

—

brix ħafif li l-erja tiegħu ma teċċedix 1 ċm2.

Iz-zokk jista’ jkollu ħsara żgħira.

Il-lanġas ma għandhomx ikunu mrammla.

(iii)   Klassi II

Din il-klassi tinkludi lanġas li ma jikkwalifikawx għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi msemmija hawn fuq.

Il-laħam għandu jkun ħieles minn difetti kbar.

Jistgħu jiġu permessi d-difetti li ġejjin sakemm il-lanġas iżommu l-karatteristiċi essenzjali tagħhom fir-rigward tal-kwalità, iż-żamma tal-kwalità u l-preżentazzjoni:

—

difetti fil-forma

—

difetti fl-iżvilupp

—

difetti fil-lewn

—

ftit ħmura samranija raffa,

—

id-difetti tal-qoxra ma għandhomx ikunu akbar minn:

—

4 ċm fit-tul għal difetti ta’ forma tawwalija

—

2.5 ċm2 tal-erja totali tal-wiċċ għal difetti oħra, ħlief l-iskorċa (Venturia pirina u V. inaequalis), li ma għandhiex teċċedi aktar minn 1 ċm2 bħala erja totali

—

brix ħafif li l-erja tiegħu ma teċċedix 2 ċm2.

III.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS

Id-daqs huwa stabbilit skont id-dijametru massimu tat-taqsima ekwatorjali.

Daqs minimu huwa meħtieġ għal kull klassi kif ġej:

 

‘Extra’

Klassi I

Klassi II

Varjetajiet ta’ frott kbir2

60 mm

55 mm

55 mm

Varjetajiet oħra

55 mm

50 mm

45 mm

Il-lanġas tas-sajf inklużi fl-anness għal dan l-istandard ma jeħtiġilhomx jissodisfaw d-daqs minimu.

Biex jiġi żgurat li jkun hemm uniformità tad-daqs fil-pakkett, id-differenza fid-dijametru bejn frott fl-istess pakkett għandha tkun ristretta għal:

—

5 mm għall-frott tal-Klassi ‘Extra’ u għall-frott tal-Klassijiet I u II ippakkjat f’ringieli u f’safef

—

10 mm għall-frott tal-Klassi I ippakkjat sfuż fil-pakkett jew fil-pakketti għall-konsumatur.

Ma hemmx limitu tal-uniformità tad-daqs għall-frott tal-Klassi II ippakkjat sfuż fil-pakkett jew fil-pakketti għall-konsumatur.

IV.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI

It-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f’kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.

A.   Tolleranzi għall-kwalità

(i)   Klassi‘Extra’

Hija permessa tolleranza totali ta’ 5 %, skont l-għadd jew il-piż, tal-lanġas li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi, iżda li jilħqu dawk tal-Klassi I. Fi ħdan din it-tolleranza mhux aktar minn 0.5 % mit-total jista’ jikkonsisti minn prodott li jissodisfa r-rekwiżiti tal-kwalità tal-Klassi II.

(ii)   Klassi I

Hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont l-għadd jew il-piż, tal-lanġas li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jilħqu dawk tal-Klassi II. Fi ħdan din it-tolleranza mhux aktar minn 1 % mit-total jista’ jikkonsisti minn prodott li la jissodisfa r-rekwiżiti tal-Klassi II u l-anqas ir-rekwiżiti minimi. Prodotti affettwati minn tranġit jew taħsir li jagħmluhom mhux tajbin għall-konsum huma esklużi. Lanġas mingħajr żokk ma humiex inklużi f’din it-tolleranza.

(iii)   Klassi II

Hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont l-għadd jew il-piż, tal-lanġas li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Prodotti affettwati minn tranġit jew taħsir li jagħmluhom mhux tajbin għall-konsum huma esklużi.

Fil-limiti ta’ din it-tolleranza, huwa permess massimu ta’ 2 % fl-għadd jew fil-piż tal-frott li juri d-difetti li gejjin:

—

ħsara ħafifa jew xquq li ma fiqux

—

traċċi żgħar ħafna ta’ taħsir

—

il-preżenza ta’ organiżmi li jagħmlu l-ħsara fuq l-intern u/jew ħsara fil-laħam ikkawżata minn organiżmi li jagħmlu l-ħsara.

