Brussell, 12.9.2018

COM(2018) 636 final

2018/0336(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 rigward proċedura ta’ verifika relatata mal-ksur ta’ regoli dwar il-protezzjoni ta' FMT:Italicdata personali fil-kuntest tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew

FMT:ItalicKontribut mill-Kummissjoni Ewropea għal-Laqgħa tal-Mexxejja f’Salzburg fid-19-20 ta’ Settembru 2018


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

•Ir-raġunijiet u l-għanijiet tal-proposta

Id-demokrazija hija waħda mill-valuri fundamentali li fuqha hija msejsa l-Unjoni Ewropa. Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament ta’ demokrazija rappreżentattiva fil-livell Ewropew, it-Trattati jistabbilixxu li ċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea huma rrappreżentati b’mod dirett fil-Parlament Ewropew.

Il-partiti politiċi jaqdu rwol essenzjali f’demokrazija rappreżentattiva, joħolqu rabta diretta bejn iċ-ċittadini u s-sistema politika u b’hekk isaħħu l-leġittimità tas-sistema. Skont l-Artikolu 10 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, “il-partiti politiċi fil-livell Ewropew jikkontribwixxu għall-formazzjoni tal-għarfien politiku Ewropew u għall-espressjoni tar-rieda taċ-ċittadini tal-Unjoni”. L-Artikolu 12(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jesprimi l-istess prinċipju.

Fi Frar tal-2018, il-Kummissjoni ħarġet Rakkomandazzjoni 1 rigward it-tisħiħ tan-natura Ewropea u t-tmexxija effiċjenti tal-elezzjonijiet tal-2019 tal-Parlament Ewropew, indirizzata lill-Istati Membri u lill-partiti politiċi nazzjonali Ewropej. Din kienet tinkludi sejħiet lill-partiti politiċi Ewropej u lill-partiti nazzjonali sabiex isaħħu t-trasparenza dwar l-affiljazzjoni u r-rabtiet rispettivi tagħhom u appellat lil dawn il-partiti politiċi sabiex jagħtu sehemhom biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini dwar il-kwistjonijiet li jinsabu fil-qalba tal-livell tal-Unjoni u dwar kif biħsiebhom jindirizzawhom matul il-leġiżlatura li jmiss.

Fl-UE, il-protezzjoni tad-data hija dritt fundamentali u r-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data 2 jistipula regoli b’saħħithom għall-ħarsien ta’ dan id-dritt fundamentali. B’mod partikolari, id-data personali trid tiġi pproċessata skont il-liġi u b’mod ġust.

Il-komunikazzjoni online għandha l-potenzjal li tippermetti interazzjoni eqreb u diretta bejn l-atturi politiċi u ċ-ċittadini Ewropej. Fl-istess waqt, din iġġib magħha riskju ta’ pproċessar illegali ta' data personali ta’ ċittadini fil-kuntest elettorali. Għadd ta’ avvenimenti riċenti joħorġu fid-dieher li l-abbużi tar-regoli tad-data personali jistgħu jaffettwaw id-dibattitu demokratiku u l-elezzjonijiet ħielsa, fosthom l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.

Fl-2018, il-każ tal-Facebook/Cambridge Analytica dwar l-allegat ipproċessar illegali ta’ data personali ta’ utenti li ġiet akkwistata mingħand Facebook mill-kumpanija Cambridge Analytica qajmet tħassib serju dwar l-impatt tal-ksur tal-protezzjoni tad-data fuq il-proċessi elettorali. Bħalissa għaddejjin investigazzjonijiet fir-rigward ta’ dan il-każ partikolari, fost l-oħrajn mill-Information Commissioner’s Office tar-Renju Unit, l-awtorità superviżorja għall-protezzjoni tad-data li qiegħda tmexxi l-investigazzjoni Ewropea f’kooperazzjoni ma’ awtoritajiet superviżorji Ewropej oħrajn li huma responsabbli mill-protezzjoni tad-data. Il-Kummissjoni tinsab f’kuntatt mill-qrib mal-awtoritajiet superviżorji għall-protezzjoni tad-data u qiegħda ssegwi dan il-proċess mill-qrib. Il-Federal Trade Commission tal-Istati Uniti fetħet investigazzjoni dwar dan il-każ. Il-każ u l-impatt tiegħu fuq id-data personali ta’ individwi fl-Unjoni ġew trattati f’sensiela ta’ seduti ta’ smigħ fil-Parlament Ewropew.

Ir-Regolament Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej 3 ġie introdott biex jiżdiedu l-viżibbiltà, ir-rikonoxximent, l-effettività, it-trasparenza u r-responsabbiltà tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi affiljati magħhom. Fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament, il-partiti u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej li jissodisfaw għadd ta’ kundizzjonijiet ingħataw l-opportunità li jsiru entitajiet ġuridiċi Ewropej billi jirreġistraw fil-livell Ewropew u għaldaqstant jiksbu aċċess għal appoġġ finanzjarju Ewropew. Dawn il-kundizzjonijiet jinkludu r-rispett, kemm fil-programm kif ukoll fl-attivitajiet tagħhom, tal-valuri li l-UE hija msejsa fuqhom – u li huma mnaqqxa fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea: ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem fosthom id-drittijiet ta’ persuni li huma parti minn minoranzi. Inħolqot Awtorità indipendenti għall-partiti u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (“l-Awtorità”) bil-għan li tirreġistra, timmoniterja u, jekk meħtieġ, timponi sanzjonijiet fuq partiti u fondazzjonijiet politiċi Ewropej, inkluż biex tikkunsidra każijiet fejn tali entitajiet allegatament jonqsu milli jirrispettaw il-valuri fundamentali Ewropej.

Madankollu, ir-regoli eżistenti mhumiex biżżejjed biex l-abbużi tar-regoli tal-protezzjoni tad-data, li jistgħu jaffettwaw id-dibattitu demokratiku u l-elezzjonijiet ħielsa, jiġu skoraġġiti b’mod effettiv.

Sabiex jiġi żgurat li l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew isiru f’konformità ma’ regoli demokratiċi b’saħħithom u b’rispett sħiħ għall-valuri Ewropej tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett tad-drittijiet fundamentali, il-Kummissjoni qiegħda tipproponi emenda mmirata tar-Regolament Nru 1141/2014. Hija għandha l-għan li tippermetti sanzjonijiet finanzjarji fuq il-partiti jew fondazzjonijiet politiċi Ewropej li jiksru r-regoli tal-protezzjoni tad-data biex jinfluwenzaw b’mod intenzjonat, jew jippruvaw jinfluwenzaw, ir-riżultat tal-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew.

