<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-659/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0659</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:201">EU:C:2020:201</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20200312">12.3.2020</DATE> – Kawża C‑659/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">VW (Dritt ta’ aċċess għal avukat fil-każ ta’ nuqqas ta’ dehra)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20200312">12 ta’ Marzu 2020</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2013/48/UE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 3(2)</KEYWORD><KEYWORD>Dritt ta’ aċċess għal avukat</KEYWORD><KEYWORD>Ċirkustanzi li fihom id-dritt ta’ aċċess għal avukat għandu jiġi żgurat</KEYWORD><KEYWORD>Nuqqas ta’ dehra</KEYWORD><KEYWORD>Derogi mid-dritt ta’ aċċess għal avukat</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑659/18,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari taħt l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Juzgado de Instrucción n. 4 de Badalona (il-Qorti Istruttorja Nru 4 ta’ Badalona, Spanja), permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20181019">19 ta’ Ottubru 2018</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20181022">22 ta’ Ottubru 2018</DATE>, fil-proċedura kriminali kontra</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><P><HT TYPE="BOLD">VW,</HT></P></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn A. Arabadjiev, President tal-Awla, P. G. Xuereb u T. von Danwitz (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Bobek,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn M. J. Ruiz Sánchez u J. García-Valdecasas Dorrego, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn S. Pardo Quintillán kif ukoll minn R. Troosters, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-<DATE ISO="20191107">7 ta’ Novembru 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2013/48/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20131022">22 ta’ Ottubru 2013</DATE> dwar id-dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta’ avukat fi proċedimenti kriminali u fi proċedimenti ta’ mandat ta’ arrest<?PAGE NO="2"?> Ewropew, u dwar id-dritt li tiġi infurmata parti terza dwar iċ-ċaħda tal-libertà u d-dritt għal komunikazzjoni ma’ partijiet terzi u mal-awtoritajiet konsulari, matul iċ-ċaħda tal-libertà (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="294" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 294, p. 1</REF.DOC.OJ>), kif ukoll tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali mibdija kontra VW għal reati ta’ sewqan mingħajr liċenzja u ta’ falsifikazzjoni ta’ kitba.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 4, 6, 19, 30 sa 32 tad-Direttiva 2013/48 jistabbilixxu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>(4)</NO.P><TXT>L-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ deċiżjonjiet f’materji kriminali tippresupponi li l-Istati Membri jafdaw fis-sistemi tal-ġustizzja kriminali ta’ xulxin. Il-punt sa fejn jasal ir-rikonoxximent reċiproku jiddependi ħafna minn għadd ta’ fatturi, li jinkludu mekkaniżmi għas-salvagwardja tad-drittijiet ta’ persuni suspettati jew akkużati u standards minimi komuni meħtieġa biex jiffaċilitaw l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(6)</NO.P><TXT>Ir-rikonoxximent reċiproku ta’ deċiżjonijiet f’materji kriminali jista’ jopera b’mod effettiv biss fi spirtu ta’ fiduċja li fih mhux biss l-awtoritajiet ġudizzjarji, iżda l-atturi kollha fil-proċess kriminali jikkunsidraw deċiżjonijiet ta’ awtoritajiet ġudizzjarji ta’ Stati Membri oħra bħala ekwivalenti għal tagħhom, li timplika mhux biss fiduċja fl-adegwatezza tar-regoli ta’ Stati Membri oħra, iżda wkoll fiduċja li dawk ir-regoli huma applikati b’mod korrett. It-tisħiħ ta’ fiduċja reċiproka jeħtieġ regoli dettaljati dwar il-protezzjoni tad-drittijiet u garanziji proċedurali li jirriżultaw mill-Karta, mill-[Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet, iffirmata f’Ruma fl-<DATE ISO="19501104">4 ta’ Novembru 1950</DATE>] u mill-[Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili, adottat mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet fis-<DATE ISO="19661216">16 ta’ Diċembru 1966</DATE> u li daħal fis-seħħ fit-<DATE ISO="19760323">23 ta’ Marzu 1976</DATE>]. Jeħtieġ ukoll, permezz ta’ din id-Direttiva u permezz ta’ miżuri oħra, żvilupp ulterjuri fl-Unjoni [Ewropea] tal-istandards minimi stipulati fil-Karta u l-KEDB.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(19)</NO.P><TXT>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuni suspettati jew akkużati jkollhom id-dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta’ avukat mingħajr dewmien żejjed f’konformità ma’ din id-Direttiva. Fi kwalunkwe każ, persuni suspettati jew akkużati għandhom jingħataw aċċess għas-servizzi ta’ avukat matul proċedimenti kriminali quddiem qorti, jekk ma jkunux irrinunzjaw dak id-dritt.