|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/5169 |
19.8.2024 |
Avviż dwar talba li tikkonċerna l-applikabbiltà tal-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE
Talba minn Stat Membru
(C/2024/5169)
Fl-24 ta’ Lulju 2024, il-Kummissjoni rċeviet talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). It-talba għamluha l-awtoritajiet Belġjani f’isem Luminus, Norther u Ørsted. L-ewwel jum tax-xogħol wara l-wasla tat-talba kien il-25 ta’ Lulju 2024.
Din it-talba tikkonċerna attivitajiet relatati mal-produzzjoni u l-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku fil-Belġju.
L-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE jipprevedi li “ kuntratti maħsuba sabiex jippermettu li ssir attività msemmija fl-Artikoli 8 sa 14 li għandha titwettaq ma għandhomx ikunu soġġetti għal din id-Direttiva jekk l-Istat Membru jew l-entitajiet kontraenti li introduċew it-talba skont l-Artikolu 35 jistgħu juru li, fl-Istat Membru li titwettaq fih, l-attività hija direttament esposta għall-kompetizzjoni fis-swieq li għalihom mhuwiex ristrett l-aċċess; u lanqas il-kompetizzjonijiet tad-disinn li huma organizzati biex titwettaq din l-attività f’dik iż-żona ġeografika ma għandhom ikunu soġġetti għal din id-Direttiva. ” Il-valutazzjoni tal-esponiment dirett għall-kompetizzjoni li tista’ ssir fil-kuntest tad-Direttiva 2014/25/UE hija mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni sħiħa tal-liġi dwar il-kompetizzjoni.
Il-Kummissjoni għandha perjodu ta’ 105 (2) ijiem tax-xogħol biex tieħu deċiżjoni dwar din it-talba, li jibda mill-jum tax-xogħol imsemmi hawn fuq. Għalhekk il-perjodu jiskadi fl-20 ta’ Diċembru 2024.
Skont l-Artikolu 35(5) tad-Direttiva 2014/25/UE, it-talbiet oħrajn li jikkonċernaw l-istess attivitajiet fil-Belġju u li jsiru qabel l-iskadenza tal-perjodu miftuħ fir-rigward ta’ din it-talba ma għandhomx jitqiesu bħala proċeduri ġodda u għandhom jiġu ttrattati fil-kuntest ta’ din it-talba.
(1) Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).
(2) Skont il-paragrafu 1a tal-Anness IV tad-Direttiva 2014/25/UE flimkien mat-tieni subparagrafu tal-imsemmi paragrafu 1.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5169/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)