B.   Tolleranzi għad-daqs

Għall-klassijiet kollha:

(a)

għal frott li huwa soġġett għar-regoli tal-uniformità, 10 %, skont l-għadd jew il-piż, tal-frott li jikkorrespondi għad-daqs immedjatament aktar jew inqas dak immarkat fuq il-pakkett, u għall-frott ikklassifikat fl-iżgħar grad hija permessa, varjazzjoni massima ta’ 5 mm inqas mill-minimu;

(b)

għal frott li mhuwiex soġġett għar-regoli tal-uniformità, 10 %, skont l-għadd jew il-piż, iżgħar mid-daqs minimu stipulat, b’varjazzjoni massima ta’ 5 mm iżgħar mid-daqs minimu.

V.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI

A.   Uniformità

Il-kontentut ta’ kull pakkett għandu jkun uniformi u jkun fih biss lanġas tal-istess oriġini, varjetà, kwalità u daqs (jekk imkejlin) u misjurin l-istess.

Fil-każ tal-Klassi ‘Extra’, l-uniformità tapplika wkoll għal-lewn.

Madankollu, taħlita ta’ lanġas ta’ varjetajiet distintivament differenti tista’ tkun ippakkjata flimkien f’unità tal-bejgħ (5), sakemm dawn ikunu uniformi fil-kwalità u, għal kull varjetà konċernata, fl-oriġini.

Madankollu, il-parti tal-kontenut li tidher tal-ippakkjar għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.

B.   Ippakkjar

Il-lanġas għandhom ikunu ppakkjati b’tali mod li l-prodotti jkunu protetti sew.

Il-materjali wżati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu nodfa u ta’ kwalità tali li jiġi evitat li ssir ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodotti. Jista’ jsir użu ta’ materjali, partikolarment il-karta jew it-timbri li juru l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali sakemm l-istampar jew it-tikkettar ikun sar b’linka jew kolla mhux tossika.

It-tikketti mwaħħlin individwalment mal-prodott għandhom ikunu tali li meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta’ kolla u lanqas jikkaġunaw difetti fil-qoxra.

Il-pakketti ma għandu jkun fihom l-ebda materjal barrani.

VI.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR

Kull pakkett (6) għandu juri d-dettalji li ġejjin b’ittri miġbura fuq l-istess naħa, immarkati leġġibbli u indellibbli, u viżibbli minn barra.

A.   Identifikazzjoni

Min ippakkja u/jew min Bagħat/ġarr:

—

L-isem u l-indirizz fiżiku (eż. it-triq/il-belt/ir-reġjun/il-kodiċi postali u jekk differenti mill-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż)

jew

—

marka ta’ kodiċi rrikonnoxxuta uffiċjalment mill-awtorità nazzjonali (7).

B.   Tip ta’ prodott

—

‘Lanġas’ jekk il-kontenut ma jkunx jidher minn barra.

—

Isem il-varjetà. Fil-każ ta’ unitajiet għall-bejgħ li fihom taħlita ta’ lanġas ta’ varjetajiet differenti, l-ismijiet tal-varjetajiet differenti.

C.   Oriġini tal-prodott

—

Il-pajjiż tal-oriġni u, b’mod fakultattiv, id-distrett fejn tkabbru, jew isem in-nazzjon, ir-reġjun jew il-post lokali. Fil-każ ta’ unitajiet għall-bejgħ li jkun fihom taħlita ta’ lanġas ta’ varjetajiet distintivament differenti ta’ oriġini differenti, l-indikazzjoni ta’ kull pajjiż tal-oriġini għandha tidher ħdejn isem il-varjetà konċernata.

D.   Speċifikazzjonijiet kummerċjali

—

Klassi

—

Daqs jew, għal frott ippakkjat f’ringieli u safef, l-għadd ta’ unitajiet. Jekk l-identifikazzjoni hija skont id-daqs, din għandha tiġi espressa:

(a)

għal prodotti soġġetti għar-regoli tal-uniformità, skont id-dijametri minimi u massimi

(b)

għal prodotti li mhumiex soġġetti għar-regoli tal-uniformità, skont id-dijametru tal-iżgħar frotta fil-pakkett segwita bi “u akbar” jew denominazzjoni ekwivalenti jew, fejn xieraq, id-dijametru tal-ikbar frotta fil-pakkett.