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(30)</NO.P><TXT>F’każijiet ta’ distanza ġeografika ‘l bogħod tal-persuna suspettata jew akkużata, bħal f’territorji extra-Ewropej jew fejn l-Istat Membru jwettaq jew jipparteċipa f’operazzjonijiet militari barra mit-territorju tiegħu, l-Istati Membri jistgħu jidderogaw temporanjament mid-dritt tal-persuna suspettata jew akkużata li jkollha aċċess għas-servizzi ta’ avukat mingħajr dewmien żejjed wara ċ-ċaħda tal-libertà. […]</TXT></NP></CONSID><?PAGE NO="3"?><CONSID><NP><NO.P>(31)</NO.P><TXT>L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jidderogaw temporanjament mid-dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta’ avukat fil-fażi ta’ qabel il-kawża fejn ikun hemm ħtieġa, f’każijiet ta’ urġenza, li jiġu evitati konsegwenzi negattivi serji għall-ħajja, il-libertà jew l-integrità fiżika ta’ persuna. […] Kwalunkwe abbuż minn din id-deroga fil-prinċipju jippreġudika b’mod irreparabbli d-drittijiet tad-difiża.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(32)</NO.P><TXT>L-Istati Membri għandhom ukoll ikunu jistgħu jidderogaw temporanjament mid-dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta’ avukat fil-fażi ta’ qabel il-kawża fejn l-azzjoni immedjata mill-awtoritajiet investigattivi tkun imperattiva sabiex jiġi evitat lil-proċedimenti kriminali jiġu pperikolati b’mod sostanzjali, b’mod partikolari biex jiġu evitati l-qerda jew it-tibdil tal-evidenza essenzjali, jew biex tiġi evitata interferenza max-xhieda. […] Kwalunkwe abbuż minn din id-deroga fil-prinċipju jippreġudika b’mod irreparabbli d-drittijiet tad-difiża.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Suġġett<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli minimi dwar id-drittijiet tal-persuni suspettati jew akkużati fi proċedimenti kriminali u tal-persuni soġġetti għal proċedimenti skont id-Deċiżjoni Kwadru [tal-Kunsill 2002/584/JHA tat-<DATE ISO="20020613">13 ta’ Ġunju 2002</DATE> fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34)] […] li jkollhom aċċess għas-servizzi ta’ avukat, id-dritt li tiġi infurmata parti terza biċ-ċaħda tal-libertà, u d-dritt għal komunikazzjoni ma’ partijiet terzi u mal-awtoritajiet konsulari matul iċ-ċaħda tal-libertà.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Kamp ta’ Applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jipprevedi fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Din id-Direttiva tapplika għal persuni suspettati jew akkużati fi proċedimenti kriminali mill-mument meta dawn jiġu infurmati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru, b’notifika uffiċjali jew b’mod ieħor, li huma suspettati jew akkużati li jkunu wettqu reat kriminali, u irrispettivament minn jekk ikunux miċħuda mil-libertà. Din tapplika sal-konklużjoni tal-proċedimenti, li huwa mifhum li tfisser id-determinazzjoni finali tal-kwistjoni jekk il-persuna suspettata jew akkużata tkunx wettqet ir-reat, inkuż fejn applikabbli, l-għoti ta’ sentenza u r-riżoluzzjoni ta’ kwalunkwe appell.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-istess direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Id-dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta’ avukat fi proċedimenti kriminali<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni suspettati u akkużati jkollhom id-dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta’ avukat f’ħin u b’mod li l-persuni konċernati jkunu jistgħu jeżerċitaw d-drittijiet tagħhom ta’ difiża b’mod prattiku u b’mod effettiv.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-persuni suspettati jew akkużati għandu jkollhom aċċess għas-servizzi ta’ avukat mingħajr dewmien żejjed. Fi kwalunkwe każ, il-persuni suspettati jew akkużati għandu jkollhom id-dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta’ avukat mill-mument l-aktar qrib minn dawn li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>qabel ma jiġu interrogati mill-pulizija jew minn awtorità oħra tal-infurzar tal-liġi jew ġudizzjarja;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>mat-twettiq minn awtorità ta’ investigazzjoni jew awtorità kompetenti oħra ta’ att investigattivi jew att ieħor ta’ ġbir ta’ provi skont il-punt (c) tal-paragrafu 3;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>mingħajr dewmien żejjed wara ċ-ċaħda tal-libertà;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>fejn ġew imħarrka biex jidhru quddiem qorti li għandha ġurisdizzjoni f’materji kriminali, fi żmien debitu qabel ma jidhru quddiem dik il-qorti.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><?PAGE NO="4"?><PARAG IDENTIFIER="003.