<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-55/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017TJ0055</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:533">EU:T:2018:533</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20180912">12.9.2018</DATE> – Kawża T‑55/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">Healy vs Il-Kummissjoni</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (Id-Disa’ Awla)</P><P><DATE ISO="20180912">12 ta’ Settembru 2018</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il‑Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Servizz pubbliku</KEYWORD><KEYWORD>Membri tal-persunal bil-kuntratt</KEYWORD><KEYWORD>Reklutaġġ</KEYWORD><KEYWORD>Kompetizzjoni interna</KEYWORD><KEYWORD>Tfassil ta’ lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ assistenti</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjoni għall-ammissjoni relatata mal-anzjanità tas-servizz fi ħdan il-Kummissjoni</KEYWORD><KEYWORD>Nuqqas ta’ ammissjoni għal parteċipazzjoni fl-eżamijiet ta’ kompetizzjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑55/17,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">John Morrison Healy</HT>, membru tal-persunal bil-kuntratt tal-Kummissjoni Ewropea, li jirrisjedi f’Celbridge (l-Irlanda), irrappreżentat minn S. Orlandi u T. Martin, avukati,</P><PARTY.STATUS>rikorrent</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn G. Berscheid u L. Radu Bouyon, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni interna COM/02/AST/16 (AST 2) dwar iċ-ċaħda tal-kandidatura tar-rikorrent,</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (Id-Disa’ Awla),</P><P>komposta minn S. Gervasoni, President, K. Kowalik-Bańczyk u C. Mac Eochaidh (Relatur), Imħallfin,</P><P>Reġistratur: M. Marescaux, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-fażi bil-miktub tal-proċedura u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20180118">18 ta’ Jannar 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20130116">16 ta’ Jannar 2013</DATE>, ir-rikorrent, John Morrison Healy, daħal fis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea bħala membru tal-persunal bil-kuntratt tal-grupp ta’ funzjonijiet III (GF III), grad 11, skala 1.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20160209">9 ta’ Frar 2016</DATE>, il-Kummissjoni ppubblikat avviż ta’ kompetizzjonijiet interni bbażati fuq eżamijiet, għat-tfassil ta’ lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ segretarji/skrivani ta’ grad 2 (AST/SC 2), ta’ assistenti ta’ grad 2 (AST 2) u ta’ amministraturi ta’ grad 6 (AD 6) (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>avviż ta’ kompetizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>). Dawn it-tliet kompetizzjonijiet kellhom rispettivament ir-referenzi li ġejjin: COM/01/AST-SC/16 (AST/SC 2) – Segretarji/skrivani, COM/02/AST/16 (AST 2) – Assistenti, u COM/03/AD/16 (AD 6) – Amministraturi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Taħt it-Titolu III, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Eliġibbiltà<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, l-Artikolu 2.1(a) tal-avviż ta’ kompetizzjoni kien jipprevedi dan li ġej b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-istatus amministrattiv tal-kandidati:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>[Inti] tkun ksibt anzjanità tas-servizz ta’ tul mhux inqas minn 42 xahar, li ma jkunx neċessarjament konsekuttiv, bħala uffiċjal, membru tal-persunal temporanju jew membru tal-persunal bil-kuntratt mal-Kummissjoni; il-perijodi ta’ attività mwettqa fi ħdan aġenziji jew istituzzjonijiet oħra ma jittieħdux inkunsiderazzjoni; il-perijodi ta’ attività mwettqa fi ħdan il-Kummissjoni bħala membru tal-persunal interim, membru tal-persunal awżiljarju, membru tal-persunal lokali jew espert nazzjonali kkollokat (ENK) ma jittieħdux inkunsiderazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Taħt l-istess titolu, l-Artikolu 2.3 tal-avviż ta’ kompetizzjoni kien jipprovdi fir-rigward tad-diploma jew tal-esperjenza professjonali meħtieġa:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>[Inti] għandu jkollok livell ta’ edukazzjoni ogħla ċċertifikat minn diploma, jew minn livell ta’ edukazzjoni sekondarja ċċertifikat minn diploma li tagħti aċċess għall-edukazzjoni ogħla u esperjenza professjonali xierqa ta’ mhux inqas minn tliet snin, jew taħriġ professjonali jew esperjenza professjonali ta’ livell ekwivalenti.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2 tal-avviż ta’ kompetizzjoni, il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà kellhom kollha jiġu ssodisfatti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>F’data mhux stabbilita, ir-rikorrent ippreżenta l-kandidatura tiegħu għall-kompetizzjoni interna COM/02/AST/16 (AST 2).