Din il-proposta ser tippermetti lill-Awtorità wkoll li topera mingħajr xkiel u b’mod effettiv billi jiġi żgurat li tiġi allokata l-persunal tagħha u li d-Direttur tagħha jkun l-awtorità tal-ħatra. Dan għandu jippermetti lill-Awtorità twettaq il-kompiti tagħha, fosthom il-kompiti l-ġodda li huma previsti f’din il-proposta, u li tagħmel dan b’mod indipendenti. B’mod parallel, sabiex jitwieġbu s-sejħiet tal-Awtorità għal żieda fl-għadd tal-persunal u fil-kuntest tar-rwol ewlieni tal-Awtorità fil-perjodu li jippreċedi immedjatament l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni tinsab lesta li toffri d-disponibbiltà immedjata tas-sitt persuni f’persunal addizzjonali li ntalbu mill-Awtorità, fuq bażi ta’ distakkament, li jintemm ladarba l-arranġamenti għal persunal permanenti jkunu fis-seħħ.

Il-proċedura għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew hija rregolata minn dispożizzjonijiet nazzjonali f’kull wieħed mill-Istati Membri. Il-partiti politiċi jaqdu rwol essenzjali f’demokrazija rappreżentattiva, joħolqu rabta diretta bejn iċ-ċittadini u s-sistema politika. Il-partiti nazzjonali u reġjonali jressqu l-kandidati u jorganizzaw il-kampanji elettorali tagħhom. L-awtoritajiet nazzjonali huma responsabbli mill-monitoraġġ tal-elezzjonijiet fil-livell nazzjonali. Il-partiti politiċi Ewropej jorganizzaw kampanji kumplimentari fil-livell Ewropew, fosthom dawk għall-kandidat prinċipali għar-rwol ta’ President tal-Kummissjoni Ewropea.

Ir-Regolament emendat, flimkien mal-Gwida tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-liġi dwar il-protezzjoni tad-data tal-Unjoni fil-kuntest elettorali 4 , ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar in-netwerks dwar il-kooperazzjoni għall-elezzjonijiet, it-trasparenza online u l-protezzjoni kontra inċidenti ċibernetiċi għall-elezzjonijiet u l-ġlieda kontra kampanji ta’ diżinformazzjoni tal-Parlament Ewropew 5 u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Iżgurar ta’ elezzjonijiet Ewropej li jkunu ħielsa u ġusti 6 adottati fl-istess jum, jifformaw parti minn pakkett dwar is-sigurtà. Dan huwa kontribut mill-Kummissjoni Ewropea għal-Laqgħa tal-Mexxejja li se ssir fid-19 u l-20 ta’ Settembru tal-2018 f’Salzburg.

Ir-Rakkomandazzjoni tinkoraġġixxi lill-awtoritajiet superviżorji tal-protezzjoni tad-data biex, f’konformità mal-liġi tal-Unjoni u l-liġi nazzjonali applikabbli, jinfurmaw minnufih u b’mod proattiv lill-Awtorità għall-partiti politiċi Ewropej u lill-fondazzjonijiet politiċi Ewropej dwar id-deċiżjonijiet tagħhom meta jikkonkludu li partit politiku Ewropew, fondazzjoni politika Ewropea jew persuna fiżika jew ġuridika oħra jkunu kisru regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data personali. Din l-informazzjoni jenħtieġ li tingħata fejn dik id-deċiżjoni tirriżulta, jew inkella fejn ikun hemm raġuni plawżibbli li wieħed jemmen, li l-ksur ikun marbut ma’ attivitajiet politiċi ta’ partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea fl-isfond tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Ir-Rakkomandazzjoni tħeġġeġ ukoll lill-Istati Membri biex japplikaw sanzjonijiet xierqa fuq il-partiti u l-fondazzjonijiet politiċi fil-livell nazzjonali u reġjonali f’każijiet ta’ ksur ta’ regoli tal-protezzjoni ta' data personali biex jinfluwenzaw, jew jippruvaw jinfluwenzaw, l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.

It-tibdil immirat għar-Regolament Nru 1141/2014 jenħtieġ li jidħol fis-seħħ qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-2019.

•Konsistenza ma' politiki oħra tal-Unjoni

Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data 7 beda japplika għall-Istati Membri kollha tal-UE mill-25 ta’ Mejju tal-2018. Dan jistabbilixxi standards għoljin ta’ protezzjoni tad-data adattati tajjeb għall-ekonomija diġitali u jwasslu biex l-organizzazzjonijiet li jipproċessaw id-data - fosthom il-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej - ikunu aktar responsabbli dwar kif jittrattaw data personali.

Fir-Rakkomandazzjoni tagħha tal-14 ta’ Frar 2018 8 rigward it-tisħiħ tan-natura Ewropea u t-tmexxija effiċjenti tal-elezzjonijiet tal-2019 tal-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni appellat lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti sabiex jidentifikaw l-aħjar prattiki għall-identifikazzjoni, il-mitigazzjoni u l-ġestjoni tar-riskji marbutin ma’ attakki ċibernetiċi u diżinformazzjoni fuq il-proċess elettorali. F'April tal-2018 il-Kummissjoni organizzat laqgħa mal-kummissjonijiet elettorali tal-Istati Membri sabiex isiru diskussjoni, skambju tal-aħjar prattiki u sensibilizzazzjoni fost l-awtoritajiet nazzjonali dwar kwistjonijiet ta’ sigurtà, kampanji ta’ diżinformazzjoni u l-infurzar tar-regoli elettorali online.

F'April tal-2018 il-Kummissjoni ppubblikat Komunikazzjoni dwar “L-indirizzar tad-diżinformazzjoni online” 9 , li tiddefinixxi r-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-partijiet ikkonċernati rilevanti u fasslet sensiela ta’ azzjonijiet, fosthom it-tisħiħ tal-komunikazzjonijiet strateġiċi tal-Kummissjoni fi tweġiba għad-diżinformazzjoni.