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Id-dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta’ avukat għandu jimplika dan li ġej:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuna suspettata jew akkużata jkollha d-dritt li tiltaqa’ fil-privat u tikkomunika mal-avukat li jirrappreżentaha, inkluż qabel interrogazzjoni mill-pulizija jew minn awtorità oħra tal-infurzar tal-liġi jew awtorità ġudizzjarja;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuna suspettata jew akkużata jkollha d-dritt li l-avukat tagħha jkun preżenti u jipparteċipa b’mod effettiv meta hija tiġi interrogata. Tali parteċipazzjoni għandha tkun konformi mal-proċeduri taħt il-liġi nazzjonali, dment li tali proċeduri ma jippreġudikawx l-eżerċizzju effettiv u l-essenza tad-dritt konċernat. Fejn avukat jipparteċipa matul interrogazzjoni, il-fatt li saret tali parteċipazzjoni għandu jiġi rreġistrat bl-użu tal-proċedura ta’ reġistrar f’konformità mal-liġi tal-Istat Membru konċernat;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>għandhom, minn tal-inqas, ikollhom id-dritt li l-avukat tagħhom jattendi għall-avvenimenti investigattivi jew l-attita’ ġbir ta’ provi li ġejjin,fejn dawk l-atti huma previsti fil-liġi nazzjonali u jekk il-persuna suspettata jew akkużata hija meħtieġa jew permessa li tattendi l-att konċernat:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>ringieli ta’ persuni għall-identifikazzjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ii)</NO.P><TXT>konfrontazzjonijiet;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(iii)</NO.P><TXT>rikostruzzjonijiet sperimentali tax-xena tar-reat kriminali.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jimpenjaw ruħhom li jagħmlu l-informazzjoni ġenerali disponibbli biex jagħmluha faċli għall-persuni suspettati jew akkużati li jsibu avukat.</ALINEA><ALINEA>Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali dwar il-preżenza obbligatorja ta’ avukat, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa biex jiżguraw li l-persuni suspettati jew akkużati li jinċaħdu mil-libertà tagħhom ikunu f’pożizzjoni li jeżerċitaw b’mod effettiv id-dritt tagħhom ta’ aċċess għas-servizzi ta’ avukat, sakemm ma jkunux irrinunzjaw dak id-dritt f’konformità mal-Artikolu 9.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Huwa f’ċirkostanzi eċċezzjonali u biss fl-istadju ta’ qabel il-kawża li l-Istati Membri jistgħu jidderogaw temporanjament mill-applikazzjoni tal-punt (c) tal-paragrafu 2 fejn id-distanza ġeografikament ’il bogħod ta’ persuna suspettata jew akkużata tagħmilha impossibbli li jiġi żgurat id-dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta’ avukat mingħajr dewmien żejjed wara li persuna tkun inċaħdet mil-libertà tagħha.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA><P>F’ċirkostanzi eċċezzjonali u biss fl-istadju ta’ qabel il-kawża, l-Istati Membri jistgħu jidderogaw temporanjament mill-applikazzjoni tad-drittijiet previsti fil-paragrafu 3 sakemm dan ikun iġġustifikat fiċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ, abbażi ta’ waħda mir-raġunijiet konvinċenti li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>fejn hemm ħtieġa urġenti li jkunu evitati konsegwenzi negattivi serji għall-ħajja, il-libertà jew l-integrità fiżika ta’ persuna;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>fejn l-azzjoni immedjata mill-awtoritajiet investigattivi tkun essenzjali biex jiġu evitati li l-proċedimenti kriminali jiġu pperikolati b’mod sostanzjali.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 tad-Direttiva 2013/48 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="008.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Kwalunkwe deroga temporanja skont l-Artikolu 3(5) jew (6) jew skont l-Artikolu 5(3):</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>għandha tkun proporzjonata u ma tmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>għandha tkun strettament limitata biż-żmien;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>ma għandhiex tkun ibbażata esklużivament fuq it-tip ta’ reat allegat jew fuq il-gravità tiegħu; u</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="5"?><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>ma għandhiex tippreġudika l-ekwità kumplessiva tal-proċedimenti.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="008.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Derogi temporanji skont l-Artikolu 3(5) jew (6) jistgħu jiġu awtorizzati biss b’deċiżjoni debitament motivata meħuda skont il-każ, jew minn awtorità ġudizzjarja, jew minn awtorità kompetenti oħra bil-kondizzjoni li dik id-deċiżjoni tista’ tkun soġġetta għal stħarriġ ġudizzjarju. Id-deċiżjoni debitament motivata għandha tiġi rreġistrata skont il-proċedura ta’ reġistrar skont il-liġi tal-Istat Membru konċernat.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="008.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Id-derogi temporanji skont l-Artikolu 5(3) jistgħu jiġu awtorizzati biss każ b’każ, minn awtorità ġudizzjarja jew minn awtorità kompetenti oħra bil-kondizzjoni li d-deċiżjoni tista’ tkun soġġetta għal stħarriġ ġudizzjarju.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Spanjol</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 24 tal-Constituciόn (il-Kostituzzjoni) jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="024.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Kull persuna għandha d-dritt għall-protezzjoni effettiva tal-imħallfin u tal-qrati fl-eżerċizzju tad-drittijiet u interessi leġittimi tagħha, mingħajr ma qatt jistgħu jiġu ppreġudikati d-drittijiet tad-difiża tagħha.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="024.