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20160309">9 ta’ Marzu 2016</DATE>, jiġifieri fid-data limitu sabiex jirreġistra għall-kompetizzjoni, ir-rikorrent seta’ jipproduċi prova ta’ 38 xahar ta’ anzjanità tas-servizz fi ħdan il-Kummissjoni bħala membru tal-persunal bil-kuntratt tal-grupp ta’ funzjonijiet III.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20160411">11 ta’ April 2016</DATE>, il-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni interna COM/02/AST/16 (AST 2) informa lir-rikorrent bid-deċiżjoni tiegħu li jiċħad il-kandidatura tiegħu (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), peress li ma ssodisfax il-kundizzjoni stabbilita mill-avviż ta’ kompetizzjoni li kienet teżiġi anzjanità tas-servizz fi ħdan il-Kummissjoni ta’ tul minimu ta’ 42 xahar (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>kundizzjoni kontenzjuża<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20160711">11 ta’ Lulju 2016</DATE>, ir-rikorrent ressaq ilment kontra d-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20161019">19 ta’ Ottubru 2016</DATE> innotifikata fl-istess jum lir-rikorrent, l-Awtorità tal-Ħatra ċaħdet l-ilment tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20170130">30 ta’ Jannar 2017</DATE>, ir-rikorrent ippreżenta dan ir-rikors.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Mistoqsi f’dan ir-rigward mir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali, ir-rikorrent, b’ittra tat-<DATE ISO="20170223">23 ta’ Frar 2017</DATE>, iddikjara li kien favorevoli għat-tgħaqqid ta’ din il-kawża u tal-Kawżi T‑73/17, RS vs Il‑Kummissjoni, u T‑79/17, Schoonjans vs Il‑Kummissjoni, għall-finijiet tal-fażi orali tal-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20170403">3 ta’ April 2017</DATE>, il-Kummissjoni ppreżentat ir-risposta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>B’ittra tat-<DATE ISO="20170518">18 ta’ Mejju 2017</DATE>, ir-rikorrent indika li rrinunzja li jippreżenta replika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>B’ittra tat-<DATE ISO="20170530">30 ta’ Mejju 2017</DATE>, ir-rikorrent talab li sseħħ seduta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>B’deċiżjoni tal-<DATE ISO="20171114">14 ta’ Novembru 2017</DATE>, il-President tad-Disa’ Awla tal-Qorti Ġenerali ddeċieda li ma jgħaqqadx din il-kawża u l-Kawżi T‑73/17, RS vs Il‑Kummissjoni, u T‑79/17, Schoonjans vs Il‑Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Is-sottomissjonijiet orali tal-partijiet u t-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet tal-Qorti Ġenerali nstemgħu fis-seduta tat-<DATE ISO="20180118">18 ta’ Jannar 2018</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrent għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent iqajjem motiv uniku, essenzjalment ibbażat fuq eċċezzjoni ta’ illegalità bbażata fuq il-fatt li l-kundizzjoni kontenzjuża, li fuqha hija bbażata d-deċiżjoni kkontestata, tikser id-dispożizzjonijiet imperattivi tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Regolamenti tal-Persunal<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>). Billi rrikjediet li l-kandidati jkollhom anzjanità tas-servizz ta’ 42 xahar, l-Awtorità tal-Ħatra kienet limitat b’mod sproporzjonat l-aċċess għall-kompetizzjoni interna COM/02/AST/16 (AST 2).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Skont ir-rikorrent, l-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal jimponi, bil-kontra, lill-Awtorità tal-Ħatra li twettaq proċeduri ta’ reklutaġġ fuq bażi daqstant wiesgħa possibbli, fejn kwalunkwe limitazzjoni tan-numru ta’ persuni li jistgħu jipparteċipaw f’kompetizzjoni interna għandha tiġi ġġustifikata fir-rigward tar-rekwiżiti marbuta mal-impjiegi li għandhom jimtlew u, iktar ġeneralment, tal-interess tas-servizz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Issa, ir-rekwiżit li persuna jkollha anzjanità ta’ 42 xahar fi ħdan il-Kummissjoni ma huwiex iġġustifikat mill-interess tas-servizz. Barra minn hekk, dan l-għan ma huwiex segwit b’mod sistematiku, peress li, taħt it-Titolu III intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Eliġibbiltà<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, l-Artikolu 2.3 tal-avviż ta’ kompetizzjoni jistabbilixxi li l-kandidati għandhom ikollhom esperjenza professjonali ta’ tul ta’ mhux inqas minn 36 xahar.