Din il-proposta hija konsistenti mal-proposta tal-Kummissjoni 10 għal Regolament dwar ir-rispett għall-ħajja privata u l-protezzjoni tad-data personali f’komunikazzjonijiet elettroniċi (ir-Regolament dwar il-Privatezza elettronika) li teżamina mill-ġdid id-Direttiva dwar il-privatezza elettronika eżistenti 11 li se ssaħħaħ u twessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni lil hinn mill-operaturi tat-telekomunikazzjonijiet tradizzjonali sabiex tinkludi s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika bbażati fuq l-internet u li jenħtieġ li tiġi adottata mill-koleġiżlaturi minnufih.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

•Bażi ġuridika

Il-proposta tissejjes fuq l-Artikolu 224 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jistipula li “l-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għandhom jistabbilixxu, permezz ta’ Regolament, ir-regoli li jiggwidaw il-partiti politiċi fil-livell Ewropew imsemmija fl-Artikolu 10(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u partikolarment ir-regoli li jirrigwardaw il-finanzjament tagħhom” kif ukoll fuq l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika 12 .

•Sussidjarjetà

Billi r-Regolament eżistenti jipprevedi sistema fil-livell tal-UE, inkluż personalità ġuridika Ewropea għall-partijiet u l-fondazzjonijiet u finanzjament mill-baġit tal-UE, kwalunkwe nuqqas f’din is-sistema jista’ jiġi rrimedjat biss permezz ta’ leġiżlazzjoni tal-UE. Għaldaqstant azzjoni minn kull Stat Membru għal rasu mhijiex għażla rilevanti.

Għal din ir-raġuni t-tibdil immirat li qiegħed jiġi propost huwa konformi bis-sħiħ mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. L-uniku livell fejn jistgħu jiġu stipulati regoli rigward l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej huwa dak tal-UE. Il-Kummissjoni qagħdet attenta li l-miżuri ta’ riforma possibbli li ressqet ikunu jirriflettu l-prinċipji mnaqqxa fil-Protokoll Nru 2 tat-Trattati.

•Proporzjonalità

Kif inhu spjegat fit-Taqsima 5, il-miżuri mmirati li qed jiġu proposti ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jinkiseb l-objettiv fit-tul li d-demokrazija Ewropea u l-leġittimità tal-Istituzzjonijiet tal-UE jiġu żviluppati u msaħħa.

Il-proposta tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità. Is-sanzjonijiet proposti huma mfassla fuq is-sistema deċiża fir-Regolament 1141/2014 li jistabbilixxi sanzjonijiet proporzonali. Il-miżuri proposti jiżguraw li ma sseħħ l-ebda penalizzazzjoni doppja għall-istess imġiba: il-ksur tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data se jiġi penalizzat mill-awtoritajiet superviżorji tal-protezzjoni tad-data kompetenti stabbiliti mir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data. L-imġiba sanzjonata permezz ta’ din il-proposta tirrigwarda kull vantaġġ li jista’ jittieħed mill-ksur tar-regoli tal-protezzjoni tad-data biex jiġu influwenzati b’mod intenzjonat, jew biex jippruvaw jiġu influwenzati, l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. L-Awtorità mhijiex ser timponi sanzjonijiet dwar il-ksur innifsu tar-regoli tal-protezzjoni tad-data .

•Għażla tal-istrument

Regolament eżistenti jista’ jiġi emendat biss permezz ta’ Regolament.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

•Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Biex ħejjiet din il-proposta l-Kummissjoni tat widen għas-sejħiet li saru matul id-dibattiti u s-seduti ta’ smigħ fil-Parlament Ewropew dwar il-każ Facebook/Cambridge Analytica, li jikkonċerna allegazzjonijiet dwar l-użu ta’ data ta’ utenti tal-Facebook minn Cambridge Analytica u l-impatt tiegħu fuq il-protezzjoni tad-data personali tal-individwi fl-Unjoni (is-seduti ta’ smigħ tal-4 ta’ Ġunju 2018, il-25 ta’ Ġunju 2018 u t-2 ta’ Lulju 2018).

Dibattiti u seduti ta’ smigħ bħal dawn ħarġu fid-dieher l-użu ta’ tekniki qarrieqa u manipulattivi biex jiġu identifikati l-interessi ta’ grupp ta’ individwi (micro targeting) bil-għan li jiġu influwenzati r-riżultati tal-elezzjonijiet, u huma konnessi mill-qrib mal-kwistjoni tat-trasferiment u l-ipproċessar illegali ta’ data personali. Ir-regoli tal-UE diġà jiżguraw il-protezzjoni effettiva tad-data personali.

•    Valutazzjoni tal-impatt

Din il-proposta mhijiex qed titressaq flimkien ma’ valutazzjoni tal-impatt speċifika. Dan għaliex mhijiex mistennija li jkollha impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali sinifikanti aktar wiesa’. It-tibdil propost jibni fuq is-sistemi eżistenti ta’ verifika u sanzjonijiet stabbiliti mir-Regolament Nru 1141/2014.

•Drittijiet fundamentali

L-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) jistipula li “L-Unjoni hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta’ persuni li jagħmlu parti minn minoranzi. Dawn il-valuri huma komuni għall-Istati Membri f’soċjetà fejn jipprevalu l-pluraliżmu, in-nondiskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel.”

L-Artikolu 10(1) u (2) tat-TUE jistipulaw li “Il-funzjonament tal-Unjoni għandu jkun ibbażat fuq id-demokrazija rappreżentattiva” u li “ċ-ċittadini huma rappreżentati direttament fil-Parlament Ewropew”. Is-subparagrafu 4 tal-istess dispożizzjoni jistipula: “il-partiti politiċi fil-livell Ewropew jikkontribwixxu għall-formazzjoni tal-għarfien politiku Ewropew u għall-espressjoni tar-rieda taċ-ċittadini tal-Unjoni”. L-Artikoli 11 u 12 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE jnaqqxu d-dritt għal-libertà tal-espressjoni u tal-assoċjazzjoni. Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jispeċifika li “Kull persuna għandha d-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u għall-ħajja tal-familja, ta’ darha u tal-komunikazzjonijiet tagħha”. L-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jistipula li “(1) Kull persuna għandha d-dritt għall-protezzjoni ta' data personali li tirrigwardaha. (2) Din id-data għandha tiġi trattata b’mod ġust tħal finijiet determinati u abbażi tal-kunsens tal-persuna kkonċernata jew fuq bażi oħra leġittima stabbilita mil-liġi. Kull persuna għandha d-dritt ta’ aċċess għad-data miġbura li għandha x’taqsam magħha u d-dritt li tikseb ir-rettifika tagħha. (3) L-osservanza ta’ dawn ir-regoli għandha titqiegħed taħt il-kontroll ta’ awtorità indipendenti.”

