|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/675 |
28.1.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11858 – DEUTSCHE BÖRSE / LINDNER / DIGITAL SERVICES)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/675)
1.
Fil-21 ta’ Jannar 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Deutsche Börse AG (“Deutsche Börse”, il-Ġermanja), |
|
— |
Lindner Beteiligungs GmbH (“Lindner”, il-Ġermanja), |
|
— |
Digital Vault Services GmbH (“DVS”, il-Ġermanja), li bħalissa hija kkontrollata esklużivament minn Lindner. |
Deutsche Börse u Lindner se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ DVS.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Deutsche Börse hija fornitur diversifikat ta’ infrastruttura tas-suq kapitali bi klijenti madwar id-dinja li l-prodotti u s-servizzi tagħhom ikopru l-katina tal-valur kollha tas-settur finanzjarju. L-erba’ segmenti tan-negozju tagħha huma (i) Soluzzjonijiet ta’ Mmaniġġjar tal-Investiment, (ii) Negozjar u Kklerjar, (iii) Servizzi ta’ Fondi, u (iv) Servizzi ta’ Titoli. Permezz tan-negozju Clearstream tagħha, Deutsche Börse tipprovdi infrastruttura ta’ ħruġ u ta’ wara n-negozjar għal titoli minn 60 suq madwar id-dinja; |
|
— |
Lindner hija fornitur, manifattur u fornitur tas-servizz għall-attrezzament intern u l-involukru tal-bini, l-inġinerija tas-servizzi tal-bini u l-iżolament. Hija attiva fuq livell globali, b’enfasi fuq l-Ewropa, b’mod partikolari l-Ġermanja, ir-Renju Unit, l-Iżvizzera u l-Awstrija; |
|
— |
Id-DVS tospita u toffri soluzzjoni ta’ software għall-ħruġ diġitali u l-kustodja ta’ garanziji u avall. L-attivitajiet kummerċjali attwali tagħha huma ffukati prinċipalment fuq il-Ġermanja u ċerti pajjiżi oħra — fil-biċċa l-kbira tagħhom pajjiżi Ewropej. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.11858 – DEUTSCHE BÖRSE / LINDNER / DIGITAL VAULT SERVICES
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (Ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/675/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)