European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/7276

4.12.2024

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11625 – EPCG / IDS)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/7276)

1.   

Fis-26 ta’ Novembru 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

EP Group, a.s. (“EPCG”, ir-Repubblika Ċeka), ikkontrollat mis-Sur Daniel Křetínsky, ċittadin tar-Repubblika Ċeka,

—

International Distribution Services Plc (“IDS”, ir-Renju Unit).

EPCG se takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ IDS.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fid-29 ta’ Mejju 2024.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

EPCG hija kumpanija azzjonarja ta’ investiment ikkontrollata mis-Sur Křetínský. Is-Sur Křetínský għandu interessi f’kumpaniji attivi madwar l-Ewropa f’setturi bħall-enerġija, l-infrastruttura, l-ikel, il-loġistika, il-midja, u l-kummerċ elettroniku,

—

IDS hija l-kumpanija azzjonarja tar-Royal Mail Group li tipprovdi servizzi postali u ta’ konsenja fir-Renju Unit u ta’ General Logistics Systems B.V., fornitur internazzjonali ta’ servizzi ta’ konsenja ta’ pakketti żgħar.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.11625 – EPCG / IDS

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/7276/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)