<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.00-20081231.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="ECRCJ2007MTB.0800789701.case.xml"><NO.CASE>C-184/05</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62005C0184</NO.CELEX><NO.SEQ>0012.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>7899</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7909</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><LEFT>KONKLUŻJONIJIET KOKOTT — KAWŻA C-184/05</LEFT><RIGHT>TWOH INTERNATIONAL</RIGHT></CURR.TITLE><CONTENTS.CONCLUSION><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Kokott</HT></P><P>ippreżentati fil-<DATE ISO="20070111">11 ta Jannar 2007</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Lingwa oriġinali: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>I —</NO.P><TXT>Introduzzjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Permezz ta' din id-deċiżjoni ta' rinviju, il-Hoge Raad der Nederlanden (l-Olanda) titlob interpretazzjoni tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE<NOTE NOTE.ID="E0002" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Direttiva tas-<DATE ISO="19770517">17 ta' Mejju 1977</DATE>, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ -Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="145" DATE.PUB="1977" PAGE.FIRST="1">ĠU L 145, p. 1</REF.DOC.OJ>), hekk kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 95/7/KE, ta' l-<DATE ISO="19950410">10 ta' April 1995</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="102" DATE.PUB="1995" PAGE.FIRST="18">ĠU L 102, p. 18</REF.DOC.OJ>, iktar 'il quddiem is-<QUOT.START ID="QS0001" REF.END="QE0001" CODE="201C"/>Sitt Direttiva<QUOT.END ID="QE0001" REF.START="QS0001" CODE="201D"/>).</P></NOTE> kif ukoll ta' atti legali oħrajn li jirregolaw l-assistenza reċiproka ta' l-awtoritajiet tat-taxxa. Essenzjalment din tirrigwarda l-kwistjoni jekk awtorità tat-taxxa hijiex obbligata tikseb informazzjoni mingħand Stat Membru ieħor meta l-per-suna taxxabbli ma tkunx tista turi hi stess li wettqet prowista intrakomunitarja eżenti peress li l-akkwirent, li jkun stabbilit fi Stat Membru ieħor, ma jkunx bagħtilha d-dikjarazzjonijiet jew id-dokumenti meħtieġa għal dan l-iskop. Dawn il-kwistjonijiet huma marbuta mill-qrib ma' dawk imqajma fi-kawżi C-409/04 (Telos <HT TYPE="ITALIC">et)</HT> u C-146/05 (Collee), pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja li fir-rigward tagħhom qed nippre-żenta wkoll konklużjonijiet illum.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>II —</NO.P><TXT>Il-kuntest ġuridiku</TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A —</NO.P><TXT>Id-Dritt Komunitarju</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Id-Direttiva tal-Kunsill 91/680/KEE tas-<DATE ISO="19911216">16 ta' Diċembru 1991</DATE> li tissupplementa ssistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud u temenda d-Direttiva 77/388/KEE<NOTE NOTE.ID="E0003" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="376" DATE.PUB="1991" PAGE.FIRST="1">ĠU L 376, p. 1</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE> bil-ħsieb li tneħħi l-fruntieri fiskali, daħħlet fis-Sitt Direttiva titolu XVIa ġdid intitolat <QUOT.START ID="QS0002" REF.END="QE0002" CODE="201C"/>Arranġamenti Transizzjonali [Tranżitorji] għat-tassazzjoni tan-Negozju bejn Stati Membri<QUOT.END ID="QE0002" REF.START="QS0002" CODE="201D"/> (Artikoli 28a sa 28m). Dawn id-dispożizzjonijiet għadhom applikabbli peress li t-tassazzjoni tal-prowista ta' merkanzija bejn impriżi s'issa għadha m'hijiex suġġetta għal regoli definittivi fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7900"?><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>L-Artikolu 28ċ(A) tas-Sitt Direttiva jirregola l-eżenzjoni ta' provvisti ta' prodotti. Dan jgħid:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0003" REF.END="QE0003" CODE="201C"/>[...]suġġett għal[l-]kondizzjonijiet] li [...] [huma] jistabbilixxu bl-iskop li jiżguraw lapplikazzjoni korretta u ċara ta' l-eżenzjoni-jiet [previsti] hawn taħt u biex jilqgħu kontra evażjoni, skartar jew abbuż [, l-Is]tati Membri jeżentaw:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>[il-]fornitura ta' merkanzija, kif iddefinita fl-Artikoli 5 u 28a (5)(a) mibgħuta jew ittrasportata minn jew għan-nom tal-bejjiegħ jew il-persuna li qed takkwista l-merka[nzija] 'il barra mit-territ [or]ju msemmi fl-Artikolu 3 imma xorta fil-Komunità, magħmula għal persuna taxxabbli oħra jew persuna legali mhux taxxabbli li tkun qed taġixxi hekk fi Stat Membru ieħor li mhux dak minn fejn tintbagħat jew tkun ittrasportata l-merkanzija.