L-emendi li huma fil-mira ta’ din il-proposta għandhom l-għan li jiksbu l-objettivi ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, u huma konformi u jagħtu effett lid-drittijiet fundamentali garantiti mill-Artikoli 7, 8 u 12 tal-Karta.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Sabiex din il-proposta tkun effettiva, billi żżid mal-kompiti tal-Awtorità, jeħtieġ li jkun hemm arranġament għal aktar persunal permanenti għall-Awtorità. L-implikazzjonjiet għall-baġit jinsabu elenkati fid-dettall fid-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva ma’ din il-proposta. Jenħtieġ li jingħata aktar persunal permanenti permezz tar-riallokazzjoni ta’ riżorsi eżistenti, u dan ser jirrekjedi l-modifikazzjoni tal-pjan ta' stabbiliment tal-Istituzzjonijiet li jikkontribwixxu. Għaldaqstant, dawn l-emendi jridu jiġu inklużi fl-Ittra Emendatorja għall-Abbozz tal-Baġit tal-2019. Meta jitqies id-daqs tal-Awtorità, mhuwiex neċessarju li jsir pjan ta' stabbiliment separat, iżda għandha tiddaħħal nota f'qiegħ il-paġna f’Taqsima I - Parlament Ewropew, li tagħti dettalji dwar id-daqs u n-natura tal-persunal.

5.ELEMENTI OĦRA

•Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Sabiex ikunu jistgħu jiġu imposti sanzjonijiet finanzjarji fuq il-partiti u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej li jiksru r-regoli tal-protezzjoni tad-data biex jinfluwenzaw b’mod intenzjonat, jew jippruvaw jinfluwenzaw, ir-riżultati tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni qiegħda tipproponi li jsir it-tibdil immirat li ġej fuq ir-Regolament:

Qiegħed jiġi propost li tinħoloq proċedura ta’ verifika relatata mal-ksur tar-regoli tal-protezzjoni ta’ data personali li tkun tirrekjedi lill-Awtorità li titlob opinjoni ta’ kumitat ta’ persuni eminenti u indipendenti, ftit taż-żmien wara li tkun ittieħdet deċiżjoni minn awtorità superviżorja kompetenti dwar il-protezzjoni tad-data. L-opinjoni tal-kumitat – li tkun trid tingħata fi żmien qasir f’konformità ma’ skadenza stabbilita mill-Awtorità – tivvaluta jekk dan il-ksur ikunx intuża b’mod intenzjonat biex jinfluwenza, jew jipprova jinfluwenza, r-riżultat tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. L-attivazzjoni ta’ din il-proċedura ġdida ma tostakolax l-attivazzjoni tal-proċedura ta’ verifika tal-konformità mal-kundizzjonijiet tar-reġistrazzjoni u mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 10 tar-Regolament f’dawk il-każijiet ta’ ksur ċar u serju mill-partiti jew fondazzjonijiet politiċi Ewropej b’rabta mal-valuri li fuqhom tissejjes l-Unjoni. Il-proċedura ġdida tiġi introdotta billi jiddaħħal Artikolu 10a ġdid.

Sabiex jiġi żgurat li l-proċedura tkun tista’ tiġi attivitata fi kwalunkwe mument, fosthom qrib id-data tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-proposta tispeċifika li jiġi ċċarat li l-limiti ta’ żmien tal-proċedura ta’ verifika tal-konformità mal-kundizzjonijiet tar-reġistrazzjoni u r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 10 ma japplikawx għaliha, billi jiġi emendat it-tielet paragrafu tal-Artikolu 10(3).

L-Artikolu 11, dwar il-kumitat ta' persuni eminenti indipendenti, ser jiġi emendat biex jirreferi b’mod ċar għall-opinjoni dwar l-influwenzar tar-riżultat tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.

Bażi ġdida għas-sanzjonijiet finanzjarji se tiġi miżjuda fl-Artikolu 27 fil-każ li l-opinjoni tal-kumitat ta’ persuni eminenti indipendenti tikkonkludi li partit politiku jew fondazzjoni politika jkunu influwenzaw b’mod intenzjonat, jew ippruvaw jinfluwenzaw, ir-riżultat tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew billi jieħdu vantaġġ minn ksur tar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni ta' data personali.

Il-bażi l-ġdida ser tiġi miżjuda mal-lista ta’ ksur li ma jippermettux lil partit politiku jew il-fondazzjoni politika Ewropej milli japplikaw għal fondi mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea fis-sena meta jiġu imposti s-sanzjonijiet. Dan se jsir permezz ta’ emenda tal-Artikolu 18.

Ladarba l-proċedura ta’ verifika tiġi attivata permezz ta’ deċiżjoni ta’ awtorità superviżorja kompetenti dwar il-protezzjoni tad-data, qiegħed jiġi propost li tkun tista’ ssir analiżi sħiħa tas-sanzjoni jekk id-deċiżjoni tal-awtorità superviżorja kompetenti dwar il-protezzjoni tad-data tiġi revokata jew jekk ikun jista’ jingħata rimedju kontra tali deċiżjoni, billi jiġi miżjud paragrafu ġdid fl-Artikolu 27.

Fl-aħħar nett, sabiex l-Awtorità tkun tista’ topera b’mod indipendenti u effettiv, il-Kummissjoni qiegħda tipproponi li l-Awtorità tingħata persunal permanenti u li d-Direttur tal-Awtorità jingħata s-setgħat ta’ awtorità tal-ħatra, permezz ta’ emenda tal-paragrafu 5 tal-Artikolu 6.



2018/0336 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 rigward proċedura ta’ verifika relatata mal-ksur ta’ regoli dwar il-protezzjoni ta' data personali fil-kuntest tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew

Kontribut mill-Kummissjoni Ewropea għal-Laqgħa tal-Mexxejja f’Salzburg fid-19-20 ta’ Settembru 2018

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 224 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 13 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 14 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 15 stabbilixxa status legali Ewropew għall-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej u jipprevedi l-finanzjament tagħhom mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, huwa jistabbilixxi wkoll Awtorità għall-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (“l-Awtorità”).

(2)Sabiex l-Awtorità titpoġġa f’pożizzjoni li twettaq il-kompiti tagħha, fosthom dak previst f’dan ir-Regolament, u li tagħmel dan b’mod indipendenti, huwa meħtieġ li tingħata persunal permanenti u li d-Direttur tal-Awtorità jingħata s-setgħat ta’ awtorità tal-ħatra.

