|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/1604 |
10.3.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11897 – GROHE / VKB / SURU)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/1604)
1.
Fil-25 ta’ Frar 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Grohe Holding GmbH (“ ‘GROHE’ ”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn LIXIL Corporation (il-Ġappun), |
|
— |
Versicherungskammer Bayern Versicherungsanstalt des öffentlichen Rechts (“ ‘VKB’’, il-Ġermanja), |
|
— |
SenseGuard GmbH (‘ “SURU” ’, il-Ġermanja), bħalissa kkontrollata minn GROHE. |
GROHE u VKB se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ SURU.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
GROHE tforni soluzzjonijiet għall-kmamar tal-banju u fittings tal-kċina, |
|
— |
VKB hija kumpanija tal-assigurazzjoni li toffri portafoll wiesa” ta’ assigurazzjonijiet, inkluża l-assigurazzjoni tal-proprjetà. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża SURU huma dawn li ġejjin: SURU tforni teknoloġiji u servizzi għall-prevenzjoni tal-ħsara lill-ilma tal-vit relatati mal-pajpijiet.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnotat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.11897 – GROHE / VKB / SURU
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni |
|
Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1604/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)