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END ID="QE0003" REF.START="QS0003" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-Artikolu 22 tas-Sitt Direttiva jirregola lformalitajiet imposti fuq il-persuna suġġetta għat-taxxa fuq il-valur miżjud (iktar 'il quddiem il-<QUOT.START ID="QS0004" REF.END="QE0004" CODE="201C"/>VAT<QUOT.END ID="QE0004" REF.START="QS0004" CODE="201D"/>) u b'mod partikolari jistabbilixxi fil-verżjoni applikabbli għal dan il-każ<NOTE NOTE.ID="E0004" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara l-Artikolu 28h tas-Sitt Direttiva fil-verżjoni li ddaħħlet bid-Direttiva tal-Kunsill 91/680/KEE li ġiet emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill 95/7.</P></NOTE>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0005" REF.END="QE0005" CODE="201C"/>2.</NO.P><TXT><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Kull persuna taxxabbli trid iżżomm kontijiet iddettaljati biżżejjed biex it-taxxa fuq il-valur miżjud tkun tista' tkun applikata u spezzjonata mill-awtorita tat-taxxa.</TXT></NP></ITEM></LIST></TXT><P>[...]</P></NP><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Kull persuna taxxabbli trid toħroġ fattura, jew xi dokument ieħor li jservi ta' fattura, għal merkanzija u servizzi li tkun forniet jew ipprovdiet lil persuna taxxabbli oħra jew lil persuna legali mhux taxxabbli. Kull persuna taxxabbli trid ukoll toħroġ fattura, jew dokument li jservi ta' fattura, għall-provvista ta' merkanzija msemmija fl-Artikolu 28 (b) (B) (1) u għall-merkanzija fornita bilkondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 28ċ(A). Persuna taxxabbli trid iżżomm kopja ta' kull dokument maħruġ.</TXT></NP></ITEM></LIST></TXT><P>[...]</P></NP><?PAGE NO="I-7901"?><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Kull persuna taxxabbli tissometti ritorn [dikjarazzjoni] sa żmien stipolat mill-Istati Membri[...]</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Ir-ritorn [Id-dikjarazzjoni] jagħti linformazzjoni kollha maħtieġa biex tinħadem it-taxxa li trid titħallas u ttnaqqis li jrid isir inkluż, fejn jgħodd, u sakemm jidher meħtieġ biex tkun stabbilita l-bażi ta' listima, il-valur totali tat-transazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' dawn it-taxxi u tnaqqis u l-valur ta' xi transazzjonijiet eżenti.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>Ir-ritorn [Id-dikjarazzjoni] irid jistabbilixxi ukoll:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>minn banda waħda, il-valur totali, tnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud, tal-fornitura talmerkanzija msemmija fl-Artikolu 28ċ(A) li trid titħallas it-taxxa fuqha matul dak il-perjodu</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></TXT><P>[...]</P></NP><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>[...].</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Kull persuna taxxabli identifikata għall-għanijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud għandha toħroġ prospett billists sħiħa ta' l-akwistaturi [dikjarazzjoni rikapitulattiva ta' l-akkwirenti] identifikati għall-għanijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud lil min h[ij]a forn [iet] l-oġġetti taħt il-kondizzjonijiet li hemm ipprovdut fl-Artikoli 28ċ (A) (a) u (d), [...].</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[...]</P><P>Id-dikjarazzjoni rikapitulattiva trid tistabbilixxi:</P><P>[...]</P><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>in-numru li bih kull persuna li takkwista l-oġġetti hija identifikata għall-għanijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud fi Stat Membru ieħor u taħt liema l-oġġetti ġew forniti lil[ha], [...]</P></ITEM></LIST></P></NP><P>[...]</P><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>Stati Membri jistgħu jimponu obbligi oħrajn li jidhrulhom meħtieġa għall-ġbir tajjeb ta' taxxa u biex ma ssirx evażjoni, suġġetti għall-ħtieġa ta' trattament indaqs ta'<?PAGE NO="I-7902"?> transazzjonijiet domestiċi u transazzjonijiet li jsiru bejn Stati Membri minn persuni taxxabbli sakemm dawn l-obbligi, fin-negozju bejn Stati Membri, ma jagħtux lok għal formalitajiet konnessi mal-qsim ta' fruntieri.