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Bl-istess mod, kull persuna għandha d-dritt ta’ aċċess għal qorti ordinarja ddeterminata mil-liġi, għal difiża u għal assistenza minn avukat, li tiġi informata bl-akkużi miġjuba kontra tagħha, għal smigħ pubbliku mingħajr dewmien żejjed u bil-garanziji kollha, għall-użu ta’ provi rilevanti għad-difiża tagħha, li ma tinkriminax ruħha, li twieġeb mhux ħatja, u għall-preżunzjoni tal-innoċenza. […]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 118 tal-Ley de Enjuiciamiento Criminal (il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali), kif emendat bil-Ley Orgánica 13/2015 de modificación de la Ley de Enjuiciamiento Criminal para el fortalecimiento de las garantías procesales y la regulación de las medidas de investigación tecnológica (il-Liġi Organika 13/2015 dwar l-Emenda tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali bl-Għan li Jissaħħu l-Garanziji Proċedurali u l-Leġiżlazzjoni tal-Miżuri ta’ Investigazzjoni Teknoloġika), tal-<DATE ISO="20151005">5 ta’ Ottubru 2015</DATE> (BOE Nru 239, tas-<DATE ISO="20151006">6 ta’ Ottubru 2015</DATE>, p. 90192) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="118.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Kull persuna akkużata b’reat punibbli tista’ teżerċita d-drittijiet tad-difiża tagħha billi tintervjeni fil-proċeduri, mill-mument meta tiġi informata bl-eżistenza tal-proċeduri, jew tkun tqiegħdet taħt arrest jew kienet suġġetta għal kull miżura kawtelatorja oħra jew tkun tqiegħdet taħt eżami u għal dan il-għan hija għandha tiġi informata mingħajr dewmien żejjed bl-eżistenza tad-drittijiet li ġejjin:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>id-dritt li jiġi studjat il-fajl fi żmien xieraq sabiex jiġu ggarantiti d-drittijiet tad-difiża u, fi kwalunkwe każ, qabel ma tinstema’;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>id-dritt li jiġi maħtur avukat liberament, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 527(1)(a);</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="118.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Id-drittijiet tad-difiża huma eżerċitati mingħajr limitazzjoni oħra minbarra dawk espressament previsti mil-liġi, sa mill-attribuzzjoni tal-fatt punibbli kriminalment li kien is-suġġett ta’ investigazzjoni sakemm tispiċċa l-piena […]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 527 tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="527.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 509, il-persuna li hija arrestata jew f’detenzjoni miżmuma taħt iżolament tista’ tiġi mċaħħda mid-drittijiet li ġejjin meta dan ikun iġġustifikat miċ-ċirkustanzi tal-każ:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>id-dritt li taħtar avukat tal-fiduċja tagħha.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>id-dritt ta’ aċċess dirett għall-fajl jew permezz tal-avukat tagħha, bl-esklużjoni tal-elementi essenzjali sabiex tkun tista’ tikkontesta l-legalità tad-detenzjoni tagħha.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20180420">20 ta’ April 2018</DATE>, il-pulizija ta’ Badalona (Spanja) ħarġet rapport għal allegat reat ta’ sewqan mingħajr liċenzja u ta’ falsifikazzjoni ta’ kitba fir-rigward ta’ VW, wara kontroll fit-triq li matulu l-persuna kkonċernata ppreżentat liċenzja tas-sewqan Albaniża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20180519">19 ta’ Mejju 2018</DATE>, il-perizja kkonkludiet li dan id-dokument kien falz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tal-<DATE ISO="20180611">11 ta’ Ġunju 2018</DATE>, il-Juzgado de Instrucción n. 4 de Badalona (il-Qorti Istruttorja Nru 4 ta’ Badalona, Spanja), adita fil-kuntest tal-proċedura kriminali mibdija kontra VW, iddeċidiet li tisma’ lil dan tal-aħħar. Ġie maħtur avukat <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> għal dan l-iskop. Wara li diversi taħrikiet biex il-persuna kkonċernata tidher quddiem il-qorti baqgħu ineffettivi, peress li dan tal-aħħar ma setax jiġi llokalizzat, inħareġ mandat ta’ arrest u ta’ akkumpanjament fil-konfront tiegħu fis-<DATE ISO="20180927">27 ta’ Settembru 2018</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20181016">16 ta’ Ottubru 2018</DATE>, avukata bagħtet, permezz ta’ faks, ittra li fiha ddikjarat li kienet qiegħda tintervjeni fil-proċedura għan-nom ta’ VW, flimkien ma’ mandat <HT TYPE="ITALIC">ad litem</HT> iffirmat u mal-ftehim ta’ trasferiment tal-fajl mogħti mill-avukat maħtur <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> tal-persuna kkonċernata. Hija talbet li l-atti proċedurali futuri jiġu indirizzati lilha u li jiġi rtirat il-mandat ta’ arrest maħruġ kontra l-klijent tagħha, filwaqt li indikat li dan tal-aħħar xtaq fi kwalunkwe każ jippreżenta ruħu quddiem il-qorti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Sa fejn VW ma deherx wara l-ewwel taħrika u huwa suġġett għal mandat ta’ arrest, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk il-benefiċċju tad-dritt ta’ aċċess tiegħu għal avukat jistax jiġi ttardjat sal-eżekuzzjoni ta’ dan il-mandat, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar