02011D0101 — MT — 17.02.2018 — 009.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/101/PESK

tal-15 ta’ Frar 2011

dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe

(ĠU L 042 16.2.2011, p. 6)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/97/PESK tas-17 ta’ Frar 2012

  L 47

50

18.2.2012

 M2

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2012/124/PESK tas-27 ta’ Frar 2012

  L 54

20

28.2.2012

 M3

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/89/PESK tat-18 ta’ Frar 2013

  L 46

37

19.2.2013

 M4

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/160/PESK tas-27 ta’ Marzu 2013

  L 90

95

28.3.2013

 M5

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2013/469/PESK tat-23 ta’ Settembru 2013

  L 252

31

24.9.2013

►M6

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/98/PESK tas-17 ta’ Frar 2014

  L 50

20

20.2.2014

 M7

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/277 tad-19 ta' Frar 2015

  L 47

20

20.2.2015

 M8

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/1924 tas-26 ta' Ottubru 2015

  L 281

10

27.10.2015

►M9

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/220 tal-15 ta' Frar 2016

  L 40

11

17.2.2016

►M10

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/288 tas-17 ta' Frar 2017

  L 42

11

18.2.2017

►M11

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/224 tal-15 ta' Frar 2018

  L 43

12

16.2.2018

►M12

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/227 tal-15 ta' Frar 2018

  L 43

16

16.2.2018


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 100, 14.4.2011, p.  74 (2011/101/PESK)




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/101/PESK

tal-15 ta’ Frar 2011

dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe



Artikolu 1

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, it-terminu “assistenza teknika” għandu jfisser kull appoġġ tekniku relatat ma' tiswija, żvilupp, fabbrikazzjoni, muntaġġ, ittestjar, manutenzjoni jew kull servizz tekniku ieħor, u jista' jieħu forom bħal istruzzjoni, pariri, taħriġ, trasmissjoni tat-tagħrif fuq ix-xogħol jew prattika jew servizzi ta' konsulenza; l-assistenza teknika tinkludi forom verbali ta' assistenza.

Artikolu 2

1.  Il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' armi u ta' materjal relatat ta' kull tip, inklużi armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari u partijiet ta' rikambju għal dawk imsemmijin hawn fuq, kif ukoll tagħmir li jista' jintuża għal ripressjoni interna, liż-Żimbabwe:

(a) minn ċittadini tal-Istati Membri,

(b) mit-territorji tal-Istati Membri, jew

(c) bl-użu ta' bastimenti jew inġenji tal-ajru bil-bandiera tal-Istati Membri

għandu jkun ipprojbit kemm jekk joriġinaw fit-territorji ta' l-Istati Membri u kemm jekk le.

2.  Għandu jkun ipprojbit:

(a) l-għoti, il-bejgħ, il-forniment jew it-trasferiment ta' assistenza teknika, l-għoti ta' servizzi ta' senserija u servizzi oħra li huma relatati ma' attivitajiet militari u mal-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta' armi u materjali relatati ta' kull tip, inklużi armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari u partijiet ta' rikambju għal dawk imsemmijin hawn fuq, kif ukoll tagħmir li jista' jintuża għal repressjoni interna, direttament jew indirettament lill-kwalunkwe persuna, entità jew korp fiż-Żimbabwe jew destinati li jiġu utilizzati hemmhekk;

(b) l-għoti ta' finanzjament jew assistenza finanzjarja relatata ma' attivitajiet militari, inklużi, b'mod partikolari, għotjiet, self u assigurazzjoni tal-kreditu fuq l-esportazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta' armi u materjali relatati, kif ukoll tagħmir li jista' jintuża għal repressjoni interna, direttament jew indirettament lil kuwalunkwe persuna, entità jew korp fiż-Żimbabwe jew destinati li jiġu utilizzati hemmhekk.