<QUOT.END ID="QE0005" REF.START="QS0005" CODE="201D"/></TXT></NP></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 77/799/KEE tad-<DATE ISO="19771219">19 ta' Diċem-bru 1977</DATE><NOTE NOTE.ID="E0005" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Direttiva tad-<DATE ISO="19771219">19 ta' Diċembru 1977</DATE> dwar għajnuna reċiproka mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri fil-qasam tattassazzjoni diretta u indiretta (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="336" DATE.PUB="1977" PAGE.FIRST="15">ĠU L 336, p. 15</REF.DOC.OJ>), hekk kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE, tal-<DATE ISO="19920325">25 ta' Frar 1992</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="076" DATE.PUB="1992" PAGE.FIRST="1">ĠU L 76, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar 'il quddiem id-<QUOT.START ID="QS0006" REF.END="QE0006" CODE="201C"/>Direttiva 77/799<QUOT.END ID="QE0006" REF.START="QS0006" CODE="201D"/>). Wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/93/KE, tas-<DATE ISO="20031007">7 ta' Ottubru 2003</DATE>, li temenda d-Direttiva 77/799 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="264" DATE.PUB="2003" PAGE.FIRST="23">ĠU L 264, p. 23</REF.DOC.OJ>), id-Direttiva 77/799 m'għadhiex tkopri l-VAT.</P></NOTE>, din id-Direttiva tapplika b'mod partikolari għal informazzjoni fir-rigward talkalkolu korrett tat-taxxa fuq il-valur miżjud. L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 77/799 jgħid:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0007" REF.END="QE0007" CODE="201C"/>L-awtorità kompetenti ta' xi Stat Membru tista' titlob lill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor biex tibgħat l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1) fxi każ partikolari. L-awtorità kompetenti ta' l-Istat mitlub m'għandhiex għalfejn tikkonforma mat-talba jekk jidher li l-awtorità kompetenti ta' l-Istat li jagħmel it-talba ma tkunx eżawriet is-sorsi tas-soltu tagħha ta' l-informazzjoni, li hi setgħet utilizzat, skond iċ-ċirkostanzi, biex tikseb l-informazzjoni mitluba mingħajr ma tinkorri r-riskju li tipperikola l-ksib tar-riżultat li tkun qed tfittex.<QUOT.END ID="QE0007" REF.START="QS0007" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>B'mod konformi ma' l-Artikolu 3 tad-Direttiva 77/799, f'ċerti każijiet l-Istati Membri għandhom jiskambjaw b'mod awtomatiku ċerta informazzjoni. Skond l-Artikolu 4, l-Istati Membri għandhom ukoll jiskambjaw b'mod spontanju informazzjoni f'ċirkustanzi partikolari.</TXT></NP><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 218/92<NOTE NOTE.ID="E0006" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ir-Regolament tas-<DATE ISO="19921227">27 ta' Jannar 1992</DATE> dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxi indiretti (VAT) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="024" DATE.PUB="1992" PAGE.FIRST="1">ĠU L 24, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> jistabbilixxi li l-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru għandha żżomm database elettronika li fiha għandha żżomm u tipproċessa l-informazzjoni li hija tiġbor skond l-Artikolu 22(6)(b) tas-Sitt Direttiva. Minn dik id-database l-Istati Membri għandhom jiskambjaw b'mod reċi-proku ċerta informazzjoni jew jista' jkollhom aċċess dirett għall-informazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 218/92 jirregola l-iskambju ta' informazzjoni ulterjuri fkażijiet speċifiċi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0008" REF.END="QE0008" CODE="201C"/>1.</NO.P><TXT>Meta l-informazzjoni pprovduta skond l-Artikolu 4 ma tkunx suffiċjenti, l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tista' fi kwalunkwe ħin u fkażijiet speċifiċi titlob aktar informazzjoni. L-awtorità li ssirilha t-talba<?PAGE NO="I-7903"?> għandha tipprovdi l-informazzjoni malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard minn tliet xhur wara li tkun irċeviet it-talba.</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Fiċ-ċirkustanzi deskritti fil-paragrafu 1, l-awtorità li ssirilha t-talba għandha tipprovdi lill-awtorità li tagħmel it-talba għall-inqas innumri, id-dati, u l-ammonti tal-fatturi relattivi għal tranżazzjonijiet speċifiċi li jkunu seħħew bejn persuni fl-Istati Membri kkon-ċernati.<QUOT.END ID="QE0008" REF.START="QS0008" CODE="201D"/> [Traduzzjoni mhux uffiċjali]</TXT></NP></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>Madankollu, skond l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 218/92, jeħtieġ li l-Istat li ssirlu t-talba jipprovdi dik l-informazzjoni biss jekk:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="DASH"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0009" REF.END="QE0009" CODE="201C"/>—</NO.P><TXT>in-numru u n-natura tat-talbiet għal informazzjoni magħmula mill-awtorità li tagħmel it-talba matul perijodu ta' żmien speċifiku ma jimponux piż amminsitrattiv sproporzjonat fuq l-awtorità li ssirilha t-talba,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>din l-awtorità li tagħmel it-talba tkun eżawriet is-sorsi normali ta informazzjoni li hija setgħet tuża, skond iċ-ċirkustanzi, biex tikseb l-informazzjoni mitluba mingħajr ma tirriskja li tiġi ppreġudikata l-kisba tar-riżultat mixtieq,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>din l-awtorità li tagħmel it-talba titlob l-għajnuna biss jekk hija tkun kapaċi tagħti għajnuna simili lill-awtorità ta' Stat Membru ieħor li tagħmel talba għal informazzjoni.