Brussell, 8.7.2021

COM(2021) 377 final

2021/0188(NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/440 dwar l-allokazzjoni ta’ opportunitajiet tas-sajd skont il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk u tal-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tiegħu


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

•Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk 1   jistabbilixxi qafas għall-governanza ġuridika, ambjentali, ekonomika u soċjali tal-attivitajiet tas-sajd imwettqa mill-bastimenti tal-Unjoni fiż-żona tas-sajd definita fl-Artikolu 1(h) tal-Ftehim. Il-Protokoll ta’ implimentazzjoni tal-Ftehim jipprevedi opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-Unjoni f’sitt kategoriji.

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/440 2 , li jalloka opportunitajiet tas-sajd skont il-Ftehim bejn l-Istati Membri tal-UE, attwalment għadu jinkludi r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (UK). F’dan ir-Regolament, ir-Renju Unit għandu opportunitajiet tas-sajd fil-kategorija sitta.

Fil-31 ta’ Jannar 2020, ir-Renju Unit ħareġ mill-Unjoni Ewropea abbażi tal-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Fil-Ftehim dwar il-Ħruġ 3 , ġie deċiż perjodu ta’ tranżizzjoni li ntemm fil-31 ta’ Diċembru 2020. Għalhekk, mill-1 ta’ Jannar 2021, id-dritt tal-Unjoni ma kienx applikabbli għar-Renju Unit.

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd attribwiti lir-Renju Unit jitneħħew mir-Regolament (UE) 2019/440 u mill-1 ta’ Jannar 2021, jiġu riallokati. Din il-proposta temenda r-Regolament sabiex l-opportunitajiet tas-sajd tar-Renju Unit jitqassmu mill-ġdid fost l-Istati Membri li jibbenefikaw minn opportunitajiet tas-sajd fl-istess kategorija fi proporzjon mal-allokazzjonijiet tal-Istati Membri. Dan ma jippreġudikax l-allokazzjonijiet futuri skont il-Protokoll li jmiss.

Il-Kummissjoni tipproponi li l-Kunsill jadotta l-proposta mehmuża għal Regolament li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/440.

•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti fil-qasam ta’ politika

Din l-emenda ma taffettwax il-konsistenza tar-Regolament ma’ leġiżlazzjoni eżistenti dwar is-sajd.

•Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Din l-emenda ma taffettwax il-konsistenza tar-Regolament ma’ leġiżlazzjoni oħra tal-UE.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

•Bażi ġuridika

Il-bażi ġuridika hija l-Artikolu 43(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jipprevedi li l-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, għandu jadotta l-miżuri dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd.

Din l-emenda tikkonċerna l-leġiżlazzjoni eżistenti u tikkonforma mal-istess prinċipji ġuridiċi bħar-Regolament inkwistjoni.

•Is-sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Il-qasam ta’ politika huwa qasam li jaqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

•Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

L-emenda ma tbiddilx il-kundizzjonijiet għas-sajd stipulati fil-Ftehim u fil-Protokoll tal-Implimentazzjoni. Għalhekk, m’hemmx bżonn ta’ evalwazzjoni ex post, konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati jew valutazzjoni tal-impatt.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

L-abbozz tar-Regolament ma għandu l-ebda impatt fuq il-baġit tal-Unjoni.

5.ELEMENTI OĦRA

L-emenda ma tbiddilx il-kundizzjonijiet stipulati fil-Ftehim u fil-Protokoll tal-Implimentazzjoni.

2021/0188 (NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/440 dwar l-allokazzjoni ta’ opportunitajiet tas-sajd skont il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk u tal-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tiegħu

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)Fl-4 ta’ Marzu 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/441 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk (“Il-Ftehim dwar is-Sajd”) u tal-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tiegħu (“Il-Protokoll”) 4 ,

(2)Fid-29 ta’ Novembru 2018, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 2019/440 dwar l-allokazzjoni ta’ opportunitajiet tas-sajd skont il-Ftehim dwar is-Sajd (minn hawn ’il quddiem “ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/440”) 5 ,

(3)L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/440 jalloka opportunitajiet tas-sajd lill-Istati Membri, fost l-oħrajn fil-kategorija 6 — Is-sajd industrijali għall-ispeċijiet pelaġiċi, inkluż ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

(4)Skont il-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, mill-1 ta’ Frar 2020, ir-Renju Unit m’għadux Stat Membru tal-Unjoni u l-perjodu ta’ tranżizzjoni previst f’dak il-Ftehim intemm fil-31 ta’ Diċembru 2020. Għalhekk, jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd allokati lir-Renju Unit jiġu riallokati lill-Istati Membri mill-1 ta’ Jannar 2021.