id-drittijiet tad-difiża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, din il-qorti tesponi li din il-leġiżlazzjoni hija bbażata fuq l-Artikolu 24 tal-Kostituzzjoni u li, fil-qasam kriminali, id-drittijiet tad-difiża tal-persuna akkużata huma rregolati mill-Artikolu 118 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali. L-imsemmija qorti żżid li dawn id-dispożizzjonijiet huma interpretati mit-Tribunal Constitucional (il-Qorti Kostituzzjonali, Spanja) u mit-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema, Spanja), fis-sens li d-dritt ta’ aċċess għal avukat jista’ jkun suġġett għall-obbligu, għall-persuna akkużata, li tidher personalment quddiem il-qorti. B’mod partikolari, skont ġurisprudenza stabbilita tat-Tribunal Constitucional (il-Qorti Kostituzzjonali), il-benefiċċju ta’ tali dritt jista’ jiġi rrifjutat meta din il-persuna tkun assenti jew ikun impossibbli li tiġi lokalizzata. Skont din il-ġurisprudenza, id-dehra personali tal-persuna kkonċernata titqies bħala rekwiżit raġonevoli li ma għandux effett kunsiderevoli fuq id-drittijiet tad-difiża. Essenzjalment, il-preżenza tal-persuna akkużata hija obbligu. Din tista’ tkun neċessarja sabiex jiġu ċċarati l-fatti. Barra minn hekk, fil-każ ta’ assenza persistenti ta’ din il-persuna fl-għeluq tal-investigazzjoni, is-seduta ma tistax tinżamm u s-sentenza ma tkunx tista’ tingħata, b’tali mod li l-proċedura tiġi pparalizzata għad-detriment tal-individwi kkonċernati kif ukoll tal-interessi pubbliċi inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju tirrileva li l-imsemmija ġurisprudenza nżammet minkejja r-riforma li saret fl-2015, b’mod partikolari sabiex tiġi żgurata t-traspożizzjoni, fid-dritt Spanjol, tad-Direttiva 2013/48. Din il-qorti tosserva wkoll li, skont l-Artikolu 118 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali, id-dritt ta’ aċċess għal avukat huwa limitat biss fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 527 ta’ dan il-kodiċi, li huwa espressament iċċitat f’din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-qorti msemmija tistaqsi dwar il-portata tad-dritt ta’ aċċess għal-avukat previst f’din id-direttiva. B’mod partikolari, din għandha dubji dwar il-konformità tal-istess ġurisprudenza mal-Artikolu 3(2) tal-imsemmija direttiva u mal-Artikolu 47 tal-Karta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Juzgado de Instrucción n. 4 de Badalona (il-Qorti Istruttorja Nru 4 ta’ Badalona) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>L-Artikolu 47 tal-[Karta] u, b’mod partikolari, l-Artikolu 3(2) tad-[Direttiva 2013/48] għandhom jiġu interpretati fis-sens li d-dritt għas-servizzi ta’ avukat jista’ jiġi ttardjat b’mod ġustifikat jekk il-persuna ssuspettata jew akkużata ma tidhirx għall-ewwel taħrika tal-qorti u fejn ikun inħareġ mandat ta’ arrest nazzjonali, Ewropew jew internazzjonali, fejn is-servizzi ta’ avukat u l-intervent tiegħu fil-proċeduri jiġu ttardjati sakemm jiġi eżegwit il-mandat u l-pulizija tressaq lill-persuna ssuspettata quddiem il-qorti?<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fit-talba għal deċiżjoni preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju talbet l-applikazzjoni tal-proċedura mħaffa prevista fl-Artikolu 105(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja. Din it-talba ġiet miċħuda b’digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190118">18 ta’ Jannar 2019</DATE>, <NAME.CASE>VW (Dritt ta’ aċċess għal avukat fil-każ ta’ nuqqas ta’ dehra)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑659/18</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:45">EU:C:2019:45</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk id-Direttiva 2013/48, u b’mod partikolari l-Artikolu 3(2) tagħha, moqrija fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta, għandhiex tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, kif interpretata mill-ġurisprudenza nazzjonali, li tgħid li l-benefiċċju tad-dritt ta’ aċċess għal avukat jista’, matul il-fażi qabel il-proċedura kriminali, jiġi ttardjat minħabba l-assenza ta’ dehra tal-persuna ssuspettata jew tal-persuna akkużata, u dan wara li tkun saret taħrika għad-dehra quddiem qorti istruttorja, sal-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest nazzjonali maħruġ kontra l-persuna interessata.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-applikabbiltà tad-Direttiva 2013/48</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, għandu jiġi eżaminat qabel kollox jekk id-Direttiva 2013/48 hijiex applikabbli għas-sitwazzjoni ta’ persuna, bħal VW, li ġiet imħarrka sabiex tidher, diversi drabi, quddiem qorti istruttorja sabiex tinstema’ għall-ewwel darba fuq reati kriminali li hija ssuspettata li wettqet u li hija s-suġġett ta’ mandat ta’ arrest nazzjonali maħruġ għal dan il-għan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Gvern Spanjol jesprimi dubji dwar il-fatt li tali sitwazzjoni taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva. Dan il-gvern isostni li, sa fejn il-kwotazzjonijiet tal-persuna kkonċernata sabiex tidher baqgħu ineffettivi, din tal-aħħar ma ġietx informata li hija kienet issuspettata li wettqet reat kriminali, fis-sens tal-Artikolu 2(1) tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li d-Direttiva 2013/48 għandha l-għan, skont l-Artikolu 1 tagħha, li tiddefinixxi r-regoli minimi dwar id-drittijiet li jibbenefikaw minnhom il-persuni ssuspettati u l-persuni akkużati fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali, b’mod partikolari li jkollhom aċċess għal avukat. Il-kamp ta’<?PAGE NO="8"?