<QUOT.END ID="QE0009" REF.START="QS0009" CODE="201D"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>B'effett mill-<DATE ISO="20040101">1 ta Jannar 2004</DATE>, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1798/2003 tas-<DATE ISO="20031007">7 ta' Ottubru 2003</DATE> dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 218/92<NOTE NOTE.ID="E0007" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ir-Regolament tas-7 ta' Ottubru dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud u li jħamar ir-Regolament Nru 218/92 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="264" DATE.PUB="2003" PAGE.FIRST="1">ĠU L 264, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> ikkonsolida d-dispożizzjonijiet dwar għajunua reċiproka fil-qasam tal-VAT. L-Artikolu 5 tar-Regolament jirregola t-talbiet għal informazzjoni. L-Artikolu 40 tar-Regolament Nru 1798/2003 jissuġġetta l-komunikazzjoni ta' informazzjoni għal klawżola ta' riżerva analoga għal dik tat-tieni sentenza ta' l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 77/799 u ta' l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 218/92.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B —</NO.P><TXT>Il-liġi nazzjonali</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 9(2)(b) tal liġi ta' l-1968, moqri flimkien mal-punt 9 tat-tabella II(a), annessa ma' din l-istess liġi, dwar it-taxxa fuq il-fatturat (Wet op de omzetbelasting 1968), tat-<DATE ISO="19680628">28 ta' Ġunju 1968</DATE> (Staatsblad 1968, Nru 329), fil-verżioni applikabbli għall-kawża prinċipali (iktar 'il quddiem il-<QUOT.START ID="QS0010" REF.END="QE0010" CODE="201C"/>liġi ta' I-1968<QUOT.END ID="QE0010" REF.START="QS0010" CODE="201D"/>), ir-rata ta' taxxa applikabbli għall-prowisti intrakomunitarji hija żero. Skond l-Artikolu 12 ta' l-Uitvoeringsbesluit omzetbelasting<?PAGE NO="I-7904"?> 1968 (Regolament Olandiż li japplika l-Kodiċi dwar it-taxxa fuq il-fatturat), l-eżenzjoni tapplika biss jekk il-kundizzjonijiet meħtieġa għal dan l-iskop ikunu jirriżultaw mill-kotba tal-kontijiet jew mid-dokumenti.</TXT></NP><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(3) tal-Besluit van de Staatssecretaris van Financiën, dwar it-tassazzjoni tal-provvisti intrakomunitarji, ta' <DATE ISO="19950601">l</DATE>-<DATE ISO="19950620">20 ta' Ġunju 1995</DATE> (iktar 'il quddiem il-<QUOT.START ID="QS0011" REF.END="QE0011" CODE="201C"/>komunikazzjoni 38<QUOT.END ID="QE0011" REF.START="QS0011" CODE="201D"/>)<NOTE NOTE.ID="E0008" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>V-N 1995, p. 2324.</P></NOTE> jissuġġetta għall-kundizzjoni-jiet li ġejjin il-prova tal-provvista intrakomunitarja fi tranżazzjonijiet ta' ġbir ta' merkanzija:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0012" REF.END="QE0012" CODE="201C"/>Jekk il-merkanzija tiġi pprovduta lil klijent barrani <QUOT.START ID="QS0013" REF.END="QE0013" CODE="201C"/>mill-fabbrika<QUOT.END ID="QE0013" REF.START="QS0013" CODE="201D"/> (ex works) jew <QUOT.START ID="QS0014" REF.END="QE0014" CODE="201C"/>mill-maħżen<QUOT.END ID="QE0014" REF.START="QS0014" CODE="201D"/> (ex warehouse) (tranżazzjonijiet li jinkludu l-ġbir ta' merkanzija), in-natura intrakomunitarja tal-provvista ma tistax tir-riżulta mill-ittra ta' kunsinna jew mid-dokumenti tat-trasport tal-fornitur.</P><P>Madankollu jista' jkun hemm ċirkustanzi fejn il-fornitur jista' jkun ċert li l-klijent barrani ser jittrasporta l-merkanzija lejn Stat Membru ieħor. Minbarra d-dokumenti kollha u l-informazzjoni mogħtija fuq livell amministrattiv, ixxerrej in kwistjoni jrid ikun xerrej regolari, ħlief jekk il-fornitur ikun jaf li l-provvisti intra-Komunitarji mwettqa minnu lil dak ixxerrej wasslu għal problemi, u xxerrej irid ikun għamel ukoll id-dikjarazzjoni msemmija iktar 'il quddiem.