(3)Avvenimenti riċenti ħarġu fid-dieher ir-riskji potenzjali għall-proċessi elettorali u għad-demokrazija li jistgħu jiġu kkważati mill-użu illegali ta’ data personali. Għaldaqstant huwa meħtieġ li l-integrità tal-proċess demokratiku Ewropew jiġi protett billi jiġu previsti sanzjonijiet finanzjarji f’sitwazzjonijiet fejn il-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej jieħdu vantaġġ mill-ksur tar-regoli tal-protezzjoni tad-data bil-għan li jinfluwenzaw ir-riżultat tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.

(4)Biex jintlaħaq dan il-għan, jenħtieġ li tiġi stabbilita proċedura ta’ verifika li permezz tagħha l-Awtorità trid, f'ċerti ċirkostanzi, titlob lill-kumitat ta’ persuni eminenti indipendenti jivvaluta jekk partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea jkunux influwenzaw b’mod intenzjonat, jew ippruvaw jinfluwenzaw, ir-riżultat tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew billi jieħdu vantaġġ minn ksur tar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni ta' data personali. Fejn il-kumitat jikkonkludi li dan ikun il-każ, jenħtieġ li l-Awtorità timponi sanzjonijiet konformi mas-sistema ta’ sanzjonijiet effettiva, proporzjonali u dissważiva stabbilita mir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.

(5)Il-proċedura l-ġdida għandha teżisti flimkien ma’ proċeduri attwali li jintużaw għall-verifika tal-konformità mal-kundizzjonijiet tar-reġistrazzjoni u f’każijiet ta’ ksur ċar u serju tal-valuri li fuqhom tissejjes l-Unjoni. Madankollu, il-limiti taż-żmien għall-verifika tal-konformità mal-kundizzjonijiet tar-reġistrazzjoni u r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 ma japplikawx għall-proċedura l-ġdida.

(6)Billi l-proċedura l-ġdida tiġi attivata permezz ta’ deċiżjoni ta’ awtorità superviżorja kompetenti dwar il-protezzjoni tad-data, jenħtieġ li jkun possibbli li l-partit politiku Ewropew jew il-fondazzjoni politika Ewropea kkonċernati jitolbu li s-sanzjoni tiġi rieżaminata jekk id-deċiżjoni tal-awtorità superviżorja tiġi revokata jew jekk ikun jista’ jingħata rimedju kontra tali deċiżjoni.

(7)Sabiex jiġi żgurat li l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew tal-2019 isiru skont regoli demokratiċi b’saħħithom u b’rispett sħiħ għall-valuri Ewropej tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett tad-drittijiet fundamentali huwa importanti li l-proċedura ta’ verifika li qiegħda tiġi proposta tidħol fis-seħħ b’mod f’waqtu u tkun applikabbli mill-aktar fis possibbli. Sabiex jinksibu l-emendi proposti għar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 introdotti minn dan ir-Regolament, jenħtieġ li dan jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(8)Għaldaqstant, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 qiegħed jiġi emendat kif ġej:

(1)L-Artikolu 6(5) jinbidel b’dan li ġej:

“Id-Direttur tal-Awtorità għandu jiġi assistit minn persunal, li fir-rigward tiegħu huwa jeżerċita s-setgħat mogħtija lilu mir-Regolamenti tal-Persunal dwar l-awtorità tal-ħatra u mill-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra fuq l-awtorità bis-setgħa li tikkonkludi l-kuntratti tax-xogħol (“is-setgħat tal-awtorità tal-ħatra”). 16 Fi kwalunkwe qasam tax-xogħol tagħha l-Awtorità tista’ tuża esperti nazzjonali sekondati jew persunal ieħor impjegat mill-Awtorità.

Ir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra u r-regoli adottati bi ftehim bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għad-dħul fis-seħħ ta’ dawk ir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra għandhom japplikaw għall-persunal tal-Awtorità.”

(2)Fl-Artikolu 10(3) tiddaħħal is-sentenza li ġejja fi tmiem it-tielet subparagrafu:

“Il-limitu ta’ żmien ma għandux japplika fir-rigward tal-proċedura stipulata fl-Artikolu 10a.”;

(3)jiddaħħal l-Artikolu 10a li ġej:

“Artikolu 10a

Proċedura ta’ verifika relatata ma’ ksur ta’ regoli dwar il-protezzjoni ta' data personali

Jekk l-Awtorità ssir taf b’deċiżjoni ta’ awtorità superviżorja skont it-tifsira tal-punt 21 tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament u tal-Kunsill 17 li tikkonkludi li persuna fiżika jew ġuridika tkun kisret regoli applikabbli dwar il-protezzjoni ta' data personali u jekk minn dik id-deċiżjoni jirriżulta, jew inkella fejn ikun hemm bażi raġonevoli biex tintlaħaq il-konklużjoni, li l-ksur ikun marbut mal-attivitajiet politiċi ta’ partit politiku Ewropew jew ta’ fondazzjoni politika Ewropea fil-kuntest tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, l-Awtorità għandha tirreferi l-kwistjoni lill-kumitat ta’ persuni eminenti indipendenti stabbilit mill-Artikolu 11. Il-kumitat għandu jagħti opinjoni dwar jekk il-partit politiku Ewropew jew il-fondazzjoni politika Ewropea inkwistjoni jkunux influwenzaw b’mod intenzjonat, jew ippruvaw jinfluwenzaw, ir-riżultat tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew billi jieħdu vantaġġ minn dak il-ksur. L-Awtorità għandha titlob l-opinjoni mingħajr telf ta’ żmien u mhux aktar tard minn xahar (1) wara d-deċiżjoni tal-awtorità superviżorja. Il-kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fi żmien qasir u raġonevoli li jiġi stabbilit mill-Awtorità.

Il-proċedura stipulata f'dan l-Artikolu hi bla ħsara għall-proċedura stipulata fl-Artikolu 10.”;

(4)fl-Artikolu 11(3), it-tieni sentenza tal-ewwel subparagrafu tinbidel b'dan li ġej:

“Meta jintalab mill-Awtorità, il-kumitat għandu jagħti opinjoni dwar jekk partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea jkunux influwenzaw b’mod intenzjonat, jew ippruvaw jinfluwenzaw, ir-riżultat tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew billi jkunu ħadu vantaġġ minn ksur tar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni ta' data personali. Fiż-żewġ każi l-kumitat jista’ jitlob kwalunkwe dokument u prova rilevanti mingħand l-Awtorità, il-Parlament Ewropew, il-partit politiku Ewropew jew il-fondazzjoni politika Ewropea kkonċernati, partiti politiċi jew fondazzjonijiet politiċi oħrajn jew partijiet ikkonċernati oħrajn, u tista’ titlob li tisma’ r-rappreżentanti tagħhom. Fil-każ ta’ opinjonijiet dwar jekk partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea jkunux influwenzaw b’mod intenzjonat, jew ippruvaw jinfluwenzaw, ir-riżultat tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew billi jkunu ħadu vantaġġ minn ksur tar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni ta' data personali, l-awtoritajiet superviżorji msemmija fl-Artikolu 10(a) għandhom jikkoperaw mal-kumitat f’konformità mal-liġi applikabbli.”