E.   Marka uffiċjali tal-kontroll (fakultattiva)

Il-pakketti ma għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta ikun fihom pakketti għall-bejgħ li jidhru b’mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti ma għandhomx jinkludu indikazzjonijiet li jistgħu jiżgwidaw. Meta dawn il-pakketti jinġarru f’pelits, id-dettalji għandhom ikunu indikati f’nota li tkun f’post ovvju fuq tal-anqas żewġ naħat tal-palit.

Appendiċi

Kriterji tad-daqs għal-lanġas

K

=

Varjetà ta’ frott kbir

LS

=

Lanġas tas-sajf, li għalihom mhux meħtieġ daqs minimu.

Lista mhux eżawrjenti ta’ varjetarjiet ta’ lanġas ta’ frotta kbira u tas-sajf

Frott żgħir u varjetajiet oħra li ma jidhrux fil-lista jistgħu jiġu kkummerċjalizzati sakemm jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-daqs għal varjetajiet oħrajn kif deskritti fit-Taqsima III tal-istandard.

Uħud mill-varjetajiet elenkati fil-lista li ġejja jistgħu jiġu kkummerċjalizzati b’ismijiet li għalihom intalbet jew inkisbet protezzjoni tat-trademark f’pajjiż jew aktar. L-ewwel u t-tieni kolonna tat-tabella ta’ hawn taħt ma humiex intiżi li jinkludu dawn l-ismijiet kummerċjali. Referenzi għal trademarks magħrufa ġew inklużi fit-tielet kolonna għal skopijiet ta’ tagħrif biss.

Varjetà

Sinonimi

Isem kummerċjali

Daqs

Abbé Fétel

Abate Fetel

 

K

Abugo o Siete en Boca

 

 

LS

Aka

 

 

LS

Alka

 

 

K

Alsa

 

 

K

Amfora

 

 

K

Alexandrine Douillard

 

 

K

Bergamotten

 

 

LS

Beurré Alexandre Lucas

Lucas

 

K

Beurré Bosc

Bosc, Beurré d’Apremont, Empereur Alexandre, Kaiser Alexander

 

K

Beurré Clairgeau

 

 

K

Beurré

Hardenpont

 

K

Beurré Giffard

 

 

LS

Beurré précoce Morettini

Morettini

 

LS

Blanca de Aranjuez

Agua de Aranjuez, Espadona, Blanquilla

 

LS

Carusella

 

 

LS

Castell

Castell de Verano

 

LS

Colorée de Juillet

Bunte Juli

 

LS

Comice rouge

 

 

K

Concorde

 

 

K

Condoula

 

 

LS

Coscia

Ercolini

 

LS

Curé

Curato, Pastoren, Del cura de Ouro, Espadon de invierno, Bella de Berry, Lombardia de Rioja, Batall de Campana

 

K

D’Anjou

 

 

K

Dita

 

 

K

D. Joaquina

Doyenné de Juillet

 

LS

Doyenné d’hiver

Winterdechant

 

K

Doyenné du Comice

Comice, Vereinsdechant

 

K

Erika

 

 

K

Etrusca

 

 

LS

Flamingo

 

 

K

Forelle

 

 

K

Général Leclerc

 

Amber Grace™

K

Gentile

 

 

LS

Golden Russet Bosc

 

 

K

Grand champion

 

 

K

Harrow Delight

 

 

K

Jeanne d’Arc

 

 

K

Joséphine

 

 

K

Kieffer

 

 

K

Klapa Mīlule

 

 

K

Leonardeta

Mosqueruela, Margallon, Colorada de Alcanadre, Leonarda de Magallon

 

LS

Lombacad

 

Cascade®

K

Moscatella

 

 

LS

Mramornaja

 

 

K

Mustafabey

 

 

LS

Packham’s Triumph

Williams d’Automne

 

K

Passe Crassane

Passa Crassana

 

K

Perita de San Juan

 

 

LS

Pérola

 

 

LS

Pitmaston

Williams Duchesse

 

K

Précoce de Trévoux

Trévoux

 

LS

Président Drouard

 

 

K

Rosemarie

 

 