> applikazzjoni ta’ din id-direttiva huwa ddefinit fl-Artikolu 2 tagħha, li jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu, li l-imsemmija direttiva tapplika għall-persuni ssuspettati jew għall-persuni akkużati fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali, mill-mument meta jiġu informati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru, permezz ta’ notifika uffiċjali jew b’kull mezz ieħor, li huma ssuspettati jew akkużati li wettqu reat kriminali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Minn naħa, persuna li ġiet imħarrka sabiex tidher quddiem qorti istruttorja, adita fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali mibdija għal reati kriminali li hija preżunta li wettqet, taqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>suspettat<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2013/48. Min-naħa l-oħra, il-kliem ta’ din id-dispożizzjoni, b’mod partikolari l-kliem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>għandhom ikunu informati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru, permezz ta’ notifika uffiċjali jew b’mezzi oħra<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, jindika li, għall-finijiet tal-applikabbiltà tad-Direttiva 2013/48, informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru tal-persuna kkonċernata hija biżżejjed, u dan ikun xi jkun il-metodu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Konsegwentement, għandha titqies bħala suffiċjenti, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 31 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-adozzjoni minn dawn l-awtoritajiet ta’ deċiżjoni uffiċjali jew kwalunkwe miżura proċedurali oħra intiża li tinforma lill-persuna kkonċernata li hija kkunsidrata bħala persuna suspettata jew akkużata, skont id-dritt nazzjonali. Min-naħa l-oħra, il-mezz li bih tali informazzjoni tasal għand dan tal-aħħar huwa irrilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mill-proċess ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta mingħajr ekwivoku mhux biss li tali deċiżjoni ġiet adottata fil-konfront ta’ VW, iżda wkoll li din waslet għand dan tal-aħħar, peress li dan ħatar avukata sabiex tirrappreżentah fil-kuntest tal-proċedura kriminali mibdija kontrih.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma jidhirx li d-dubji tal-Gvern Spanjol dwar l-applikabbiltà tad-Direttiva 2013/48 fil-kawża prinċipali huma fondati, fatt li madankollu għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq id-dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta’ avukat skont id-Direttiva 2013/48</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-dritt ta’ aċċess għal avukat previst mid-Direttiva 2013/48, moqrija fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta, għandu, qabel kollox, jiġi ppreċiżat li, skont l-indikazzjonijiet li jinsabu fit-talba għal deċiżjoni preliminari, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk il-benefiċċju ta’ dan id-dritt jistax jiġi ttardjat minħabba l-assenza ta’ dehra tal-persuna ssuspettata jew tal-persuna akkużata. Min-naħa l-oħra, din it-talba ma tirrigwardax il-kontenut tad-dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta’ avukat skont din id-direttiva, fosthom l-elementi msemmija fl-Artikolu 3(3) tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) tal-imsemmija direttiva jobbliga lill-Istati Membri li jiżguraw li l-persuni suspettati u l-persuni akkużati jkollhom id-dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta’ avukat f’terminu u skont il-modalitajiet li jippermettulhom li jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom b’mod konkret u effettiv (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180605">5 ta’ Ġunju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Kolev <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑612/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:392">EU:C:2018:392</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0103">103</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Għalkemm dan l-Artikolu 3(1) jistabbilixxi l-prinċipju fundamentali li jgħid li l-persuni ssuspettati u l-persuni akkużati għandhom id-dritt ta’ aċċess għal avukat f’terminu u skont il-modalitajiet li jippermettulhom jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom b’mod konkret u effettiv, dan il-prinċipju huwa ppreċiżat fil-paragrafu 2 tal-istess artikolu, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 40 tal-konklużjonijiet tiegħu, f’dak li jirrigwarda l-mument li minnu għandu jingħata dan id-dritt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(2) ta’ din id-direttiva, il-persuni