</P><P>Din id-dikjarazzjoni bil-miktub, li trid tkun iffirmata minn min jirċievi l-merkanzija, għandha tindika għall-inqas l-isem tal-klijent u, jekk il-klijent ma jirċevix personalment il-merkanzija, l-isem ta' min qed jagħmel dan f'isem il-klijent, in-numru ta' reġistrazzjoni tal-vettura li ser tittrasporta l-merkanzija, in-numru tal-fattura li tispeċifika l-merkanzija kkunsinnata, il-post fejn il-merkanzija għandha tasal, kif ukoll dikjarazzjoni tal-klijent li jipprovdi fuq talba ta' l-awtorità tat-taxxa kull informazzjoni ulterjuri dwar iddestinazzjoni tal-merkanzija. Mudell taddikarazzjoni jinsab fl-anness.</P><P>Jekk it-tranżazzjonijiet ta' ġbir ta' merkanzija ma jsirux minn klijent regolari u l-merkanzija tiġi mħallsa bi flus kontanti waqt li l-fornitur ma jkollux dokumenti li juru n-natura intrakomunitarja tal-provvista, jiġi-fieri ma jkollu ebda dokument ieħor, ħlief il-fattura maħruġa f'isem ta' klijent barrani (li tindika n-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT tal-klijent), li juri n-natura intrakomunitarja tal-provvista, il-fornitur ma jkunx jista' jiġġustifika li huwa intitolat jibbenefika mirrata ta' żero. F'dawn iċ-ċirkustanzi, il-fornitur jista' jevita r-riskju ta' stima addizzjonali<?PAGE NO="I-7905"?> tal-VAT billi jinkludi l-VAT Olandiża filfattura maħruġa lix-xerrej. Meta x-xerrej jittrasporta l-merkanzija lejn Stat Membru ieħor, huwa jrid jagħmel dikjarazzjoni dwar dan lill-awtorità tat-taxxa Olandiża. Fuq dik id-dikjarazzjoni jkun jista' jnaqqas il-VAT Olandiża li jkun ħallas.<QUOT.END ID="QE0012" REF.START="QS0012" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>III —</NO.P><TXT>Il-fatti u d-domanda preliminari</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>Il-kumpannija Twoh International B.V (iktar 'il quddiem <QUOT.START ID="QS0015" REF.END="QE0015" CODE="201C"/>Twoh<QUOT.END ID="QE0015" REF.START="QS0015" CODE="201D"/>) irċeviet stima addizzjonali tal-VAT flimkien ma' penali għall-provvisti li kienet għamlet fl-1996. Twoh hija tal-fehma li l-prowisti in kwistjoni kienu eżenti mill-VAT peress li kienu provvisti intrakomunitarji. L-awtorità tat-taxxa madankollu ċaħdet l-eżenzjoni peress li Twoh ma kinitx f'pożizzjoni li tipprovdi provi suffiċjenti tal-moviment jew trasport tal-merkanzija lejn Stat Membru ieħor. Twoh irribattiet li l-awtoritajiet Olandiżi kien imisshom talbu informazzjoni min-għand l-awtoritajiet tat-taxxa tal-pajjiż tad-destinazzjoni skond id-Direttiva 77/799 u r-Regolament Nru 218/92 sabiex jiksbu konferma tan-natura intrakomunitarja tal-provvisti. L-awtorità tat-taxxa rrifjutat li tagħmel dan. Fl-ewwel istanza, Twoh tilfet kważi lkapijiet tat-talbiet kollha relativi għall-prin-ċipju tad-dejn fiskali.</TXT></NP><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-kawża quddiem il-qorti tal-kassazzjoni, il-Hoge Raad der Nederlanden talbet lill-Qorti tal-Ġustizzja b'digriet tat-<DATE ISO="20050422">22 ta' April 2005</DATE> li tagħti deċiżjoni preliminari b'mod konformi ma' l-Artikolu 234 KE dwar din id-domanda:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0016" REF.END="QE0016" CODE="201C"/>Il-frażi introduttiva ta' l-Artikolu 28ċA u l-Artikolu 28ċA(a) tas-Sitt Direttiva — moqrija flimkien mad-Direttiva fuq l-għajnuna reċi-proka [77/799] u r-Regolament [Nru 218/92] — għandhom jiġi interpretati fis-sens li, jekk ebda informazzjoni relevanti ma tkun ġiet ipprovduta volontarjament mill-Istat Membru tad-destinazzjoni, l-Istat Membru minn fejn tkun intbagħtet jew ġiet ittrasportata l-merkanzija għandu jitlob lill-allegat Stat Membru tad-destinazzjoni biex jipprovdi informazzjoni u għandu jikkunsidra r-riżul-tati ta' dik it-talba meta jeżamina l-provi li l-merkanzija ntbagħtet jew ġiet ittrasportata?<QUOT.END ID="QE0016" REF.START="QS0016" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>Fil-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġus-tizzja ġew ippreżentati osservazzjonijiet minn Twoh, mill-Irlanda, mill-Gvern ta' Franza, ta' l-Italja, ta' l-Olanda, tal-Polonja u tal-Portugall kif ukoll mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>IV —</NO.P><TXT>Kunsiderazzjonijiet legali</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>Kif għidt fil-konklużjonijiet ippreżentati minni llum fil-kawża Telos <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> iċċitati iktar 'il fuq l-eżenzjoni ta' provvista intrakomunitarja<?PAGE NO="I-7906"?> fuq il-bażi ta' l-Artikolu 28ċ(A)(a) tas-Sitt Direttiva tippreżupponi li l-oġġett ipprovdut ikun intbagħat jew ġie ttrasportat lejn Stat Membru ieħor u li minħabba dan il-fatt ikun telaq fiżikament mill-Istat ta' oriġini<NOTE NOTE.ID="E0009" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara, b'mod partikolari, il-punti 45 u 59.