|
26.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 354/22 |
LINJA GWIDA (UE) 2020/1552 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-14 ta’ Ottubru 2020
li temenda l-Linja Gwida BĊE/2013/23 dwar l-istatistika tal-finanzi tal-gvern (BĊE/2020/50)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’ mod partikolari l-Artikolu 5.1 u 5.2, u l-Artikoli 12.1 u 14.3 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009 tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura tal-iżbilanċ eċċessiv anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (1),
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea ta’ kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (2),
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-valutazzjoni tal-kwalità tad-data fil-qasam tal-istatistika dwar il-finanzi tal-gvern (GFS) titwettaq skont il-Qafas tal-Kwalità tal-Istatistika tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), u tinkludi rapport regolari ppreżentati mill-Bord Eżekuttiv lill-Kunsill Governattiv tal-BĊE. Il-monitoraġġ tal-kwalità tad-data huwa kritiku u għandu jsir b’mod tempestiv. |
|
(2) |
Madankollu, għandu jinkiseb il-bilanċ ġust bejn il-bżonn ta’ monitoraġġ u l-frekwenza tar-rapportar tal-informazzjoni relevanti lill-Kunsill Governattiv. Għaldaqstant, jenħtieġ li tiġi aġġornata l-frekwenza li biha l-Bord Eżekuttiv jirrapporta dwar il-kwalità tal-GFS lill-Kunsill Governattiv. Sabiex tkun tista’ ssir analiżi tal-kwalità, l-ewwel rapport skont din il-Linja Gwida għandu jiġi ppreżentat mill-Bord Eżekuttiv lill-Kunsill Governattiv sat-30 ta’ Ġunju 2023. |
|
(3) |
Meta jiġu identifikati kwistjonijiet serji tal-kwalità tad-data, ikun xieraq li l-Bord Eżekuttiv jingħata l-faċilità li jipprovdi dawk ir-rapporti addizzjonali li jidhirlu li huma meħtieġa lill-Kunsill Governattiv. Għall-istess raġuni, huwa xieraq ukoll li jiġi pprovdut li l-Bord Eżekuttiv huwa kapaċi jeżerċita din id-diskrezzjoni kemm jista’ jkun malajr. |
|
(4) |
F’dawn l-aħħar snin, ħarġu għodda ġodda ta’ monitoraġġ. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi aġġornat l-ambitu tal-valutazzjonijiet li għandhom jitwettqu fil-kuntest tal-monitoraġġ u r-rapportar tal-kwalità tad-data. |
|
(5) |
Għalhekk, il-Linja Gwida 2014/2/UE tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/23) (4) għandha tiġi emendata f’dan is-sens, |
ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:
Artikolu 1
Emendi
Il-Linja Gwida BĊE/2013/23 hija emendata kif ġej:
|
1. |
fl-Artikolu 7, il-paragrafi 2 u 3 huma ssostitwiti b’dan li ġej:
|
|
2. |
fl-Artikolu 7, huwa miżjud il-paragrafu 4 li ġej:
|
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni
1. Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.
2. Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jikkonformaw ma’ din il-Linja Gwida mill-1 ta’ Lulju 2021. Madankollu, għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 1(2) ta’ din il-Linja Gwida mill-jum tan-notifika tagħha lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.
Artikolu 3
Destinatarji
Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.
Magħmul fi Frankfurt am Main, l-14 ta’ Ottubru 2020.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) ĠU L 145, 10.6.2009, p. 1.
(2) ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1.
(3) ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.
(4) Linja gwida 2014/2/UE tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-25 ta’ Lulju 2013 dwar l-istatistika tal-finanzi tal-gvern (BĊE/2013/23) (ĠU L 2, 7.1.2014, p. 12).