|
23.8.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 218/17 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1420
tat-22 ta’ Awwissu 2022
dwar l-awtorizzazzjoni tal-aċidu L-glutamiku u tal-glutamat tal-monosodju prodotti mill-Corynebacterium glutamicum NITE BP-01681 bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-aċidu L-glutamiku u tal-glutamat tal-monosodju prodotti mill-Corynebacterium glutamicum NITE BP-01681. Flimkien ma’ dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-aċidu L-glutamiku u tal-glutamat tal-monosodju prodotti mill-Corynebacterium glutamicum NITE BP-01681 bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, biex jiġu kklassifikati fil-kategoriji “addittivi nutrittivi” u “addittivi sensorjali”. |
|
(4) |
L-applikant talab li l-addittiv tal-għalf jiġi awtorizzat għall-użu wkoll fl-ilma tax-xorb. Madankollu, ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 ma jippermettix l-awtorizzazzjoni ta’ “komposti aromatizzanti” għall-użu fl-ilma tax-xorb. Għalhekk, l-użu tal-glutamat tal-monosodju prodott mill-Corynebacterium glutamicum KCCM 80188 fl-ilma tax-xorb jenħtieġ ma jkunx permess. Il-fatt li l-użu tal-addittiv mhuwiex awtorizzat bħala aromatizzant fl-ilma tax-xorb ma jipprekludix l-użu tiegħu fl-għalf kompost amministrat mal-ilma. |
|
(5) |
Fl-opinjoni tagħha tas-26 ta’ Jannar 2022 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, l-aċidu L-glutamiku u l-glutamat tal-monosodju prodotti mill-Corynebacterium glutamicum NITE BP-01681 ma għandhomx effetti avversi fuq is-saħħa tal-annimali, is-sikurezza tal-konsumaturi jew fuq l-ambjent. Ikkonkludiet ukoll li dawn is-sustanzi la huma kkunsidrati bħala irritanti għall-ġilda jew għall-għajnejn, u lanqas sensitizzaturi tal-ġilda, iżda huma kkunsidrati bħala riskju mill-inalazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa sabiex jiġu evitati effetti avversi fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittiv. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li dawn is-sustanzi għandhom il-potenzjal li jkunu effikaċi bħala addittivi nutrittivi u bħala komposti aromatizzanti fl-għalf. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodi ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf, li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(6) |
Il-valutazzjoni tal-aċidu L-glutamiku u tal-glutamat tal-monosodju prodotti mill-Corynebacterium glutamicum NITE BP-01681 turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta’ dawn is-sustanzi jenħtieġ li jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(7) |
Jenħtieġ li jiġu previsti restrizzjonijiet u kundizzjonijiet biex ikun hemm kontroll aħjar. B’mod partikolari, jenħtieġ li jiġi indikat kontenut rakkomandat fuq it-tikketta tal-addittiv tal-għalf. Meta dan il-kontenut jinqabeż, jenħtieġ li ċerta informazzjoni tiġi indikata fuq it-tikketta tat-taħlitiet lesti minn qabel. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Is-sustanzi speċifikati fl-Anness, li jaqgħu taħt il-kategorija ta’ addittivi “addittivi nutrittivi” u l-grupp funzjonali “amminoaċidi, l-imlieħ u l-analogi tagħhom”, huma awtorizzati bħala addittivi fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.
2. Is-sustanzi speċifikati fl-Anness, li jaqgħu taħt il-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorjali” u l-grupp funzjonali “komposti aromatizzanti”, huma awtorizzati bħala addittivi fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Awwissu 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) EFSA Journal 2022;20(3):7156.
ANNESS
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija tal-annimali |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||
|
mg ta’ sustanza attiva/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija: addittivi nutrittivi Grupp funzjonali: amminoaċidi, l-imlieħ u l-analogi tagħhom |
||||||||||||||||||||||||||||
|
2b620i |
Aċidu L-glutamiku |
Kompożizzjoni tal-addittiv Aċidu L-glutamiku Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Aċidu L-glutamiku prodott mill-Corynebacterium glutamicum NITE BP-01681 Purità: ≥ 98 % Formula kimika: C5H9O4N Numru CAS: 56-86-0 Numru EINECS: 200-293-7 Metodu analitiku (1) Għall-identifikazzjoni tal-aċidu L-glutamiku fl-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tal-aċidu glutamiku fl-addittiv tal-għalf:
Għad-determinazzjoni tal-aċidu L-glutamiku fit-taħlitiet lesti minn qabel:
Għall-kwantifikazzjoni tal-aċidu L-glutamiku fl-għalf:
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
- |
- |
- |
|
It-12 ta’ Settembru 2032 |
||||||||||||||||||||
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija tal-annimali |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||
|
mg ta’ sustanza attiva/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija: Addittivi sensorjali Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
||||||||||||||||||||||||||||
|
2b620i |
Aċidu L-glutamiku |
Kompożizzjoni tal-addittiv Aċidu L-glutamiku Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Aċidu L-glutamiku prodott mill-Corynebacterium glutamicum NITE BP-01681 Purità: ≥ 98 % Formula kimika: C5H9O4N Numru CAS: 56-86-0 Numru EINECS: 200-293-7 Metodu analitiku (2) Għall-identifikazzjoni tal-aċidu L-glutamiku fl-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tal-aċidu glutamiku fl-addittiv tal-għalf:
Għad-determinazzjoni tal-aċidu L-glutamiku fit-taħlitiet lesti minn qabel:
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
- |
- |
- |
|
It-12 ta’ Settembru 2032 |
||||||||||||||||||||
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija tal-annimali |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||
|
mg ta’ sustanza attiva/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija: addittivi nutrittivi Grupp funzjonali: amminoaċidi, l-imlieħ u l-analogi tagħhom |
||||||||||||||||||||||||||||
|
2b621ii |
Glutamat tal-monosodju |
Kompożizzjoni tal-addittiv Glutamat tal-monosodju Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Glutamat tal-monosodju prodott mill-Corynebacterium glutamicum NITE BP-01681 Purità: ≥ 99 % Formula kimika: C5H8NaNO4·H2O Numru CAS: 6106-04-3 Numru EINECS: 205-538-1 Metodu analitiku (3) Għall-identifikazzjoni tal-L-glutamat tal-monosodju fl-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tal-glutamat tal-monosodju fl-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tal-glutamat tal-monosodju fit-taħlitiet lesti minn qabel:
Għall-kwantifikazzjoni tal-glutamat tal-monosodju fl-għalf:
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
- |
- |
- |
|
It-12 ta’ Settembru 2032 |
||||||||||||||||||||
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija tal-annimali |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||
|
mg ta’ sustanza attiva/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija: Addittivi sensorjali Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
||||||||||||||||||||||||||||
|
2b621ii |
Glutamat tal-monosodju |
Kompożizzjoni tal-addittiv Glutamat tal-monosodju Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Glutamat tal-monosodju prodott mill-Corynebacterium glutamicum NITE BP-01681 Purità: ≥ 99 % Formula kimika: C5H8NaNO4·H2O Numru CAS: 6106-04-3 Numru EINECS: 205-538-1 Metodu analitiku (4) Għall-identifikazzjoni tal-L-glutamat tal-monosodju fl-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tal-glutamat tal-monosodju fl-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tal-glutamat tal-monosodju fit-taħlitiet lesti minn qabel:
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
- |
- |
- |
|
It-12 ta’ Settembru 2032 |
||||||||||||||||||||
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
(2) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
(3) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
(4) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en