(5)fl-Artikolu 18(2), il-kelmiet “u fil-punt (a) (v) u (vi) tal-Artikolu 27(2)” jinbidlu bil-kelmiet “u fil-punt (a) (v), (vi) u (vii) tal-Artikolu 27(2)”;

(6)L-Artikolu 27 jiġi emendat kif ġej:

(a)fil-punt (a) tal-paragrafu (2), jiddaħħal il-punt (vii) li ġej:

“(vii) fejn, f’konformità mal-Artikolu 10a, il-kumitat jagħti opinjoni li tikkonkludi li partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea jkunu influwenzaw b’mod intenzjonat, jew ippruvaw jinfluwenzaw, ir-riżultat tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew billi jkunu ħadu vantaġġ minn ksur tar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni ta' data personali.”;

(b)jiddaħħal il-paragrafu 7 li ġej:

"7. Fejn deċiżjoni ta’ awtorità superviżorja msemmija fl-Artikolu 10a tkun ġiet revokata jew fejn ikun ingħata rimedju kontra tali deċiżjoni, l-Awtorità għandha twettaq rieżami ta’ kwalunkwe sanzjoni li tkun ġiet imposta skont il-punt (a)(vii) tal-paragrafu 2 fuq talba tal-partit politiku Ewropew jew il-fondazzjoni politika Ewropea kkonċernati.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB

1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva

1.4.Objettiv(i)

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.6.Durata u impatt finanzjarju

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u rappurtar

2.2.Sistema ta' ġestjoni u kontroll

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja tan-nefqa affettwata/i

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 fir-rigward tal-proċedura ta’ verifika relatata mal-ksur ta’ regoli dwar il-protezzjoni ta’ data personali fil-kuntest tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika ikkonċernat(i)

Drittijiet fundamentali

1.3.Il-proposta tirrigwarda 

◻azzjoni ġdida

◻azzjoni ġdida wara proġett pilota/azzjoni preparatorja 18  

X l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti

◻l-integrazzjoni ta’ azzjoni waħda jew aktar f’azzjoni oħra/ġdida 

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.Objettiv(i) ġenerali 

Avvenimenti riċenti ħarġu fid-dieher ir-riskji potenzjali għall-proċessi elettorali u għad-demokrazija li jistgħu jiġu kkważati mill-użu illegali ta’ data personali. Għaldaqstant huwa meħtieġ li l-integrità tal-proċess demokratiku Ewropew jiġi protett billi jiġu previsti sanzjonijiet finanzjarji f’sitwazzjonijiet fejn il-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej jieħdu vantaġġ mill-ksur tar-regoli tal-protezzjoni tad-data bil-għan li jinfluwenzaw ir-riżultat tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.

1.4.2.Objettiv(i) speċifiċi 

Jenħtieġ li tiġi stabbilita proċedura ta’ verifika li permezz tagħha l-Awtorità stabbilita mill-Artikolu 6 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 (“l-Awtorità”) trid, f’ċerti ċirkostanzi, titlob lil kumitat ta’ persuni eminenti indipendenti jivvaluta jekk partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea ikunux influwenzaw b’mod intenzjonat, jew ippruvaw jinfluwenzaw, ir-riżultat tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew billi jkunu ħadu vantaġġ minn ksur tar-regoli applikabbli tal-protezzjoni tad-data personali. Fejn il-kumitat jikkonkludi li dan ikun il-każ, jenħtieġ li l-Awtorità timponi sanzjonijiet f’konformità mas-sistema ta’ sanzjonijiet effettivi, proporzjonali u dissważivi stabbilita mir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.

Huwa meħtieġ li l-Awtorità jkollha biżżejjed riżorsi biex twettaq il-kompiti tagħha bis-sħiħ, kemm dawk previsti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 eżistenti kif ukoll dawk ġodda previsti bil-proposta emendatorja attwali. Dan jirrekjedi persunal stabbli u t-tisħiħ tar-riżorsi umani li huma provduti bħalissa lill-Awtorità.

1.4.3.Riżultat(i) mistenni(ja) u impatt

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

Il-proposta għandha l-għan li tipprevjeni lill-partiti u lill-fondazzjonijiet politiċi Ewropej milli jużaw ir-riżultati ta’ ksur tar-regoli tal-protezzjoni tad-data bil-għan li jinfluwenzaw b’mod intenzjonat ir-riżultat tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew billi din tipprovdi sanzjonijiet finanzjarji għal kull imġiba mhux xierqa.

1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni 

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.

Is-sanzjonijiet iridu jiġu imposti f'ħin f'waqtu fuq kwalunkwe partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewoprea li jkunu ħadu vantaġġ minn ksur tar-regoli tad-protezzjoni tad-data bil-għan li jinfuwenzaw b’mod intenzjonat ir-riżultat tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva 

1.5.1.Rekwiżit(i) li għandu/għandhom jintlaħaq/jintlaħqu f’terminu ta’ żmien qasir jew twil fosthom skeda ta’ żmien għall-introduzzjoni tal-inizjattiva

Is-sistema ta’ sanzjonijiet imsemmija hawn fuq jenħtieġ li tkun fis-seħħ sew qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fl-2019 sabiex tiskoraġġixxi l-azzjonijiet mhux xierqa li ġew deskritti. Sabiex din tkun operattiva, u sabiex jiġi żgurat li l-Awtorità tkun mgħammra b’mod effettiv biex twettaq il-kompiti kollha tagħha, għandhom jingħataw riżorsi umani addizzjonali hekk kif dan ikun jista’ jsir, l-ewwel permezz tar-riallokazzjoni ta’ riżorsi li jwettqu dawk il-kompiti qabel it-twaqqif tal-Awtorità.

