Official Journal L 036 , 13/02/1971 P. 0014 - 0016
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 1 P. 0122
Danish special edition: Series I Chapter 1971(I) P. 0065
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 1 P. 0122
English special edition: Series I Chapter 1971(I) P. 0071
Greek special edition: Chapter 11 Volume 2 P. 0059
Spanish special edition: Chapter 11 Volume 1 P. 0129
Portuguese special edition Chapter 11 Volume 1 P. 0129
Id-Direttiva tal-Kunsill ta’ l-1 ta’ Frar 1971 fuq l-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet bażiċi fir-rigward tal-garanziji għall-negozji fil-qosor (riskji politiċi) ma’ xerrejja pubbliċi jew ma xerrejja privati (71/86/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea; Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni; Billi l-kreditu ta’ l-esportazzjoni huwa ta’ importanza primarja fil-kummerċ internazzjonali u huwa strument importanti tal-politika kummerċjali; Billi d-diversi sistemi ta’ assigurazzjoni fuq il-kreditu għall-esportazzjoni fis-seħħ fl-Istati Membri jistgħu joħolqu xkiel fil-kompetizzjoni bejn l-impriżi tal-Komunità fis-swieq ta’ pajjiżi terzi; Billi l-armonizzazzjoni tad-diversi sistemi ta’ l-assigurazzjoni fuq il-kreditu ta’ l-esportazzjoni tista’ tiffaċilita l-kooperazzjoni fid-diversi Stati Membri; Billi l-armonizzazzjoni tista’ tintlaħaq, skond it-tipi differenti ta’ negozju, jew permezz ta’ politiki komuni jew permezz ta’ dispożizzjonijiet komuni dwar dawk l-elementi li huma bażiċi fejn għandha x’taqsam il-kompetizzjoni; Billi fil-preżent in-negozji garantiti jirrapreżentaw, bejn wieħed u l-ieħor, perċentwal żgħir ta’ l-esportazzjonijiet fil-qasam fil-qosor milli jagħmlu fil-qasam medju; Billi, minbarra dan, dan huwa settur fejn joperaw il-kumpanniji ta’ kreditu privat ta’ l-assigurazzjoni, u billi jidher xieraq għalhekk li l-armonizzazzjoni tkun limitata biss biex tkopri r-riskji politiċi; Billi jidher għalhekk xieraq li ma tkunx aċċettata l-idea li titħejja polza komuni u biex l-armonizzazzjoni tkun limitata għal dawk l-elementi li huma bażiċi safejn hija konċernata l-kompetizzjoni; ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness D tad-Direttivi tal-Kunsill Nru 70/509/KEE u 70/510/KEE 1 tas-27 ta’ Ottubru 1970, l-Istati Membri għandhom jadottaw dawn il-miżuri bil-liġi, regolarment jew azzjoni amministrazzjoni kif jista’ jkun meħtieġ biex jiddaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet armonizzati għan-negozji fil-qosor preskritti fl-Anness ta’ din id-Direttiva. Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom jiżguraw li organizzazzjonijiet tal-kreditu ta’ l-assigurazzjoni li jiggarantixxu f’isem jew bl-appoġġ ta’ l-Istat jassiguraw trasazzjonijiet li jaqgħu fl-iskop tad-dispożizzjonijiet armonizzati, skond il-kondizzjonijiet preskritti f’dawk id-dispożizzjonijiet u dawk ir-regoli li huma adottati mill-Kunsill. Artikolu 3 1. Tkun xi tkun il-polza użata, id-dispożizzjonijiet armonizzati għandhom japplikaw għal negozji li: - jinkludu jew riskju ta’ kreditu ta’ anqas minn erbgħa u għoxrin xahar, jew riskju tal-kreditu u riskju ta’ manifattura garantita fejn il-perjodu kumulattiv huwa anqas minn erbgħa u għoxrin xahar; ir-riskju tal-manifattura, iżda, m’għandux ikun anqas minn 12-il xahar; - huma konklużi ma’ xerrej pubbliku jew ma’ xerrej privat; - huma fuq bażi ta’ kreditu tal-fornitur. 