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward għandu jitqies li s-Sitt Direttiva tassenja kamp ta' applikazzjoni ferm wiesa' għall-VAT u li, billi jidderogaw minn dan il-prinċipju ġenerali, l-eżenzjonijiet mit-taxxa għandhom jiġu interpretati b'mod restrittiv<NOTE NOTE.ID="E0010" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Konklużjonijiet tas-sentenza Teleos <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (iċċitati iktar 'il fuq, punt 63)</P></NOTE>. Min jinvoka deroga ta' dan it-tip għandu l-oneru li jipprova li l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tagħha huma sodisfatti. Sabiex tiġi ggarantita applikazzjoni konformi tas-Sitt Direttiva, min jagħmel il-provvista ma jistax jiġi eżentat mill-obbligu li jġib prova li l-merkanzija ntbagħtet mill-pajjiż ta' oriġini, prova li hija kundizzjoni għall-eżenzjoni tal-provvista intrakomunitarja.</TXT></NP><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-frażi introduttiva ta' l-Artikolu 28ċ(A) tas-Sitt Direttiva, huma l-Istati Membri li għandhom jiddefinixxu r-rekwiżiti formali fir-rigward ta' kif għandha tingħata l-prova ta' l-issodisfar tal-kundizzjonijiet ta' provvista intrakomunitarja<NOTE NOTE.ID="E0011" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara wkoll f'dan is-sens id-digriet tat-<DATE ISO="20040303">3 ta' Marzu 2004</DATE>, Transport Service (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-395/02" YEAR="2004" PAGE.ECR="I-1991">C-395/02, Ġabra p. I-1991, punti 27 u 28</REF.DOC.ECR>) u s-sentenza tal-<DATE ISO="20060221">21 ta' Frar 2006</DATE>, Halifax <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-255/02" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-1609">C-255/02, Ġabra p. I-1609, punti 90 u 91</REF.DOC.ECR>). Iktar dettalji dwar dan jinsabu fil-punti 20 <HT TYPE="ITALIC">et seq.</HT> tal-konklużjonijiet tiegħi ta' llum fil-kawża Collee, iċċitati iktar 'il fuq.</P></NOTE>. L-Istati Membri għandhom barra minn hekk il-fakultà, b'mod konformi ma' l-Artikolu 22(8) tas-Sitt Direttiva, li jimponu obbligi oħra fuq il-persuni taxxabbli li fil-fehma tagħhom ikunu meħtieġa għall-ġbir korrett tat-taxxa u sabiex tiġi evitata l-evażjoni<NOTE NOTE.ID="E0012" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza Halifax <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (iċċitata iktar 'il fuq, punt 92).</P></NOTE>. Fl-eżerċiz-zju tad-diskrezzjoni mogħtija lilhom f'dan ir-rigward mis-Sitt Direttiva, l-Istati Membri madankollu għandhom jirrispettaw il-prin-ċipji tat-Trattat, l-iskop u l-għan tad-Direttiva stess kif ukoll il-prinċipji ġenerali bħall-prinċipju ta' proporzjonalità<NOTE NOTE.ID="E0013" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara wkoll f'dan is-sens dwar id-dritt għal tnaqqis is-sentenzi tal-<DATE ISO="20000321">21 ta' Marzu 2000</DATE>, Gabalfrisa <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-110/98— C-147/98" YEAR="2000" PAGE.ECR="I-1577">C-110/98 sa C-147/98, Ġabra p. I-1577, punt 52</REF.DOC.ECR>) u tat-<DATE ISO="19971218">18 ta' Diċembru 1997</DATE>, Molenheide et (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-286/94+C-340/95+C-401/95+C-47/96" YEAR="1997" PAGE.ECR="I-7281">C-286/94, C-340/95, C-401/95 u C-47/96, Ġabra p. I-7281, punt 48</REF.DOC.ECR>) kif ukoll fir-rigward ta' l-Artikolu 21(3) tas-Sitt Direttiva, is-sentenza tal-<DATE ISO="20060511">11 ta' Mejju 2006</DATE>, Federation of Technological Industries <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-384/04" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-4191">C-384/04, Ġabra p. I-4191, punt 29</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Skond il-leġiżlazzjoni Olandiża, il-komunikazzjoni 38 tiddefinixxi l-kundizzjonijiet li trid tissodisfa l-prova fir-rigward tat-tranżaz-zjonijiet li jinvolvu ġbir tal-merkanzija. La l-qorti tar-rinviju u lanqas il-partijiet fil-kawża ma sollevaw dubju dwar il-konformità ta' dawn ir-regoli mas-Sitt Direttiva jew mal-prinċipji legali ġenerali.</TXT></NP><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Skond il-fatti kkonstatati mill-qorti, Twoh ma rnexxilhiex iġġib provi fil-kawża prinċipali li jissodisfaw ir-regoli stabbiliti fil-komunikazzjoni 38 biex tistabbilixxi li l-oġġetti pprovduti ġew ittrasportati mill-Olanda lejn Stat Membru ieħor. Twoh madankollu ssostni li l-awtorità tat-taxxa<?PAGE NO="I-7907"?> hija obbligata skond id-Direttiva 77/799 u r-Regolament Nru 218/92 tikseb informazzjoni mingħand l-Istati ta' destinazzjoni biex tikkonferma n-natura transnazzjonali talprovvisti.