|
9.2.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 36/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 119/2008
tas-7 ta’ Frar 2008
dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti merkanziji fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni tad-Dwana (1), u b’mod partikolari Artiklu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Sabiex tkun garantita l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jkunu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-merkanzija li tissemma’ fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 iddefinixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli jgħoddu wkoll għal kull nomenklatura oħra li hija kompletament jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid magħha xi subdivizjoni oħra u li hija mwaqqfa fuq proviżjonijiet speċifiċi tal-Komunita’, bil-ħsieb li tkun applikata tariffa u miżuri oħra relatati mal-kummerċ fil-merkanzija. |
|
(3) |
Konformi ma’ dawk ir-regoli ġenerali, il-merkanzija deskritta fil-kolonna nru 1 ta’ l-iskeda mniżżla fl-Anness għandha tkun ikklassifikata fil-kodiċi NM indikata fil-kolonna nru 2, minħabba fir-raġunijiet imniżżla fil-kolonna nru 3 ta’ dik l-iskeda. |
|
(4) |
Huwa xieraq li ssir kundizzjoni li informazzjoni fuq tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta’ l-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni tal-merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda iżda li ma taqbilx ma’ dan ir-Regolament tista', għal perijodu ta’ tliet xhur, tkompli tkun invokata mid-detentur, taħt Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi tad-Dwana tal-Komunità (2). |
|
(5) |
Il-miżuri li huma pprovduti f’dan il-Regolament jaqblu mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi tad-Dwana, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artiklu 1
Il-merkanzija deskritta fil-kolonna nru 1 ta’ l-iskeda mniżżla fl-Anness għandha tkun ikklassifikata fin-Nomenklatura Magħquda fil-kodiċi NM indikat fil-kolonna nru 2 ta’ dik l-iskeda.
Artiklu 2
Informazzjoni fuq tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta’ l-Istati Membri, li mhix skond dan ir-Regolament, tista’ tkompli tkun invokata għal perijodu ta’ tliet xhur skond Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.
Artiklu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Frar 2008.
Għall-Kummissjoni
László KOVÁCS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1352/2007 (ĠU L 303, 21.11.2007, p. 3).
(2) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
ANNESS
|
Deskrizzjoni ta’ l-oġġetti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi-NM) |
Raġunijiet |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
Apparat għat-tneħħija tax-xagħar u għat-trattament tal-ġilda li jaħdem permezz ta’ teknoloġija b'dawl bil-pulsi intensivi (IPL) u li għandu d-dimensjonijiet li ġejjin: 34,5 (T) × 30,5 (W) × 50,5 (F) ċm u piż ta’ 25 kg. L-apparat huwa ddisinjat għat-tneħħija tax-xagħar u għat-trattament tal-ġilda li jvarja minn tixtil purament kosmetiku sat-tneħħija ta’ marki ta’ l-età, pigmentazzjoni mhux uniformi u ħjut tal-vini. Dan huwa użat fi ħwienet ta’ sbuħija. L-apparat għandu mutur elettriku għat-tberrid; il-mutur m’għandux rwol fit-tneħħija tax-xagħar jew fil-proċess tat-trattament tal-ġilda. |
8543 70 90 |
Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u l-kliem tal-kodiċi NM 8543 , 8543 70 u 8543 70 90 . Billi l-proċess tat-tneħħija tax-xagħar huwa permezz ta’ teknoloġija IPL u mhux permezz ta’ qbid tax-xagħar u l-qlugħ 'il barra mill-għerq b’mutur elettriku involut f’dan il-proċess, klassifikazzjoni f’titlu 8510 bħala apparat għat-tneħħija tax-xagħar b’mutur elettriku minnu nnifisu, hija eskluża (ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8510 ). Il-klassifikazzjoni f’titlu 9018 bħala strument jew apparat mediku hija wkoll eskluża għaliex l-apparat ma jipprovdix trattament mediku u mhuwiex użat fil-prattika professjonali (ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 9018 ). L-apparat għandu jkun klassifikat f’titlu 8543 għax huwa apparat ta’ l-elettriku b'funzjoni individwali, mhux speċifikat jew inkluż xi mkien ieħor f’Kapitlu 85. |