2. Id-dispożizzjonijiet armonizzati b’din id-Direttiva jirrigwardaw biss il-garanzija fir-rigward tar-riskji politiċi. [1] 3. Id-definizzjonijiet ta’ "xerrej pubbliku" u "xerrej privat" li jinsabu fl-Artikolu 3 tad-Direttiva Nru 70 509/KEE u fl-Artikolu 4 tad-Direttiva Nru 70 510/KEE għandhom jgħoddu rispettivament. Artikolu 4 Il-Kumitat ta’ Pariri għall-Assigurazzjoni ta’ Kreditu ta’ Esportazzjoni, stabbilit skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva Nru 70 509/KEE, jista’ jkun kkonsultat mill-Kummissjoni fuq kull problema dwar l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva. Artikolu 5 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fl-1 ta’ Frar 1971. F’isem il-Kunsill Il-President M. Schumann [1] ĠU L 254, tat-23.10.1970, pp. 1 u 26. -------------------------------------------------- L-ANNESS DISPOSIZZJONIJIET ARMONIZZATI DWAR GARANZIJI GĦAL NEGOŻJI FIL-QOSOR (RISKJI POLITIĊI) MA' XERREJJA PUBBLIĊI JEW MA' XERREJJA PRIVATI Artikolu 1 Definizzjoni tar-riskju tal-kreditu Id-definizzjoni li għandha tkun inkluża fil-poloz m'għandhiex tkun provduta għal perjodu ta' kwalifika għal talbiet aqsar minn sitt xhur. Artikolu 2 Lista ta' ġrajjiet li jikkostitwixxu kawża ta' telf Il-lista bażika għandha tikkomprendi l-ġrajjiet Ċ sa H inklużi kif provdut fl-Artikolu 3 tal-Poloz Komuni għal Negożji f'terminu medju jew fit-tul max-Xerrejja Pubbliċi u max-Xerrejja Privati, u, fil-każ ta' xerrejja pubbliċi, inkluż ukoll il-ġrajja B ta' l-Artikolu 3 tal-Polza Komuni għal Negozji f'Terminu Medju u fit-Tul ma' Xerrejja Pubbliċi. Il-lista bażika għandha, iżda, tkun emendata mill-organizzazzjoni ta' l-assigurazzjoni tal-kreditu iżda din l-emenda ma tinvolvix estenzjoni tal-kopertura lil hinn minn dik mogħtija skond il-lista fuq imsemmija. Artikolu 3 Estenzjoni tal-garanzija Il-garanzija għandha tgħodd għall-ammont dovut lill-assigurat f'kapital u imgħax, eskluż l-imgħax fuq l-arretrati, il-penali u d-danni pagabbli lid-debitur. Artikolu 4 Perċentwal garantit L-assigurat innifsu għandu jżomm eslussivament għal kont tiegħu r-responsabbilità għas-sehem mhux garantit mill-organizzazzjoni ta' l-assigurazzjoni tal-kreditu. Artikolu 5 Prinċipji ġenerali ta' indennizz Il-prinċipji li ġejjin għandhom ikunu osservati: (a) L-assigurat għandu jenħtieġ, fir-rigward tal-konklużjoni u l-prestazzjoni tan-negozju garantit li jaġixxi bl-attenzjoni raġonevoli u tas-soltu, ħila u previdenza; din il-ħtieġa għandha tgħodd ugwalment għall-aġir ta' l-aġenti tiegħu, ko-appaltatur jew sub-appaltatur; (b) L-assigurat għandu jkun responsabbli għall-kisba ta' l-awtorizzazzjonijiet meħtieġa u għat-tlestija ta' formalitajiet legali (inkluż dawk li huma obbligatorji għad-debitur sakemm il-kuntratt jidħol fis-seħħ); (ċ) Djun invalidi m'għandhomx ikunu indennizzati. Artikolu 6 Prinċipji ġenerali għall-approprjazzjonijiet ta' ħlasijiet riċevuti u mir-rikavat mir-realizzazzjoni tal-garanziji Il-poloz għandhom jinkludu dawk ir-regoli għall-approprijazzjoni li jiżguraw li kull pagament jew irkupru li jkunu riċevuti mill-assigurat ma' jkunux approprijati għal djun mhux garantiti bi prijorità għad-djun garantiti. Artikolu 7 Prinċipji ġenerali għall-irkupru Il-poloz għandhom josservaw il-prinċipju li l-irkupru jitqassam bejn l-organizzazzjoni ta' assigurazzjoni tal-kreditu u l-assigurat. --------------------------------------------------