K

Suvenirs

 

 

K

Santa Maria

Santa Maria Morettini

 

LS

Spadoncina

Agua de Verano, Agua de Agosto

 

LS

Taylors Gold

 

 

K

Triomphe de Vienne

 

 

K

Vasarine Sviestine

 

 

K

Williams Bon Chrétien

Bon Chrétien, Bartlett, Williams, Summer Bartlett

 

K

”

TAQSIMA C

“Taqsima 10:   L-istandard tal-kummerċjalizzazzjoni għat-tadam

I.   DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan l-istandard japplika għal tadam ta’ varjetajiet (kultivari) imkabbrin mill-Lycopersicum esculentum Mill li għandu jitforna frisk lill-konsumatur, eskluż it-tadam għall-ipproċessar industrijali.

It-tadam jista’ jiġi kklassifikat f’erba’ tipi kummerċjali:

—

‘tond’

—

‘ċatt (imfellel)’

—

‘bżenguli’ jew ‘tawwali’

—

tadam ‘cherry’ (inkluż it-tadam tal-‘cocktail’)

II.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ

Il-għan tal-istandard huwa li jiġu ddefiniti r-rekwiżiti tal-kwalità tat-tadam wara l-preparazzjoni u l-ippakkjar.

A.   Rewkiżiti minimi

Fil-klassijiet kollha, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, it-tadam għandu jkun:

—

intatt

—

f’kundizzjoni tajba, prodotti affettwati mit-tranġit jew it-taħsir b’tali mod li jkunux tajbin għall-konsum huma esklużi

—

nadif, prattikament ħieles minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli

—

frisk fid-dehra

—

prattikament ħieles mill-organiżmi li jagħmlu l-ħsara

—

ħieles minn ħsara kkawżata mill-organiżmi li jagħmlu l-ħsara li taffettwa l-laħam

—

ħieles minn umdità esterna anormali

—

ħieles minn kwalunkwe riħa u/jew togħma barranija.

Fil-każ ta’ tadam fl-għenieqed, iz-zkuk għandhom ikunu friski, f’kundizzjoni tajba, nodfa u ħielsa mill-weraq kollha u minn kull materjal barrani viżibbli.

L-iżvilupp u l-kundizzjoni tat-tadam għandhom ikunu tali li jippermettulu:

—

li jiflaħ għat-trasport u l-ġarr

—

li jasal fid-destinazzjoni f’kundizzjoni sodisfaċenti.

B.   Klassifikazzjoni

It-tadam huwa kklassifikat fi tliet kategoriji kif iddefiniti hawn taħt:

(i)   Klassi ‘Extra’

It-tadam ta’ din il-klassi għandu jkun ta’ kwalità superjuri. Għandu jkollu laħam sod u l-forma, id-dehra u l-iżvilupp għandhom ikunu karatteristiċi tal-varjetà.

Lewnu, skont l-istat misjur tiegħu, għandu jkun tali li jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-aħħar subparagrafu tal-paragrafu A ta’ hawn fuq.

Għandu jkun ħieles mid-dwawar ħodor u difetti oħra, għajr difetti superfiċjali ħfief ħafna, sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett.

(ii)   Klassi I

It-tadam ta’ din il-klassi għandu jkun ta’ kwalità tajba. Għandu jkun raġjonevolment sod u karatteristiku tal-varjetà.

Għandu jkun ħieles minn qsim u dwawar ħodor viżibbli. Id-difetti żgħar segwenti, madankollu, jistgħu jiġu permessi sakemm ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:

—

difett żgħir fil-forma

—

difetti żgħar fil-lewn

—

difetti żgħar fil-qoxra

—

brix ħafif ħafna.

Barra minn hekk, it-tadam ‘ċatt (imfellel)’ jista’ jkollu:

—

xquq li fiequ u mhux itwal minn 1 ċm

—

mingħajr protuberanzi eċċessivi

—

żokra żgħira iżda mingħajr tapp (niexef bħal sufra)

—

tapp (niexef bħal sufra) mal-istigma sa 1 ċm2

—

barxa fina tal-fjura f’għamla tawwalija (bħal ħjata), iżda mhux itwal minn żewġ terżi tal-akbar dijametru tal-frotta.