(5)Jenħtieġ li din ir-riallokazzjoni tkun trasparenti u proporzjonali għall-allokazzjoni tal-kwota oriġinali.

(6)Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2019/440 jiġi emendat skont dan.

(7)Minħabba l-impatt tiegħu fuq l-attivitajiet tas-sajd fl-2021, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

(8)Filwaqt li titqies l-urġenza marbuta mal-applikazzjoni retroattiva ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li dan jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 1, il-paragrafu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/440 huwa sostitwit b’dan li ġej:

1.   L-opportunitajiet tas-sajd stabbiliti bis-saħħa tal-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk (“il-Ftehim dwar is-Sajd”) għandhom jiġu allokati fost l-Istati Membri kif ġej:

Kategorija tas-sajd

Tip ta’ bastiment

Stat Membru

Liċenzji jew kwota

1/ Sajd fuq skala żgħira fit-Tramuntana, speċijiet pelaġiċi

Bastimenti tas-sajd bit-tartaruni

< 150 tunnellaġġ gross (TG)

Spanja

22

2/ Sajd fuq skala żgħira fit-Tramuntana

Bastimenti tas-sajd bil-konz tal-qiegħ < 40 TG

Spanja

25

Il-Portugall

7

Bastimenti tas-sajd bil-konz tal-qiegħ ≥ 40 TG < 150 TG

Il-Portugall

3

3/ Sajd fuq skala żgħira fin-Nofsinhar

Qasba u xlief < 150 TG kull bastiment

Total ≤ 800 TG

Spanja

10

4/ Sajd tal-qiegħ

Bastimenti tas-sajd bil-konz tal-qiegħ ≤ 150 TG

Spanja

7

Il-Portugall

4

Bastimenti tat-tkarkir ≤ 750 TG

Total ≤ 3 000 TG

Spanja

5

L-Italja

0

5/ Sajd għat-tonn

Bastimenti bil-qasab u x-xlief

Spanja

23

Franza

4

6/ Sajd industrijali għall-ispeċijiet pelaġiċi

85 000 tunnellata (t) fl-2019

90 000 t fl-2020

100 000 t kull sena fl-2021 u fl-2022

Distribuzzjoni tal-bastimenti awtorizzati li jistadu:

 

10 bastimenti ≥ 3 000 TG u < 7 765 TG

 

4 bastimenti ≥ 150 u < 3 000 TG

 

4 bastimenti < 150 TG

2019: 85 000 t

 

Il-Ġermanja

6 871.2 t

Il-Litwanja

21 986.3 t

Il-Latvja

12 367.5 t

In-Netherlands

26 102.4 t

L-Irlanda

3 099.3 t

Il-Polonja

4 807.8 t

Ir-Renju Unit

4 807.8 t

Spanja

496.2 t

Il-Portugall

1 652.2 t

Franza

2 809.3 t

2020: 90 000 t

 

Il-Ġermanja

7 275.4 t

Il-Litwanja

23 279.6 t

Il-Latvja

13 095.0 t

In-Netherlands

27 637.9 t

L-Irlanda

3 281.6 t

Il-Polonja

5 090.6 t

Ir-Renju Unit

5 090, 6 t

Spanja

525.4 t

Il-Portugall

1 749.4 t

Franza

2 974.5 t

2021 u 2022: 100 000 t kull sena

 

Il-Ġermanja

8 568.4 t

Il-Litwanja

27 417 t

Il-Latvja

15 422.3 t

In-Netherlands

32 549.8 t

L-Irlanda

3 864.9 t

Il-Polonja

5 995.4 t

Spanja

618.8 t

Il-Portugall

2 060.3 t

Franza

3 503.1 t

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1)    Il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk (ĠU L 77, 20.3.2019, p. 8).
(2)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/440 tad-29 ta’ Novembru 2018 dwar l-allokazzjoni ta’ opportunitajiet tas-sajd skont il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk u tal-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tiegħu (ĠU L 77, 20.3.2019, p. 1).
(3)    Il-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU L 29, 31.1.2020, p. 7).
(4)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/441 tal-4 ta’ Marzu 2019 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk, tal-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tiegħu u tal-iskambju ta’ ittri li jakkumpanja l-Ftehim. ĠU L 77, 20.3.2019, p. 4–7.
(5)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/440 tad-29 ta’ Novembru 2018 dwar l-allokazzjoni ta’ opportunitajiet tas-sajd skont il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk u tal-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tiegħu. ĠU L 77, 20.3.2019, p. 1–3.