</TXT></NP><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>L-argument ta' Twoh ma jistax jiġi aċċettat.</TXT></NP><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 77/799 hija intenzjonata li tippromwovi l-assistenza amministrattiva u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri biex tiġi miġġielda l-evażjoni fiskali<NOTE NOTE.ID="E0014" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara l-ewwel premessa tad-Direttiva 77/799. Ir-regoli l-ġodda stabbiliti mir-Regolament Nru 1798/2003 ma biddel xejn minn dan l-objettiv (ara l-ewwel premessa tar-Regolament Nru 1798/2003).</P></NOTE>. Peress li r-Regolament Nru 218/92 jissupplementa d-Direttiva 77/799 fil-qasam tat-taxxi indiretti, huwa wkoll jikkontribwixxi għal dan l-objettiv<NOTE NOTE.ID="E0015" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara r-raba' premessa tar-Regolament Nru 218/92.</P></NOTE>. Is-sistema ta' skambju ta' informazzjoni stabbilita mir-Regolament Nru 218/92 kienet saret meħ-tieġa b'mod partikolari wara l-ħolqien tassuq intern u t-tneħħija ta kontrolli interni mal-fruntieri li rriżultaw minn dan u għandha l-għan li tipprevjeni t-telf ta' dħul fiskali fil-kuntest ta' l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tranżitorji tas-Sitt Direttiva fir-rigward tal-kummerċ intrakomunitarju<NOTE NOTE.ID="E0016" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara l-ewwel sat-tielet premessi tar-Regolament Nru 218/92.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>Dawn l-istrumenti legali b'hekk huma intenzjonati li joħolqu kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tat-taxxa ta' l-Istati Membri u ma jagħtu ebda dritt lill-individwu ħlief fir-rigward ta' l-informazzjoni dwar in-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT, li tista' tinkiseb skond l-Artikolu 6(4) tar-Regolament Nru 218/92. L-għan ta' l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri mhuwiex li l-persuni taxxabbli jiġu eżentati mill-obbligi tagħhhom li jagħtu l-provi li huma marbuta jipprovdu skond is-Sitt Direttiva. L-informazzjoni mogħtija tippermetti lill-awtoritajiet jiwerifikaw l-indikazzjonijiet u l-provi mogħtija mill-persuni taxxabbli iżda m'għandhomx jissostitwixxuhom. Jirriżulta mill-kliem stess ta l-Artilolu 2(1) tad-Direttiva 77/799 u ta' l-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 218/92 li l-awtoritajiet ta' Stat Membru għandhom il-fakultà iżda mhux l-obbligu li jitolbu informazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif issostni l-Kum-missjoni, f certi ċirkustanzi l-awtoritajiet ta l-Istat li ssirlu t-talba m'humiex obbligati jipprovdu informazzjoni. B'hekk, skond l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 218/92 l-informazzjoni msemmija tista' ma tingħatax jekk in-numru u n-natura ta' talbiet għal informazzjoni li jsiru mill-istess awtorità li tagħmel it-talba matul perijodu partikolari joħolqu piżijiet amministrattivi sproporzjonati fuq l-awtorità li ssirilha t-talba u jekk l-awtorità li tagħmel it-talba ma tkunx eżaw-riet is-sorsi normali ta' informazzjoni tagħha<NOTE NOTE.ID="E0017" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara wkoll it-tieni sentenza ta' l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 77/799.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>Kieku kien jeżisti obbligu li tinġabar informazzjoni dwar l-akkwist intrakomunitarju<?PAGE NO="I-7908"?> fil-pajjiż ta' destinazzjoni kull darba li min iwettaq provvista intrakomunitarja ma jkollux din il-prova, in-numru ta' talbiet jista' potenzjalment tant jiżdied li l-awtoritajiet li jsirulhom it-talbiet jaslu biex jiċħdu t-talbiet fuq il-bażi ta' l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 218/92 minħabba piżijiet amministrattivi eċċessivi.</TXT></NP><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>Indipendentement minn dawn il-kunsiderazzjonijiet ta' natura prattika, l-informazzjoni ta' l-awtoritajiet tat-taxxa ta' l-Istat ta' destinazzjoni lanqas m'hi għal kollox adatta biex tingħata l-prova meħtieġa għall-eżenz-joni ta' provvista intrakomunitarja skond l-Artikolu 28ċ(A)(a) tas-Sitt Direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>Kif diġà semmejt fil-konklużjonijiet ippreżentati fil-kawża Teleos <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> iċċitata iktar 'il fuq, l-awtoritajiet tat-taxxa ta' l-Istat ta' oriġini u ta' l-Istat ta' destinazzjoni għand-hom jivverifikaw b'mod indipendenti minn xulxin jekk il-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni ta' provvista intrakomunitarja jew għall-intaxxar ta' akkwist intrakomunitarju humiex sodisfatti<NOTE NOTE.ID="E0018" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Punt 90.