(iii)   Klassi II

Din il-klassi tinkludi t-tadam li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija hawn fuq.

Għandu jkun raġjonevolment sod (iżda jista’ jkun kemxejn anqas sod minn tal-Klassi I) u ma għandux juri xquq li ma għalqux.

Jistgħu jitħallew id-difetti li ġejjin, sakemm it-tadam iżomm il-karatteristiċi essenzali tiegħu rigward il-kwalità, iż-żamma tal-kwalità u l-preżentazzjoni:

—

difetti fil-forma, fl-iżvilupp u l-lewn

—

difetti jew brix fil-qoxra, sakemm il-frott ma jkunx affettwat serjament

—

xquq imfejqa ta’ mhux aktar minn 3 ċm tul għat-tadam tond, ċatt (imfellel) jew bżenguli.

Barra minn hekk, it-tadam ‘ċatt (imfellel)’ jista’ jkollu:

—

protuberanzi iktar qawwija minn dawk permessi fil-Klassi I, imma mingħajr ma’ jitilfu l-forma tagħhom

—

żokra

—

tapp (niexef bħal sufra) mal-istigma sa 2 ċm2

—

barxa fina tal-fjura f’għamla tawwalija (bħal ħjata).

III.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS

Id-daqs jiġi ddeterminat skont id-dijametru massimu tat-taqsima ekwatorjali, skont il-piż, jew skont l-għadd.

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin ma għandhomx japplikaw għat-tadam fl-għenieqed, u huma fakultattivi għall-Klassi II.

Sabiex tiġi żgurata l-uniformità fid-daqs:

(a)

Id-differenza massima fid-dijametru bejn it-tadam fl-istess pakkett ma għandhiex tkun aktar minn:

—

10 mm, jekk id-dijametru tal-iżgħar frotta (kif indikat fuq il-pakkett) ikun inqas minn 50 mm

—

15 mm, jekk id-dijametru tal-iżgħar frotta (kif indikat fuq il-pakkett) ikun ta’ 50 mm u aktar iżda inqas minn 70 mm

—

20 mm, jekk id-dijametru tal-iżgħar frotta (kif indikat fuq il-pakkett) ikun ta’ 70 mm u aktar iżda inqas minn 100 mm

—

ma hemmx limitu għad-differenza fid-dijametru għal frott ta’ 100 mm jew aktar.

Fil-każ li jkunu applikati kodiċijiet għad-daqs, għandhom jintużaw il-kodiċijiet u l-firxiet fit-tabella li ġejja:

Kodiċi tad-daqs

Dijametru (mm)

0

≤ 20

1

> 20 ≤ 25

2

> 25 ≤ 30

3

> 30 ≤ 35

4

> 35 ≤ 40

5

> 40 ≤ 47

6

> 47 ≤ 57

7

> 57 ≤ 67

8

> 67 ≤ 82

9

> 82 ≤ 102

10

> 102

(b)

Għal tadam imkejjel skont il-piż jew l-għadd, id-differenza fid-daqs għandha tkun konsistenti ma’ (a).

IV.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI

It-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f’kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.

A.   Tolleranzi għall-kwalità

(i)   Klassi ‘Extra’

Hija permessa tolleranza totali ta’ 5 %, skont l-għadd jew il-piż, ta’ tadam li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi, iżda li jilħaq dawk tal-Klassi I. Fi ħdan din it-tolleranza mhux aktar minn 0.5 % mit-total jista’ jikkonsisti minn prodotti li jissodisfaw r-rekwiżiti tal-kwalità tal-Klassi II.

(ii)   Klassi I

Hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont l-għadd jew il-piż, ta’ tadam li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jilħaq dawk tal-Klassi II. Fi ħdan din it-tolleranza mhux aktar minn 1 % mit-total jista’ jikkonsisti minn prodotti li la jissodisfaw r-rekwiżiti tal-Klassi II u l-anqas ir-rekwiżiti minimi. Prodotti affettwati minn tranġit jew taħsir li jagħmluhom mhux tajbin għall-konsum huma esklużi. Fil-każ tal-għenieqed tat-tadam, 5 %, skont l-għadd jew il-piż, ta’ tadam maqtugħ miz-zokk.

