|
12.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 323/45 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 22/2018
tad-9 ta’ Frar 2018
li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2019/2058]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (il-“Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (1) jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 iħassar id-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement trid titħassar skont il-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Anness XI tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
It-test tal-punt 5l (id-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XI tal-Ftehim ŻEE huwa sostitwit b’dan li ġej:
“ 32014 R 0910: Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).
Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:
|
(a) |
Fl-Artikolu 14(1), il-kliem ‘, jew bejn Stat tal-EFTA u l-pajjiż terz inkwistjoni jew organizzazzjoni internazzjonali’ għandu jiddaħħal wara l-kliem ‘Artikolu 218 TFUE’. |
|
(b) |
Il-Partijiet Kontraenti għandhom iżommu lil xulxin informati fir-rigward tan-negozjati u l-konklużjoni tal-ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 14(1) u, fuq talba, għandhom isiru konsultazzjonijiet fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE. |
|
(c) |
Kull meta l-Unjoni Ewropea tinnegozja xi ftehim imsemmi fl-Artikolu 14(1), għandha tagħmel l-almu tagħha biex tikseb trattament indaqs għal servizzi fiduċjarji kwalifikati pprovduti minn fornituri ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati stabbiliti fl-Istati tal-EFTA. |
|
(d) |
Fl-Artikolu 51, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA:
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-10 ta’ Frar 2018, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Frar 2018.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
ClaudeMAERTEN
(1) ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73.
(2) ĠU L 13, 19.1.2000, p. 12.
(*1) Hemm indikati rekwiżiti kostituzzjonali.