</P></NOTE>. Il-fatt li l-akkwist intrakomunitarju ta' beni jkun iddikjarat fl-Istat ta' destinazzjoni għaldaqstant huwa biss indizju li juri li l-oġġetti effettivament telqu fiżikament mill-Istat ta' oriġini. Jekk l-awtoritajiet tat-taxxa kompetenti ta' l-Istat ta' oriġini jkollhom informazzjoni fuq dan il-punt, minħabba li din tkun ingħatatilhom spontanjament mill-awtoritajiet ta' destinazzjoni<NOTE NOTE.ID="E0019" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Fil-każ preżenti, m'huwiex ikkontestat li l-awtoritajiet Olandiżi ma kellhomx f'dan ir-rigward informazzjoni mib-għuta b'mod spontanju. Jista' jiġi ddubitat ukoll jekk l-informazzjoni relativa għall-intaxxar ta' akkwisti intrakomunitarji mill-Istat ta' destinazzjoni tagħmilx parti mill-informazzjoni li għandha tingħata awtomatikament. M'huwiex l-Istat ta' destinazzjoni li għandu jipprovdi lill-Istat ta' oriġini l-informazzjoni meħtieġa għall-eżenzjoni tal-provvista intrakomunitarja. Huwa pjuttost l-Istat ta' oriġini li għandu, b'mod konformi ma' l-Artikolu 4 tar-Regoment Nru 218/92, jibgħat lill-Istat ta' destinazzjoni l-informazjzoni li jkun kiseb skond l-Artikolu 22(6)(b) (jiġifieri l-informazzjoni li l-fornitur għandu dwar l-akkwirent) sabiex dawn l-awtoritajiet ikunu jistgħu jiżguraw li dak l-akkwist jiġi intaxxat.</P></NOTE>, din tista' fi kwalunkwe każ tissostanzja ftit aktar id-dritt għall-eżenzjoni tal-provvista<NOTE NOTE.ID="E0020" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara l-konklużjonijiet fis-sentenza Teleos et (iċċitati iktar 'il fuq, punt 91).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>Ma jistax jiġi injorat il-fatt li, fl-analiżi proposta hawn fuq, persuna taxxabbli li ssib ruħha fis-sitwazzjoni ta' Twoh hija pprivata mill-eżenzjoni tal-provvista għalkemm huwa biss minħabba n-negliġenza tal-parti l-oħra fil-kuntratt li hija ma tistax turi li l-oġġett ġie ttrasportat barra mill-pajjiż. Iżda jekk il-fornitur iħalli f'idejn l-akkwirent biex joħroġ il-merkanzija barra mill-pajjiż, huwa jkun qed jidħol xjentement fir-riskju li ma jkollux provi ta' dan jekk dawn ma jiġux ipprovduti lilu mill-akkwirent. F'din is-sitwazzjoni, l-awtorità tat-taxxa ma tista' tagħmel xejn. Għall-kuntrarju, il-fornitur ikollu jiddependi fuq il-parti l-oħra fil-kuntratt u jikseb il-provi mingħandu, jew jitlob il-VAT mingħandu jekk ma jipprovdix prova tat-trasport tal-merkanzija barra mill-Istat ta' oriġini. IIfornitur jista' jilqa kontra dawn ir-riskji billi jitlob garanzija għall-ammont tal-VAT u jirrilaxxaha biss meta jiġu pprovduti ddokumenti tat-trasport.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7909"?><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>Fsitwazzjoni bħal din, awtorità tat-taxxa m'hijiex marbuta titlob lill-awtoritajiet ta' Stat Membru ieħor informazzjoni dwar jekk sarux hemmhekk dikjarazzjonijiet fiskali li jagħtu prova ta' l-akkwist intrakomunitarju ta' ċerti oġġetti.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>V —</NO.P><TXT>Konklużjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Għal dawn ir-raġunijiet, nipproponi din ir-risposta għad-domanda preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0017" REF.END="QE0017" CODE="201C"/>Kull min jitlob l-eżenzjoni ta' provvista intrakomunitarja fuq il-bażi ta' l-Artikolu 28ċ(A)(a) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-<DATE ISO="19770517">17 ta' Mejju 1977</DATE>, fuq larmonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima, għandu jġib prova li l-akkwirent kiseb il-jedd ta' sid li jittrasferixxi l-oġġett ipprovdut li ntbagħat jew ġie ttrasportat lejn Stat Membru ieħor u li l-oġġett b'hekk telaq fiżikament mill-Istat ta' oriġini.</P><P>L-awtoritajiet tat-taxxa ta' l-Istat ta' oriġini mhumiex obbligati skond id-Direttiva tal-Kunsill 77/799/KEE, tad-<DATE ISO="19771219">19 ta' Diċembru 1977</DATE>, dwar għajnuna komuni bejn' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri fil-qasam tat-tassazzjoni diretta u indiretta u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 218/92, tas-<DATE ISO="19920127">27 ta' Jannar 1992</DATE>, dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxi indiretti (VAT) li jitolbu informazzjoni mingħand l-awtoritajiet tat-taxxa ta' l-Istat ta' destinazzjoni meta lpersuna taxxabbli ma tkunx tista' hija stess tagħti prova li l-merkanzija ntbagħtet jew ġiet ittrasportata.<QUOT.END ID="QE0017" REF.START="QS0017" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>