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Barra minn hekk, anzjanità tas-servizz ta’ 42 xahar ma tistax, skont ir-rikorrent, titqies awtomatikament bħala iktar rilevanti minn anzjanità ta’ 36 xahar miksuba fi ħdan il-Kummissjoni. Din il-kundizzjoni, meħuda waħedha, ma hijiex suffiċjenti sabiex tippermetti lill-Awtorità tal-Ħatra tevalwa l-esperjenza professjonali ta’ membru tal-persunal jew il-kompetenza tiegħu biex jeżerċita l-funzjonijiet tal-impjieg li għandu jimtela, peress li hija ma tiħux inkunsiderazzjoni ċirkustanzi oħra – bħal tiġdid ta’ kuntratt preċedenti – li jiżvelaw din l-esperjenza u kompetenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, billi ppreveda li l-membri tal-persunal bil-kuntratt tal-gruppi ta’ funzjonijiet II sa IV ma jistgħux jiġu awtorizzati jipparteċipaw f’kompetizzjonijiet interni ħlief jekk ikunu wettqu tliet snin ta’ servizz fi ħdan l-istituzzjoni, l-Artikolu 82(7) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Kondizzjonijiet tal-impjieg<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>), li fuqu hija bbażata l-kundizzjoni kontenzjuża, huwa bbażat fuq il-preżunzjoni li l-membri tal-persunal bil-kuntratt li għandhom anzjanità tas-servizz inqas minn dan it-tul qatt ma jistgħu jiġu identifikati bħala l-kandidati potenzjali li jistgħu jippreżentaw l-ogħla kwalitajiet ta’ kompetenza għall-impjiegi li għandhom jimtlew permezz ta’ kompetizzjonijiet interni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Billi rrikjeda li l-kandidati jipproduċu prova ta’ anzjanità tas-servizz ta’ 42 xahar, l-avviż ta’ kompetizzjoni kien għalhekk negattivament affettwa l-kapaċità tal-Awtorità tal-Ħatra biex tagħmel l-għażla l-iktar ġudizzjuża fost ċirku ta’ kandidati suffiċjentement estiż, u dan bi ksur tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal. Billi bbaża b’mod partikolari fuq is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19650331">31 ta’ Marzu 1965</DATE>, <NAME.CASE>Rauch vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>16/64</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1965:29">EU:C:1965:29</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), ir-rikorrent iqis fl-aħħar nett li dan ir-rekwiżit huwa għaldaqstant iktar illegali peress li, preċedentement, l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>kompetizzjoni interna għall-istituzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> bħala prinċipju kienet tikkonċerna l-persuni kollha li kienu jinsabu fis-servizz tal-istituzzjoni, indipendentement minn kwalunkwe titolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta l-argumenti tar-rikorrent.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>(i)r-reklutaġġ għandu jkollu l-mira li jiżgura li l-istituzzjoni jkollha s-servizzi ta’ uffiċjali tal-ogħla livell ta’ kapaċità, effiċjenza u integrità, magħżula milll-aktar bażi ġeografika wiesgħa possibbli minn fost iċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-Unjoni. L-ebda pożizzjoni ma tkun riservata għal ċittadini ta’ xi Stat Membru speċifiku<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandhom jitfakkru l-prinċipji stabbiliti mill-ġurisprudenza dwar il-kundizzjonijiet u l-modalitajiet ta’ organizzazzjoni ta’ kompetizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>L-ewwel nett, ir-rwol essenzjali tal-avviż ta’ kompetizzjoni jikkonsisti li l-persuni kkonċernati jiġu informati b’mod daqstant eżatt daqs kemm huwa possibbli dwar in-natura tal-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex jokkupaw il-pożizzjoni inkwistjoni, sabiex jitqiegħdu fil-pożizzjoni li jevalwaw jekk hemmx lok għalihom li jippreżentaw att ta’ kandidatura (ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060131">31 ta’ Jannar 2006</DATE>, <NAME.CASE>Giulietti vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑293/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2006:37">EU:T:2006:37</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>It-tieni nett, l-istituzzjoni tipprovdi, f’dan ir-rigward, setgħa diskrezzjonali wiesgħa sabiex jiġu ddeterminati l-kriterji ta’ kapaċità meħtieġa mill-impjiegi li għandhom jimtlew u sabiex jiġi stabbilit, skont dawn il-kriterji u fl-interess tas-servizz, il-kundizzjonijiet u l-modalitajiet ta’ organizzazzjoni ta’ kompetizzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081009">9 ta’ Ottubru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Chetcuti vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑16/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:549">EU:C:2008:549</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0076">76</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0077">77</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060131">31 ta’ Jannar 2006</DATE>, <NAME.CASE>Giulietti vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑293/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2006:37">EU:T:2006:37</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20061213">13 ta’ Diċembru 2006</DATE>, <NAME.CASE>Heus vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑173/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2006:392">EU:T:2006:392</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Madankollu, l-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali li għandhom l-istituzzjonijiet fil-qasam ta’ organizzazzjoni ta’ kompetizzjoni, b’mod partikolari f’dak li jikkonċerna l-iffissar tal-kundizzjonijiet għall-ammissjoni, għandu jkun kompatibbli mad-dispożizzjonijiet imperattivi tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 27 u tal-Artikolu 29(1) tar-Regolamenti tal-Persunal. Huwa b’mod imperattiv li l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal jiddefinixxi l-għan ta’ kull reklutaġġ u li l-Artikolu 29(1) tar-Regolamenti tal-Persunal jistabbilixxi l-kuntest tal-proċeduri li għandhom jiġu segwiti sabiex jimtlew pożizzjonijiet vakanti ta’ impjieg. Konsegwentement, din is-setgħa għandha dejjem tiġi eżerċitata skont rekwiżiti marbuta mal-impjiegi li għandhom jimtlew u, iktar ġeneralment, tal-interess tas-servizz (ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20061213">13 ta’ Diċembru 2006</DATE>, <NAME.CASE>Heus vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑173/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2006:392">EU:T:2006:392</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata; ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091117">17 ta’ Novembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Di Prospero vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑99/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2009:153">EU:F:2009:153</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fir-rigward b’mod speċifiku tal-kundizzjonijiet li jillimitaw ir-reġistrazzjoni ta’ kandidati għal kompetizzjoni, għalkemm dawn ċertament jistgħu jirrestrinġu l-possibbiltajiet għall-istituzzjoni li tirrekluta l-aħjar kandidati fis-sens tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal, għaldaqstant dan ma jfissirx li kull kundizzjoni li għandha tali limitazzjoni tmur kontra l-artikolu hawn fuq imsemmi. Fil-fatt, is-setgħa diskrezzjonali tal-amministrazzjoni fl-organizzazzjoni tal-kompetizzjonijiet, u b’mod iktar ġenerali, l-interess tas-servizz jippermettu lill-istituzzjoni li tagħmel il-kundizzjonijiet li hija tqis xierqa u li, filwaqt li jillimitaw l-aċċess tal-kandidati għal kompetizzjoni, u għalhekk neċessarjament in-numru ta’ kandidati rreġistrati, ma jinvolvux madankollu r-riskju li jiġi ppreġudikat l-għan li tiġi żgurata r-reġistrazzjoni ta’ kandidati li jippreżentaw l-ogħla livell ta’ kapaċità, ta’ effiċjenza u ta’ integrità fis-sens tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091117">17 ta’ Novembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Di Prospero vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑99/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2009:153">EU:F:2009:153</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Għalhekk huma biss meqjusa bħala li jiksru l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal il-kundizzjonijiet li jillimitaw l-aċċess ta’ kandidati għal kompetizzjoni li jinkludu r-riskju li jiġi ppreġudikat l-għan li tiġi żgurata r-reġistrazzjoni ta’ kandidati li jippreżentaw l-ogħla livell (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19970306">6 ta’ Marzu 1997</DATE>, <NAME.CASE>de Kerros u Kohn-Berge vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑40/96 u T‑55/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1997:28">EU:T:1997:28</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091117">17 ta’ Novembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Di Prospero vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑99/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2009:153">EU:F:2009:153</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>It-tielet nett, hemm lok li jitfakkar li, fid-dawl tas-setgħa diskrezzjonali wiesgħa rrikonoxxuta lill-istituzzjonijiet f’dan il-qasam, l-istħarriġ tal-Qorti Ġenerali dwar l-osservanza tal-kundizzjoni relatata mal-interess tas-servizz għandu jkun limitat għall-kwistjoni jekk l-istituzzjoni żammitx ma’ limiti raġonevoli, li ma jistgħux jiġu kkontestati, u li ma użatx is-setgħa diskrezzjonali tagħha b’mod manifestament żbaljat (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150619">19 ta’ Ġunju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Z vs Il‑Qorti