|
31.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 88/133 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tat-22 ta' April 2008
dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2006
(2009/206/KE)
IL-PARLAMENT EWROPEW,
wara li kkunsidra l-kontijiet finali annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2006 (1),
wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru (2),
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),
wara li kkunsidra t-Trattat tal-KE, u b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (4), u b'mod partikulari l-Artikolu 23 tiegħu,
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,
wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A6-0117/2008),
|
1. |
Jinnota li l-kontijiet finali annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri; |
|
2. |
Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2006; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jagħmel l-arranġamenti għall-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L). |
Il-President
Hans-Gert PÖTTERING
Is-Segretarju Ġenerali
Harald RØMER
(1) ĠU C 261, 31.10.2007, p. 49.
(2) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 99.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.