European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2023/476

25.10.2023

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11269 — TA ASSOCIATES / WARBURG PINCUS / EPASSI)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2023/476)

1.   

Fit-17 ta’ Ottubru 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

TA Associates Management, L.P. (“TA Associates”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

Warburg Pincus LLC (“Warburg Pincus”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

Epassi Group Oy (“Epassi”, il-Finlandja).

TA Associates u Warburg Pincus se jakkwistaw kontroll bi sħab ta’ Epassi fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

TA Associates hija kumpanija globali ta’ ekwità privata ffukata fuq setturi fit-teknoloġija, il-kura tas-saħħa, is-servizzi finanzjarji, is-servizzi tal-konsumatur u tan-negozju fl-Amerka ta’ Fuq, l-Ewropa u l-Asja,

—

Warburg Pincus hija kumpanija globali ta’ ekwità privata. Il-kumpaniji tal-portafoll tagħha huma attivi f’varjetà ta’ setturi, fosthom l-enerġija, is-servizzi finanzjarji, il-kura tas-saħħa, is-servizzi industrijali u tan-negozju, it-teknoloġija, il-media u t-telekomunikazzjonijiet,

—

Epassi, bil-kwartieri ġenerali fil-Finlandja, tipprovdi soluzzjonijiet ta’ pagament mobbli fil-Finlandja, l-Iżvezja, l-Italja, u r-Renju Unit prinċipalment għall-forniment ta’ benefiċċji u servizzi oħra, li jippermettu lill-utenti jirċievu, jaċċessaw u jifdu f’applikazzjoni waħda, is-servizzi rilevanti, bħal benefiċċji għall-ikel, sħubijiet tal-ġinnasju, passes tat-trasport pubbliku, kura tas-saħħa privata, eċċ.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11269 — TA ASSOCIATES / WARBURG PINCUS / EPASSI

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/476/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)