Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (verżjoni konsolidata) - Titolu V - Disposizzjonijiet dwar politika barranija u ta' sigurtà komuni - Artikolu 20
Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0018 - 0018
Official Journal C 325 , 24/12/2002 P. 0017 - Consolidated version
Official Journal C 340 , 10/11/1997 P. 0159 - Consolidated version
Official Journal C 191 , 29/07/1992 P. 0060
Artikolu 20 Il-missjonijiet diplomatiċi u konsulari ta' l-Istati Membri u d-Delegazzjonijiet tal-Kummissjoni f'pajjiżi terzi u konferenzi internazzjonali, u r-rappreżentanti tagħhom f'organizzazzjonijiet internazzjonali, għandhom jikkooperaw biex jiżguraw li l-pożizzjonijiet komuni u l-interessi komuni adottati mill-Kunsill jiġu mħarsa u implimentati. Għandhom iżidu l-kooperazzjoni billi jiskambjaw informazzjoni, jagħmlu stimi konġuntement u jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet riferiti fl-Artikolu 20 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. --------------------------------------------------