Sabiex il-ħidma tagħha tiġi ssimplifikata u ssir b’indipendenza akbar, is-segħat tal-awtorità tal-ħatra f’konformità mar-Regolament tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet ta' Impjieg ta' Uffiċjali Oħra [ir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tal-Kunsill tad-29 ta’ Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet ta' Impjieg ta' Uffiċjali oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi miżuri temporanji applikabbli għall-Uffiċjali tal-Kummissjoni (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1)] għandhom jiġu delegati lid-Direttur tal-Awtorità.

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. gwadann mill-koordinazzjoni, ċertezza legali, aktar effettività jew kumplimentaritajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt “il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur li kieku jinkiseb mill-Istati Membri għal rashom.

Din il-proposta tikkonċerna s-sistema għall-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej stabbiliti fil-livell Ewropew. Skont Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, dawn huma korpi b’personalità ġuridika Ewropea. L-Awtorità wkoll hija korp b’personalità ġuridika skont id-dritt Ewropew. Għaldaqstant il-ħidma fuq l-objettivi deskritti aktar ’il fuq tista’ ssir biss permezz ta’ azzjoni fil-livell Ewropew.

Il-proposta se tkun laħqet il-miri tagħha jekk (a) is-sistema ta’ sanzjonijiet proposta tiskoraġġixxi l-partiti u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej milli jużaw b’mod mhux xieraq ir-riżultati tal-ksur tar-regoli dwar il-protezzjoni ta’ data personali jew (b) kull tali azzjoni li sseħħ tiġi sanzjonata.

Jenħtieġ li l-Awtorità tkun f’pożizzjoni li twettaq il-kompiti kollha tagħha, b’mod partikolari fit-tħejjija u wara l-perjodu elettorali Ewropew tal-2019.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

L-ewwel rapport annwali tal-Awtorità għall-2017 jiddikjara li “L-APPF [l-Awtorità] bħalissa tinkludi żewġ impjegati full-time u d-Direttur. B’mod aktar preċiż, f'Novembru tal-2016 il-Parlament Ewropew issekonda assistent amministrattiv biex jgħin lid-Direttur fit-twaqqif tal-APPF u l-proċess ta’ reġistrazzjoni tal-partiti u l-fondazzjonijiet Ewropej. F'Ġunju tal-2017, konsulent legali ngħaqad mal-APPF biex jagħti pariri dwar kwistjonijiet proċedurali, sostantivi u finanzjarji. F’dan l-istadju, il-persunal kollu tal-APPF huwa pprovdut mill-Parlament Ewropew. L-għadd ta’ persunal ta’ bħalissa mhuwiex biżżejjed sabiex l-APPF tkun tista’ twettaq il-kompiti mogħtija lilha mir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014. Barra minn hekk, in-nuqqas ta’ persunal jista’ wkoll jaffettwa l-indipendenza u l-kontinwità tal-operat tal-APPF.”

1.5.4.Kumpatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

Din il-proposta ma timplika l-ebda bidla fil-limitu massimu tan-nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni prevista fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali.

1.5.5.Valutazzjoni tal-opzjonijiet differenti ta’ finanzjament disponibbli, fosthom l-ambitu ta’ riallokazzjoni

Iż-żieda proposta fil-persunal tal-Awtorità ser tingħata l-ewwel u qabel kollox permezz ta’ riallokazzjoni ta’ riżorsi eżistenti.

1.6.Durata u impatt finanzjarju

◻ Proposta/inizjattiva ta’ durata limitata

–◻    Proposta/inizjattiva fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

–◻Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS

X durata bla limitu

–Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,

–segwita minn operat sħiħ.

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 19  

X Ġestjoni diretta mill-Parlament Ewropew permezz tal-Awtorità

–◻    aġenziji eżekuttivi

◻ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

◻ Ġestjoni indiretta billi l-kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja jiġu fdati lil:

◻ organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (irid jiġi speċifikat);

◻il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

◻ korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71;

◻ korpi rregolati bil-liġi pubblika;

◻ korpi rregolati bil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku safejn jingħataw garanziji finanzjarji xierqa;

◻ korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li huma fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji xierqa;

◻ persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi tal-PESK f’konformità mat-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Kummenti

L-Awtorità hija ffinanzjata minn titolu baġitarju speċifiku (Titolu 5) tal-Parlament Ewropew. L-għadd u l-kompożizzjoni tal-persunal għandu jiġi identifikat fil-kummenti baġitarji tat-titolu speċifiku. Il-kompiti tal-Uffiċjal tal-Awtorizzazzjoni tal-Parlament Ewropew huma delegati lid-Direttur tal-Awtorità f’konformità mal-punt 7 tal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.

 

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI 

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u rappurtar 

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

L-Awtorità ser tkompli toħroġ rapport annwali tal-attività skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014. Il-Parlament Ewropew se jirrapporta dwar l-operazzjonijiet finanzjarji involuti bħala parti miċ-ċiklu annwali tal-kontabbiltà tal-Unjoni.

2.2.Sistema/i ta' ġestjoni u kontroll 

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, il-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, il-modalitajiet tal-pagament u l-istrateġija ta’ kontroll proposta

Meta titqies l-għamla tal-Awtorità (korp indipendenti, li madankollu l-baġit tiegħu huwa parti mill-baġit tal-Parlament Ewropew) il-passi proposti huma l-uniċi passi loġiċi fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti aktar ’il fuq.

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta' kontroll intern stabbiliti biex jimmitigawhom

Ir-riskji finanzjarji huma l-istess bħal dawk ta’ kwalunke nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni u f’dan il-każ ikunu koperti mis-sistema ta’ kontroll intern eżistenti tal-Parlament Ewropew.

2.2.3.Stima u l-Ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kosti tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi ġestiti relatati”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija ta’ riskju ta’ żball (mal-ħlas u fl-għeluq) 

Mhu qed tiġi proposta l-ebda sistema ta’ kontroll intern ġdida u l-piż addizzjonali ta’ dan it-tibdil għas-sistema ta’ kontroll intern tal-Parlament Ewropew mhuwiex sinifikanti.


2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet 

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija ta’ Kontra l-Frodi.

Id-dispożizzjonijiet eżistenti tal-Parlament Ewropew dwar in-nefqa amministrattiva tiegħu japplikaw għal dak li ġie stabbilit hawn.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja tan-nefqa affettwata/i 

·Linji baġitarji eżistenti

Fl-ordni ta’ intestaturi u linji baġitarji tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru

Diff./Mhux diff. 20

mill-pajjiżi tal-EFTA 21

mill-pajjiżi kandidati 22

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

5

Taqsima I - Parlament Ewropew

Diff./Mhux diff.