(iii)   Klassi II

Hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont l-għadd jew il-piż, ta’ tadam li la jissodisfa ir-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Prodotti affettwati minn tranġit jew taħsir li jagħmluhom mhux tajbin għall-konsum huma esklużi. Fil-każ tal-għenieqed tat-tadam, 10 %, skont l-għadd jew il-piż, ta’ tadam maqtugħ miz-zokk.

B.   Tolleranzi għad-daqs

Għall-klassijiet kollha: 10 %, skont l-għadd jew il-piż, ta’ tadam li d-daqs tiegħu huwa immedjatement akbar jew iżgħar minn dak speċifikat.

V.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI

A.   Uniformità

Il-kontenut ta’ kull pakkett irid ikun uniformi u jkollu fih biss tadam tal-istess oriġini, varjetà, jew tip kummerċjali, kwalità, u daqs (jekk ikun tkejjel).

L-istat imsajjar u l-lewn tat-tadam fil-Klassi ‘Extra’ u l-Klassi I għandhom ikunu prattikament uniformi. Barra minn hekk, it-tul tat-tadam ‘bżenguli’ għandu jkun uniformi biżżejjed.

Madankollu, tista’ tkun ippakkjata flimkien f’unità tal-bejgħ taħlita ta’ tadam ta’ lewn, varjetajiet u/jew tipi kummerċjali distintivament differenti (8), sakemm dawn ikunu uniformi fil-kwalità u, għal kull lewn, varjetà u/jew tip kummerċjali konċernat, fl-oriġini.

Madankollu, il-parti tal-kontenut li tidher tal-pakkett għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.

B.   Ippakkjar

It-tadam għandu jkun ippakkjat b’tali mod li l-prodotti jkunu protetti kif xieraq.

Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu nodfa u ta’ kwalità tali li jiġi evitat li ssir ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodotti. L-użu ta’ materjali, partikolarment tal-karta jew it-timbri li juru l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess sakemm l-istampar jew it-tikkettar ikun sar b’linka jew kolla mhux tossika.

Il-pakketti ma għandu ikun fihom l-ebda materjal barrani.

VI.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR

Kull pakkett (9) għandu jkollu d-dettalji li ġejjin f’ittri miġbura fuq l-istess naħa, stampati leġibbli u indelibbli u viżibbli minn barra:

A.   Identifikazzjoni

Min ippakkja u/jew min Bagħat/ġarr:

—

L-isem u l-indirizz fiżiku (eż. it-triq/il-belt/ir-reġjun/il-kodiċi postali u jekk differenti mill-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż)

jew

—

marka ta’ kodiċi rrikonnoxxuta uffiċjalment mill-awtorità nazzjonali (10).

B.   Tip ta’ prodott

‘Tadam’ jew ‘għenieqed tat-tadam’ u t-tip kummerċjali jekk il-kontenuti ma jkunux jidhru minn barra. Dawn id-dettalji dejjem għandhom ikunu pprovduti għat-tadam ‘cherry’ (jew ‘cocktail’), kemm jekk f’għenieqed kif ukoll jekk le.

—

‘Taħlita ta’ tadam’, jew denominazzjoni ekwivalenti, fil-każ ta’ unitajiet għall-bejgħ li jkun fihom taħlita ta’ lwien, varjetajiet u/jew tipi kummerċjali ta’ tadam distintivament differenti. Jekk il-prodotti ma jkunux jidhru minn barra, l-ilwien, il-varjetajiet jew it-tipi kummerċjali tal-unitajiet għall-bejgħ għandhom ikunu indikati.

—

Isem il-varjetà (fakultattiv).

C.   Oriġini tal-prodott

Il-pajjiż tal-oriġini u, b’mod fakultattiv, id-distrett fejn tkabbru, jew isem in-nazzjon, ir-reġjun jew il-post lokali.

Fil-każ ta’ pakketti għall-bejgħ li jkun fihom taħlita ta’ kuluri, varjetajiet u/jew tipi kummerċjali ta’ tadam distintivament differenti, l-indikazzjoni ta’ kull pajjiż tal-oriġini jeħtiġilha tidher ħdejn isem il-lewn, il-varjetà u/jew it-tip kummerċjali konċernati.

D.   Speċifikazzjonijiet kummerċjali

—

Klassi

—

Id-daqs (jekk imkejjel), espress f’dijametri minimi u massimi.