tal-Ġustizzja</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑88/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:393">EU:T:2015:393</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0106">106</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandha tiġi stabbilita l-portata tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 82(7) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>L-ewwel sentenza tal-Artikolu 82(7) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg tipprevedi li l-membri tal-persunal bil-kuntratt tal-gruppi ta’ funzjonijiet II sa IV jistgħu jiġu awtorizzati jipparteċipaw f’kompetizzjonijiet interni biss wara li jkunu wettqu tliet snin ta’ servizz fi ħdan l-istituzzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>L-ewwel nett u kuntrarjament għal dak li jsostni r-rikorrent, il-leġiżlatur tal-Unjoni Ewropea għamel l-għażla, fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 82(7) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, li jillimita l-marġni ta’ diskrezzjoni tal-istituzzjonijiet billi jistabbilixxi limitu minimu ta’ tliet snin ta’ anzjanità tas-servizz li inqas minn hekk il-membri tal-persunal bil-kuntratt tal-gruppi ta’ funzjonijiet II sa IV ma jistgħux, irrispettivament mill-kwalitajiet u mill-merti professjonali tagħhom, jiġu awtorizzati sabiex jipparteċipaw f’kompetizzjonijiet interni. Tali limitazzjoni tirriżulta, fid-dawl tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 29(1) tar-Regolamenti tal-Persunal, min-natura eċċezzjonali tal-organizzazzjoni ta’<?PAGE NO="6"?> kompetizzjonijiet interni miftuħa lill-membri tal-persunal bil-kuntratt. Mill-bqija, din l-interpretazzjoni hija kkorroborata mill-qari tax-xogħol preparatorju tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20131022">22 ta’ Ottubru 2013</DATE> li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="287" PAGE.FIRST="15" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 287, p. 15</REF.DOC.OJ>). Il-Kummissjoni tal-Affarijiet Legali tal-Parlament Ewropew kienet għalhekk ippreċiżat li membri tal-persunal ma setgħux jiġu ammessi għal tali kompetizzjonijiet ħlief <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>sa fejn ikunu ħadmu mill-inqas tliet snin […] għall-istituzzjoni kkonċernata fid-data limitu ta’ riċezzjoni tal-kandidaturi għall-kompetizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali] (emenda Nru 30 tar-Rapport dwar il-proposta ta’ Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea (COM(2011)0890 – C7-0507/2011 – 2011/0455(COD)), p. 26).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>It-tieni nett, il-ġurisprudenza kienet diġà rrikonoxxiet, qabel din ir-riforma leġiżlattiva, kundizzjonijiet ta’ anzjanità tas-servizz ta’ tul ta’ tliet snin (sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19970306">6 ta’ Marzu 1997</DATE>, <NAME.CASE>de Kerros u Kohn-Berge vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑40/96 u T‑55/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1997:28">EU:T:1997:28</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091117">17 ta’ Novembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Di Prospero vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑99/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2009:153">EU:F:2009:153</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), ta’ ħames snin (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20061213">13 ta’ Diċembru 2006</DATE>, <NAME.CASE>Heus vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑173/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2006:392">EU:T:2006:392</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u ta’ għaxar snin (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20001121">21 ta’ Novembru 2000</DATE>, <NAME.CASE>Carrasco Benítez vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑214/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2000:272">EU:T:2000:272</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), peress li, f’dawn il-kawżi, l-istituzzjoni inkwistjoni kienet eżerċitat is-setgħa diskrezzjonali wiesgħa tagħha fl-osservanza tal-kundizzjoni marbuta mal-interess tas-servizz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>It-tielet nett, diġà ġie deċiż li r-rekwiżit ta’ ċertu numru ta’ snin ta’ anzjanità tas-servizz kien jikkostitwixxi mezz xieraq sabiex jiġi żgurat li l-uffiċjali jkollhom il-kwalitajiet previsti fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 27 tar-Regolament tal-Persunal u, għaldaqstant, sabiex jiġi ggarantit l-interess tas-servizz. Fil-fatt, il-pussess ta’ ċerta anzjanità, u għalhekk ta’ esperjenza sinjifikattiva fi ħdan istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>indizju ċert<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> tal-eżistenza tal-kwalitajiet imsemmija iktar ’il fuq (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20061213">13 ta’ Diċembru 2006</DATE>, <NAME.CASE>Heus vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑173/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2006:392">EU:T:2006:392</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Tali kundizzjoni ta’ anzjanità tippermetti li jiġi żgurat li l-persuni ammessi għall-kompetizzjoni interna kienu ġew suġġetti għall-kundizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-persunal amministrattiv tal-istituzzjonijiet, b’mod partikolari għar-regoli relatati mal-evalwazzjoni u mad-dixxiplina, matul ċertu perijodu u li huma kienu pproduċew prova tal-kompetenzi tagħhom f’dan il-kuntest. Għalhekk il-proċedura ta’ reklutaġġ tiżgura s-servizzi ta’ uffiċjali lill-istituzzjoni li jkollhom l-ogħla livell ta’ kapaċità, ta’ effiċjenza u ta’ integrità, kif ġew evalwati mill-istituzzjonijiet stess (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20061213">13 ta’ Diċembru 2006</DATE>, <NAME.CASE>Heus vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-173/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2006:392">EU:T:2006:392</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Isegwi li, kif issostni l-Kummissjoni l-istituzzjoni li tiddeċiedi li torganizza, eċċezzjonalment, kompetizzjoni interna miftuħa għall-membri tal-persunal bil-kuntratt fil-gruppi ta’ funzjonijiet II sa IV hija obbligata li tosserva l-limitu minimu ta’ tliet snin ta’ anzjanità tas-servizz impost mill-ewwel sentenza tal-Artikolu 82(7) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg. Madankollu huwa possibbli għal din l-istituzzjoni, fid-dawl tas-setgħa diskrezzjonali wiesgħa tagħha u fl-osservanza tad-dispożizzjonijiet imperattivi tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 27 u tal-Artikolu 29(1) tar-Regolamenti tal-Persunal, li jiġi stabbilit, għal ċerti impjiegi u għal ċerti gruppi ta’ funzjonijiet, kundizzjonijiet iktar iebsin billi b’mod partikolari ikun meħtieġ li jkun hemm anzjanità tas-servizz ogħla mill-minimu previst mill-ewwel sentenza tal-Artikolu 82(7) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19890713">13 ta’ Lulju 1989</DATE>, <NAME.CASE>Jaenicke Cendoya vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>108/88</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1989:325">EU:C:1989:325</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni, li tiġi implikata mill-esklużjoni ta’ membri tal-persunal bil-kuntratt li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet ta’ anzjanità tas-servizz iddefiniti mill-istituzzjoni inkwistjoni, ma tistax tiġi kkonfutata, kuntrarjament għal dak li jsostni r-rikorrent, mill-fatt li, l-ewwel nett, l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>kompetizzjoni interna għall-istituzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> bħala prinċipju kienet tikkonċerna l-persuni kollha li kienu jinsabu fis-servizz tagħha, indipendentement minn kwalunkwe titolu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-obbligu li jiġu aċċettati f’kompetizzjoni interna għall-istituzzjoni l-persuni kollha li jkunu jinsabu fis-servizz tagħha jippreġudika s-setgħa diskrezzjonali wiesgħa tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081009">9 ta’ Ottubru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Chetcuti vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑16/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:549">EU:C:2008:549</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0076">76</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090924">24 ta’ Settembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Brown vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑37/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2009:121">EU:F:2009:121</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u ebda dritt assolut għal parteċipazzjoni f’kompetizzjoni interna għal istituzzjoni ma jista’, għalhekk, jiġi rrikonoxxut lill-membri tal-persunal u lill-uffiċjali tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19970306">6 ta’ Marzu 1997</DATE>, <NAME.CASE>de Kerros u Kohn-Berge vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑40/96 u T‑55/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1997:28">EU:T:1997:28</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20061108">8 ta’ Novembru 2006</DATE>, <NAME.CASE>Chetcuti vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑357/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2006:339">EU:T:2006:339</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>F’dan il-każ, hemm lok li jiġi kkonstatat li l-kundizzjoni kontenzjuża, li teżiġi li l-kandidati għall-kompetizzjonijiet interni jkollhom anzjanità tas-servizz ta’ 42 xahar, mhux neċessarjament konsekuttivi, tosserva l-kundizzjoni marbuta mal-interess tas-servizz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fil-fatt, mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 38 sa 40 iktar ’il fuq jirriżulta li r-rekwiżit ta’ ċertu numru ta’ snin ta’ anzjanità tas-servizz jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>indizju ċert<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> tal-eżistenza, fost il-kandidati għall-kompetizzjonijiet interni, tal-kwalitajiet stabbiliti fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-avviż ta’ kompetizzjoni jippreċiża għalhekk espliċitament li l-interess tas-servizz jeżiġi li r-reklutaġġ ta’ membri tal-persunal temporanju bħala uffiċjali jiggarantixxi lill-Kummissjoni s-servizzi ta’ uffiċjali li jkollhom l-ogħla livell ta’ kapaċità, ta’ effiċjenza u ta’ integrità u li, fid-dawl ta’ dan, huma biss il-kandidati li jkollhom esperjenza rikonoxxuta fi grupp ta’ funzjonijiet partikolari li jsiru uffiċjali immedjatament operattivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Kif indikat il-Kummissjoni fir-risposta, l-organizzazzjoni ta’ kompetizzjonijiet interni previsti fl-avviż ta’ kompetizzjoni tiffoka għalhekk l-interess tas-servizz fil-forma ta’ għan doppju, jiġifieri, minn naħa, li tiġi rregolarizzata s-sitwazzjoni ta’ ċerti membri tal-persunal temporanju u bil-kuntratt billi dawn jinħatru uffiċjali u, min-naħa l-oħra, li jiġi rreklutat persunal mhux biss li għandu kwalifiki għolja, iżda immedjatament operattiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat ukoll li, bħala tweġiba għal mistoqsija bil-miktub tal-Qorti Ġenerali, il-Kummissjoni bagħtet ir-rapport tal-laqgħa ta’ djalogu soċjali fuq il-kompetizzjonijiet interni miftuħa lill-membri tal-persunal bil-kuntratt tal-<DATE ISO="20151211">11 ta’ Diċembru 2015</DATE>. Minn dan jirriżulta li l-Kummissjoni kienet inizjalment ipprevediet li teħtieġ anzjanità tas-servizz ta’ erba’ snin. Din il-kundizzjoni kienet immotivata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>mill-fatt li billi jiġu imposti [erba’] snin ta’ esperjenza professjonali fl-istituzzjonijiet, kien hemm ċerta assigurazzjoni li tikkonċerna l-kwalità professjonali tal-membri tal-persunal ikkonċernati sa fejn dawn il-membri tal-persunal kienu bbenefikaw minn tiġdid ta’ kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Madankollu, fid-dawl tal-osservazzjonijiet ta’ diversi organizzazzjonijiet sindakali li pproponew li din l-anzjanità tas-servizz tkun ta’ tliet snin, il-Kummissjoni definittivament stabbilixxiet it-tul tal-kundizzjoni kontenzjuża għal tliet snin u nofs (paġna 4 tar-rapport).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Sa mill-bidu, il-Kummissjoni kellha l-intenzjoni li l-kandidati jkollhom anzjanità tas-servizz minimu, inizjalment ta’ erba’ snin u finalment ta’ tliet snin u nofs, peress li din tagħti ċerta assiguranza dwar il-kwalità professjonali tagħhom. F’dawn iċ-ċirkustanzi, din l-istituzzjoni ma użatx is-setgħa diskrezzjonali tagħha b’mod manifestament żbaljat meta rrikjediet bħala kundizzjoni dwar l-anzjanità tas-servizz fl-avviż ta’ kompetizzjoni tul li jaqbeż b’sitt xhur biss it-tul minimu previst fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 82(7) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-argument tar-rikorrent ibbażat fuq l-inkompatibbiltà tal-kundizzjoni kontenzjuża mal-prinċipju ta’ proporzjonalità wkoll ma jistax jintlaqa’.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-prinċipju ta’ proporzjonalità jirrikjedi li l-atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni jkunu idonei sabiex iwettqu l-għanijiet leġittimi segwiti mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni u li ma jeċċedux il-limiti ta’ dak li huwa xieraq u neċessarju għat-twettiq ta’ dawn<?PAGE NO="8"?