LE

LE

LE

LE

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa 



Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

5

“Nefqa amministrattiva”

Miljuni ta’ EUR (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Ikteb kemm-il sena hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

Il-Parlament Ewropew

• Riżorsi Umani

1.43

1.43

1.43

1.43

1.43

1.43

1.43

10.01

• Nefqa amministrattiva oħra

TOTAL Parlament Ewropew

Approprjazzjonijiet

1.43

1.43

1.43

1.43

1.43

1.43

1.43

10.01

Approprjazzjonijiet TOTALI
taħt l-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

(Impenji totali = Pagamenti totali)

1.43

1.43

1.43

1.43

1.43

1.43

1.43

10.01

Miljuni ta’ EUR (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
N 23

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Ikteb kemm-il sena hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

Approprjazzjoni TOTALI
taħt l-INTESTATURI 1 sa 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

Impenji

1.43

1.43

1.43

1.43

1.43

1.43

1.43

10.01

Pagamenti

1.43

1.43

1.43

1.43

1.43

1.43

1.43

10.01

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet tal-[korp] 

–X    Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

–◻    Il-proposta/l-inizjattiva tirrekjedi l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Indika l-objettivi u l-outputs

⇩

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Ikteb kemm-il sena hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

OUTPUTS

Tip 24

Kost medju

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru totali

Kost totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 25 …

- Output

- Output

- Output

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 1

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 ...

- Output

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 2

KOST TOTALI

3.2.3.Impatt stmat fuq ir-riżorsi umani tal-Awtorità 

Ir-riżorsi stabbiliti hawn taħt huma l-istess bħal dawk stabbiliti fit-taqsima 3.2.1 aktar ’il fuq; huma mtennija hawn f’ġieħ iċ-ċarezza li r-riżorsi kollha kkonċernati huma dawk tal-Awtorità.

3.2.3.1.Sommarju

–◻    Il-proposta/l-inizjattiva ma tirrekjedix l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

–X    Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

Miljuni ta’ EUR (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
N 26

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Ikteb kemm-il sena hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

Uffiċjali/Aġenti Temporanji (Gradi AD)

0.715

0.715

0.715

0.715

0.715

0.715

0.715

0.715

Uffiċjali/Aġenti Temporanji (Gradi AST)

0.715

0.715

0.715

0.715

0.715

0.715

0.715

0.715

Persunal b’kuntratt

Esperti Nazzjonali Sekondati

TOTAL

1.43

1.43

1.43

1.43

1.43

1.43

1.43

10.01

Persunal meħtieġ (FTE):

Sena
N 27

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Ikteb kemm-il sena hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

Uffiċjali/Aġenti Temporanji (Gradi AD)

5

5

5

5

5

5

5

5

Uffiċjali/Aġenti Temporanji (Gradi AST)

5

5

5

5

5

5

5

5

Persunal b’kuntratt

Esperti Nazzjonali Sekondati

TOTAL

10

10

10

10

10

10

10

70

Ir-riżorsi umani meħtieġa ser jimtlew minn persunal tal-Istituzzjonijiet li diġà huwa assenjat il-kompitu tal-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġie riassenjat ġewwa l-Istituzzjoni, jekk ikun meħtieġ flimkien ma’ kull allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lill-Istituzzjoni ta’ ġestjoni taħt il-proċedura tal-baġit annwali u fil-kuntest tal-limitazzjonijiet baġitarji.

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 

–X    Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

–◻    Il-proposta/l-inizjattiva se tkun tinvolvi riprogrammazzjoni tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega liema riprogrammazzjoni hija meħtieġa, filwaqt li tispeċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

[…]

–◻    Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali 28 .

Spjega x’inhu meħtieġ, filwaqt li tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

[…]

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi 

–Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi.

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul 

–X    Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

–◻    Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

fuq ir-riżorsi proprji

fuq dħul ieħor

jekk jogħġbok indika jekk id-dħul hux assenzjat għal linji tan-nefqa

Miljuni ta’ EUR (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 29

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Ikteb kemm-il sena hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu ………….

Għad-dħul "assenjat" mixxellanju, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

[…]

Speċifika l-metodu biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul.

[…]

(1)    Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/234 tal-14 ta' Frar 2018 rigward it-tisħiħ tan-natura Ewropea u t-tmexxija effiċjenti tal-elezzjonijiet 2019 lill-Parlament Ewropew (ĠU L 45, 17.2.2018, p. 40).
(2)    Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(3)    ĠU L 317, 4.11.2014, p. 1.
(4)    COM (2018) 638.
(5)    C (2018) 5949.
(6)    COM (2018) 637.
(7)    Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(8)    Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/234 tal-14 ta' Frar 2018 rigward it-tisħiħ tan-natura Ewropea u t-tmexxija effiċjenti tal-elezzjonijiet 2019 lill-Parlament Ewropew (ĠU L 45 tas-17 ta’ Frar 2018, p. 40).
(9)    COM(2018) 235 final.
(10)    COM (2017) 10 final.
(11)    Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (id-Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p.37).
(12)     https://europa.eu/european-union/sites/europaeu/files/docs/body/consolidated_version_of_the_treaty_establishing_the_european_atomic_energy_community_mt.pdf  
(13)    ĠU C , , p. .
(14)    ĠU C , , p. .
(15)    Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi (ĠU L317, 4.11.2014, p.1).
(16)    Ir-Regolament Nru 31 (KEE), 11 (KEEA), li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Komunità Ekonomika Ewropea u tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU P 045, 14.6.1962, p. 1385)
(17)    Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data), (ĠU L 119, 4.5. 2016, p. 1).
(18)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(19)    Id-dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regalament Finanzjarju huma aċċessibbli fi-sit BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/EN/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx .
(20)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(21)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(22)    Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(23)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Issostitwixxi “N” bl-ewwel sena tal-bidu tal-implimentazzjoni (pereżempju: 2021). L-istess għas-snin ta’ wara.
(24)    L-outputs huma prodotti u servizzi li ser jingħataw (eż.: għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, numru ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(25)    Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Objettiv(i) speċifiku/ċi...”
(26)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Issostitwixxi “N” bl-ewwel sena tal-bidu tal-implimentazzjoni (pereżempju: 2021). L-istess għas-snin ta’ wara.
(27)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Issostitwixxi “N” bl-ewwel sena tal-bidu tal-implimentazzjoni (pereżempju: 2021). L-istess għas-snin ta’ wara.
(28)    Ara l-Artikoli 11 u 17 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020.
(29)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20 % tal-kostijiet tal-ġbir.