Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Appell mid-digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-4 ta’ Diċembru 2007, Cheminova et vs Il‑Kummissjoni (T‑326/07 R) - Cheminova A/S et vs Il‑Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej li tiċħad talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/389/KE, tas-6 ta’ Ġunju 2007, dwar in-noninklużjoni tal-malathion fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dik is-sustanza (ĠU L 146, p. 19).
Dispożittiv
1) L-appell huwa miċħud.
2) Cheminova A/S, Cheminova Agro Italia Srl, Cheminova Bulgaria EOOD, Agrodan SA u Lodi SAS huma kkundannati għall-ispejjeż.
3) European Crop Protection Association (ECPA) għandha tbati l-ispejjeż tagħha.