suspettati u l-persuni akkużati għandu jkollhom aċċess għal avukat mingħajr dewmien indebitu u, fi kwalunkwe każ, minn meta jseħħ l-ewwel minn erba’ avvenimenti speċifiċi elenkati fil-punti (a) sa (d) ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Dan l-Artikolu 3(2) jipprovdi li l-persuni suspettati jew il-persuni akkużati għandhom aċċess għal avukat b’mod partikolari <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>qabel ma jiġu interrogati mill-pulizija jew minn awtorità oħra tal-infurzar tal-liġi jew ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, skont l-imsemmi Artikolu 3(2)(a) u, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>fejn ġew imħarrka biex jidhru quddiem qorti li għandha ġurisdizzjoni f’materji kriminali, fi żmien debitu qabel ma jidhru quddiem dik il-qorti<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, skont dan l-istess Artikolu 3(2)(d).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, il-persuna kkonċernata ġiet imħarrka sabiex tidher quddiem il-qorti tar-rinviju, kompetenti fil-qasam kriminali, sabiex tinstema’ dwar ir-reati kriminali li hija ssuspettata li wettqet. F’tali sitwazzjoni, id-dritt ta’ aċċess għal avukat tal-persuna suspettata fil-kuntest tal-proċedura kriminali mibdija kontriha għandu, bħala prinċipju, jiġi ggarantit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Il-premessa 19 tad-Direttiva 2013/48 tiddikjara barra minn hekk li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni ssuspettati jew akkużati jkollhom id-dritt li jkollhom aċċess għas-servizzi ta’ avukat, mingħajr dewmien indebitu, u, fi kwalunkwe każ, jekk ma jkunux irrinunzjaw għal dan id-dritt, li jibbenefikaw mill-aċċess għas-servizzi ta’ avukat matul il-proċeduri kriminali quddiem qorti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Wara dan, għandu sussegwentement jiġi ddeterminat jekk id-Direttiva 2013/48, moqrija fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta, tippermettix lill-Istati Membri jidderogaw mid-dritt ta’ aċċess għal avukat li, bħala prinċipju, għandu jiġi ggarantit lill-persuna ssuspettata li ġiet imħarrka sabiex tidher quddiem qorti istruttorja, minħabba l-assenza ta’ dehra tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva jipprevedi li deroga temporanja għad-dritt ta’ aċċess għal avukat stabbilit mid-direttiva msemmija hija possibbli fi tliet sensiliet ta’ ċirkustanzi, imsemmija, rispettivament, fl-Artikolu 3(5), fl-Artikolu 3(6)(a) u fl-Artikolu 3(6)(b) tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>L-imsemmi Artikolu 3 jipprevedi, fil-paragrafi 5 u 6 tiegħu, li, f’<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>ċirkostanzi eċċezzjonali u biss fl-istadju ta’ qabel il-kawża, l-Istati Membri jistgħu jidderogaw temporanjament mill-applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> ta’ ċerti dispożizzjonijiet ta’ dan l-artikolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>B’mod partikolari, skont l-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2013/48, l-Istati Membri jistgħu jidderogaw temporanjament mill-applikazzjoni tal-Artikolu 3(2)(ċ) ta’ din id-direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>fejn id-distanza ġeografikament ’il bogħod ta’ persuna ssuspettata jew akkużata tagħmilha impossibbli li jiġi żgurat id-dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta’ avukat mingħajr dewmien żejjed wara li persuna tkun inċaħdet mil-libertà tagħha<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(6) tad-Direttiva 2013/48, l-Istati Membri jistgħu jidderogaw temporanjament mill-applikazzjoni tad-drittijiet previsti fil-paragrafu 3 ta’ dan l-artikolu, sa fejn dan ikun iġġustifikat, fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari tal-każ inkwistjoni, abbażi ta’ żewġ raġunijiet imperattivi. Dawn ir-raġunijiet imperattivi jirriżultaw, skont l-Artikolu 3(6)(a) ta’ din id-direttiva, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>fejn hemm ħtieġa urġenti li jkunu evitati konsegwenzi negattivi serji għall-ħajja, il-libertà jew l-integrità fiżika ta’ persuna<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> jew, skont l-Artikolu 3(6)(b) tal-imsemmija direttiva, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>fejn l-azzjoni immedjata mill-awtoritajiet investigattivi tkun essenzjali biex jiġu evitati li l-proċedimenti kriminali jiġu pperikolati b’mod sostanzjali.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dan il-każ, it-talba għal deċiżjoni preliminari ma ssemmi ebda waħda miċ-ċirkustanzi msemmija fl-Artikolu 3(5) u (6) tad-Direttiva 2013/48.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Issa, mill-istruttura kif ukoll mill-għanijiet tad-Direttiva 2013/48 jirriżulta li d-derogi temporanji li l-Istati Membri jistgħu jipprevedu għad-dritt ta’ aċċess għal avukat huma elenkati b’mod eżawrjenti f’dan l-Artikolu 3(5) u (6).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-istruttura tad-Direttiva 2013/48, l-Artikolu 3(5) u (6) ta’ din id-direttiva, bħala dispożizzjonijiet derogatorji għall-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 3(1) sa (3) tal-imsemmija direttiva, għandhom jiġu interpretati b’mod strett. Barra minn hekk, l-Artikolu 8 tal-istess direttiva, intitolat<?PAGE NO="10"?