E.   Marka uffiċjali tal-kontroll (fakultattiva)

—

Il-pakketti ma għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta ikun fihom pakketti għall-bejgħ li jidhru b’mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti ma għandhomx jinkludu indikazzjonijiet li jistgħu jiżgwidaw. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f’nota; li tkun f’pożizzjoni ovvja fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.


(1)  L-unità tal-bejgħ għandha tkun maħsuba biex tinxtara sħiħa.

(2)  L-unitajiet tal-pakketti tal-prodotti ppakkjati minn qabel għall-bejgħ direttament lill-konsumatur ma għandhomx ikunu soġġetti għal dawn id-dispożizzjonijiet tal-immarkar iżda għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti nazzjonali. Madankollu, l-immarkar imsemmi għandu f’kull każ ikun jidher fuq l-ippakkjar tat-trasport li jkun fih dawn l-unitajiet ta’ pakketti.

(3)  Il-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ għadd ta’ pajjiżi teħtieġ id-dikjarazzjoni espliċita tal-isem u l-indirizz. Madankollu, fil-każ fejn tintuża marka ta’ kodiċi, ir-referenza ‘min ippakkja u/jew min bagħat (jew taqsiriet ekwivalenti)’ għandha tkun indikata b’rabta mill-qrib mal-marka tal-kodiċi, u qabel il-marka tal-kodiċi għandu jkun hemm il-kodiċi ISO 3166 (alpha) tal-pajjiż/żona tal-pajjiż li jagħraf, jekk mhux tal-pajjiż tal-oriġini.

(4)  Lista mhux eżawrijenti ta’ varjetajiet ta’ lanġas bi frott kbir u tas-sajf hija inkluża fl-Anness għal dan l-istandard.

(5)  L-unità tal-bejgħ għandha tkun maħsuba biex tinxtara sħiħa.

(6)  L-unitajiet tal-pakketti tal-prodotti ppakkjati minn qabel għall-bejgħ direttament lill-konsumatur ma għandhomx ikunu soġġetti għal dawn id-dispożizzjonijiet tal-immarkar iżda għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti nazzjonali. Madankollu, l-immarkar imsemmi għandu f’kull każ ikun jidher fuq l-ippakkjar tat-trasport li jkun fih dawn l-unitajiet ta’ pakketti.

(7)  Il-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ għadd ta’ pajjiżi teħtieġ id-dikjarazzjoni espliċita tal-isem u l-indirizz. Madankollu, fil-każ fejn tintuża marka ta’ kodiċi, ir-referenza ‘min ippakkja u/jew min bagħat (jew taqsiriet ekwivalenti)’ għandha tkun indikata b’rabta mill-qrib mal-marka tal-kodiċi, u qabel il-marka tal-kodiċi għandu jkun hemm il-kodiċi ISO 3166 (alpha) tal-pajjiż/żona tal-pajjiż li jagħraf, jekk mhuwiex il-pajjiż tal-oriġini.

(8)  L-unità tal-bejgħ għandha tkun maħsuba biex tinxtara sħiħa.

(9)   ‘L-unitajiet tal-pakketti tal-prodott ippakkjati minn qabel għall-bejgħ direttament lill-konsumatur ma għandhomx ikunu soġġetti għal dawn id-dispożizzjonijiet tal-immarkar iżda għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti nazzjonali. Madankollu, l-immarkar imsemmi għandu f’kull każ ikun jidher fuq l-ippakkjar tat-trasport li jkun fih dawn l-unitajiet ta’ pakketti’.

(10)  Il-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ għadd ta’ pajjiżi teħtieġ id-dikjarazzjoni espliċita tal-isem u l-indirizz. Madankollu, fil-każ fejn tintuża marka ta’ kodiċi, ir-referenza ‘min ippakkja u/jew min bagħat (jew taqsiriet ekwivalenti)’ għandha tkun indikata b’rabta mill-qrib mal-marka tal-kodiċi, u qabel il-marka tal-kodiċi għandu jkun hemm il-kodiċi ISO 3166 (alpha) tal-pajjiż/żona tal-pajjiż li jagħraf, jekk mhuwiex il-pajjiż tal-oriġini.”