> l-għanijiet (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140408">8 ta’ April 2014</DATE>, <NAME.CASE>Digital Rights Ireland <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑293/12 u C‑594/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:238">EU:C:2014:238</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Barra minn hekk, fid-dawl tas-setgħa diskrezzjonali wiesgħa li l-Awtorità tal-Ħatra għandha sabiex tiddetermina l-kriterji ta’ kapaċitajiet meħtieġa għall-impjiegi li għandhom jimtlew u sabiex jiġu ddeterminati, skont dawn il-kriterji u, iktar ġeneralment, fl-interess tas-servizz, il-kundizzjonijiet u l-modalitajiet ta’ organizzazzjoni ta’ kompetizzjoni (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19970205">5 ta’ Frar 1997</DATE>, <NAME.CASE>Petit-Laurent vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑211/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1997:13">EU:T:1997:13</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), hija unikament in-natura manifestament mhux xierqa tal-kundizzjoni kontenzjuża fir-rigward tal-għanijiet imfittxija li tista’ taffettwa l-legalità tal-avviż ta’ kompetizzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100608">8 ta’ Ġunju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Vodafone <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑58/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:321">EU:C:2010:321</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Fl-aħħar nett, għandu jitfakkar li l-iskop ta’ kull kompetizzjoni organizzata fi ħdan l-Unjoni jikkonsisti, hekk kif jirriżulta mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal, li jiġi żgurat lill-istituzzjoni, bħal kull korp ieħor, is-servizz ta’ uffiċjali li jkollhom l-ogħla livell ta’ kapaċità, ta’ effiċjenza u ta’ integrità (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110414">14 ta’ April 2011</DATE>, <NAME.CASE>Clarke <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs UASI,</NAME.CASE> <NO.CASE>F‑82/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2011:45">EU:F:2011:45</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0181">181</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-ewwel nett, mill-kunsiderazzjonijiet esposti fil-punti 44 sa 49 iktar ’il fuq jirriżulta li r-rekwiżit ta’ pussess ta’ anzjanità tas-servizz ta’ 42 xahar huwa adattat sabiex jintlaħaq l-għan doppju mfittex, jiġifieri, minn naħa, li tiġi rregolarizzata s-sitwazzjoni ta’ ċerti membri tal-persunal temporanju u kuntrattwali billi jinħatru uffiċjali u, min-naħa l-oħra, li jiġi rreklutat persunal mhux biss li għandu kwalifiki għolja, iżda immedjatament operattiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>It-tieni nett, il-kundizzjoni kontenzjuża ma taqbiżx il-limiti ta’ dak li huwa xieraq u neċessarju għat-twettiq ta’ dan l-għan doppju. Minn naħa, billi jiġi meħtieġ pussess ta’ anzjanità tas-servizz ta’ 42 xahar, hija taqbeż biss bi 6 xhur it-tul minimu previst fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 82(7) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg. Issa, il-Qorti Ġenerali diġà ammettiet, kif huwa indikat fil-punt 38 iktar ’il fuq, kundizzjonijiet ta’ anzjanità tas-servizz ta’ tul ħafna ogħla minn 42 xahar, peress li, bħal f’dan il-każ, l-istituzzjoni inkwistjoni kienet eżerċitat is-setgħa diskrezzjonali wiesgħa tagħha b’mod kompatibbli mal-interess tas-servizz. Min-naħa l-oħra kif ippreċiżat il-Kummissjoni bħala tweġiba għal mistoqsija bil-miktub tal-Qorti Ġenerali, 84 % tal-615 kandidat irreġistrat fil-kompetizzjoni nterna COM/02/AST/16 (AST 2) kienu eliġibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Din l-aħħar konstatazzjoni hija suffiċjenti, fl-aħħar nett, sabiex jiġi miċħud l-argument tar-rikorrent li l-kundizzjoni kontenzjuża ma kinitx ippermettiet lill-Awtorità tal-Ħatra tmexxi l-proċedura ta’ reklutaġġ fuq bażi daqstant wiesgħa daqs kemm huwa possibbli. Fil-fatt miċ-ċifri kkomunikati mill-Kummissjoni jirriżulta li 519 kandidat seta’ jipparteċipa fil-kompetizzjoni interna inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-elementi, hemm lok li jiġi kkunsidrat li, billi stabbilixxiet il-kundizzjoni kontenzjuża, il-Kummissjoni ma użatx is-setgħa diskrezzjonali tagħha b’mod manifestament żbaljat u li, għaldaqstant, hija ma kisritx id-dispożizzjonijiet imperattivi tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Għalhekk hemm lok li tiġi miċħuda l-eċċezzjoni ta’ illegalità u konsegwentement, li r-rikors jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. F’dan il-każ, peress li r-rikorrent tilef, hemm lok li jiġi kkundannat għall-ispejjeż, skont it-talbiet tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (Id-Disa’ Awla)</P><?PAGE NO="9"?><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">John Morrison Healy huwa kkundannat għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Gervasoni</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Kowalik-Bańczyk</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Mac Eochaidh</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fit-<DATE ISO="20180912">12 ta’ Settembru 2018</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>