> <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>Kondizzjonijiet ġenerali għall-applikazzjoni ta’ derogi temporanji<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, ikopri biss, fir-rigward tad-dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta’ avukat, id-derogi previsti fl-Artikolu 3(5) jew (6) tagħha. Il-premessi 30 sa 32 tad-Direttiva 2013/48 jirreferu wkoll għal dawn id-derogi biss.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-għanijiet tad-Direttiva 2013/48, mill-premessi 4 u 6 ta’ din id-direttiva jirriżulta li din hija intiża, b’mod partikolari, sabiex timplimenta l-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet kriminali, li jippresupponi fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri fis-sistemi ta’ ġustizzja kriminali rispettivi tagħhom. L-imsemmija direttiva hija intiża li tiffavorixxi b’mod partikolari d-dritt li persuna tieħu parir, ikollha difiża u tkun irrappreżentata stabbilit fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta kif ukoll id-drittijiet tad-difiża ggarantiti mill-Artikolu 48(2) tagħha (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180605">5 ta’ Ġunju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Kolev <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑612/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:392">EU:C:2018:392</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0104">104</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Issa, interpretazzjoni tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2013/48 fis-sens li jippermetti lill-Istati Membri jipprevedu derogi oħra mid-dritt ta’ aċċess għal avukat li ma humiex elenkati b’mod eżawrjenti minn dan l-artikolu, tmur kontra dawn l-għanijiet kif ukoll kontra l-istruttura ta’ din id-direttiva u l-kliem stess ta’ din id-dispożizzjoni u, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 51 tal-konklużjonijiet tiegħu, iċċaħħad dan id-dritt mill-effett utli tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkonstatat, minn naħa, li l-benefiċċju għal persuna ssuspettata jew akkużata tad-dritt ta’ aċċess għal avukat stabbilit mid-Direttiva 2013/48, li jibda, fi kwalunkwe każ, minn meta jseħħ l-ewwel wieħed mill-erba’ avvenimenti msemmija fl-Artikolu 3(2)(a) sa (d) ta’ din id-direttiva, ma jiddependix mid-dehra tal-persuna kkonċernata. Min-naħa l-oħra, l-assenza ta’ dehra tal-persuna ssuspettata jew akkużata ma tifformax parti mir-raġunijiet għal deroga mid-dritt ta’ aċċess għal avukat elenkati b’mod eżawrjenti fid-direttiva msemmija, b’tali mod li l-fatt li persuna ssuspettata ma tkunx preżenti, minkejja t-taħrikiet għad-dehra maħruġa quddiem il-qorti istruttorja, ma jistax jiġġustifika li din tiġi mċaħħda mill-benefiċċju ta’ dan id-dritt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Finalment, għandu jingħad ukoll li l-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2013/48 li jgħid li l-benefiċċju tad-dritt ta’ aċċess għal avukat ma jistax jiġi ttardjat minħabba l-assenza ta’ dehra tal-persuna ssuspettata jew akkużata wara taħrika għad-dehra hija koerenti mar-rekwiżiti li jirriżultaw mid-dritt fundamentali għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva stabbilit mill-Artikolu 47 tal-Karta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li d-Direttiva 2013/48, u b’mod partikolari l-Artikolu 3(2) tagħha, moqri fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, kif interpretata mill-ġurisprudenza nazzjonali, li tgħid li l-benefiċċju tad-dritt ta’ aċċess għal avukat jista’, matul il-fażi qabel il-proċedura kriminali, jiġi ttardjat minħabba l-assenza ta’ dehra tal-persuna ssuspettata jew tal-persuna akkużata, u dan wara li tkun inħarġet taħrika għad-dehra quddiem qorti istruttorja, sal-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest nazzjonali maħruġ kontra l-persuna interessata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Id-Direttiva 2013/48/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20131022">22 ta’ Ottubru 2013</DATE> dwar id-dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta’ avukat fi proċedimenti kriminali u fi proċedimenti ta’ mandat ta’ arrest Ewropew, u dwar id-dritt li tiġi infurmata parti terza dwar iċ-ċaħda tal-libertà u d-dritt għal komunikazzjoni ma’ partijiet terzi u mal-awtoritajiet konsulari, matul iċ-ċaħda tal-libertà, u<?PAGE NO="11"?> b’mod partikolari l-Artikolu 3(2) tagħha, moqri fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, kif interpretata mill-ġurisprudenza nazzjonali, li tgħid li l-benefiċċju tad-dritt ta’ aċċess għal avukat jista’, matul il-fażi qabel il-proċedura kriminali, jiġi ttardjat minħabba l-assenza ta’ dehra tal-persuna ssuspettata jew tal-persuna akkużata, u dan wara li tkun inħarġet taħrika għad-dehra quddiem qorti istruttorja, sal-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest nazzjonali maħruġ kontra l-persuna interessata.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>