▼C1

Artikolu 3

1.  L-Artikolu 2 m'għandux japplika:

(a) għall-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' tagħmir militari li mhux letali jew ta' tagħmir li jista' jintuża għal repressjoni interna, maħsub biss għal użu umanitarju jew protettiv, jew għal programmi ta' bini istituzzjonali tan-NU u l-UE, jew ta' materjal maħsub għall- operazzjonijiet ta' maniġġar ta' kriżi tal-UE u tan-NU;

(b) għall-għoti ta' finanzjament u assistenza finanzjarja relatata ma' tali tagħmir;

(c) l-għoti ta' assistenza teknika relatata ma' tali tagħmir,

bil-kondizzjoni li kull esportazzjoni tiegħu tkun ġiet approvata minn qabel mill-awtorità kompetenti rilevanti.

▼B

2.  L-Artikolu 2 m'għandux japplika għal ilbies protettiv, inklużi ġkieket rinfurzati u elmi militari, esportati temporanjament lejn iż-Żimbabwe mill-persunal tan-NU, il-persunal tal-UE jew l-Istati Membri tagħha, rappreżentanti tal-medja u l-ħaddiema umanitarji u dawk għall-iżvilupp u persunal assoċjat għall-użu personali tagħhom biss.

▼M10

3.  L-Artikolu 2 ma għandux japplika għall-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' ċertu tagħmir li jista' jintuża għal repressjoni interna jekk it-tagħmir jintuża esklużivament minn persuni ċivili fi proġetti ta' tħaffir ta' minjieri jew fi proġetti ta' infrastruttura, soġġett għal awtorizzazzjoni skont il-każ mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li qed jesporta.

▼B

Artikolu 4

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jimpedixxu d-dħul jew it-transitu fit-territorju tagħhom tal-membri tal-Gvern taż-Żimbabwe u tal-persuni fiżiċi assoċjati magħhom, kif ukoll ta' persuni fiżiċi oħrajn li l-attivitajiet tagħhom jimminaw id-demokrazija, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt fiż-Żimbabwe. L-individwi msemmijin f'dan il-paragrafu huma elenkati ►M1  f'Anness 1 ◄ .

2.  Il-paragrafu 1 m'għandux jobbliga Stat Membru li jirrifjuta d-dħul fit-territorju tiegħu liċ-ċittadini tiegħu stess.

3.  Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-każijiet fejn Stat Membru ikun marbut b'xi obbligu taħt id-dritt internazzjonali, jiġifieri:

(a) bħala pajjiż li jospita organizzazzjoni intergovernattiva internazzjonali;

(b) bħala pajjiż li jospita konferenza internazzjonali mlaqqgħa min-Nazzjonijiet Uniti jew taħt il-patroċinju tagħha;

(c) taħt xi ftehim multilaterali li jikkonferixxi privileġġi u immunitajiet; jew

(d) skont it-Trattat ta' Konċiljazzjoni (il-Patt tal-Lateran) konkluż fl-1929 mis-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan) u l-Italja.

Il-Kunsill għandu jkun debitament informat f'kull wieħed minn dawn il-każijiet.

4.  Il-paragrafu 3 għandu japplika wkoll fil-każijiet fejn Stat Membru jkun pajjiż li jospita l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE).

▼M6

5.  L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-miżuri imposti fil-paragrafu 1 meta l-ivvjaġġar ikun iġġustifikat għal raġunijiet ta’ ħtieġa umanitarja urġenti, jew f’każijiet eċċezzjonali għal raġunijiet ta’ attendenza f’laqgħat intergovernattivi u dawk promossi jew ospitanti mill-Unjoni Ewropea, fejn isir djalogu politiku li jippromwovi b’mod dirett l-objettivi ta’ politika tal-miżuri restrittivi, inkluż id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt fiż-Żimbabwe.

▼B

6.  Kull Stat Membru li jixtieq jagħti l-eżenzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 5 għandu jgħarraf lill-Kunsill bil-miktub. Id-deroga għandha titqies li ngħatat ħlief jekk membru wieħed jew aktar tal-Kunsill joġġezzjonaw bil-miktub fi żmien 48 siegħa mir-riċevuta tan-notifika dwar id-deroga proposta. Jekk membru wieħed jew aktar tal-Kunsill joġġezzjonaw, l-eżenzjoni m'għandhiex tingħata, ħlief meta Stat Membru jixtieq jagħtiha għal raġunijiet umanitarji urġenti u imperattivi. F'dan il-każ tal-aħħar, il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jiddeċiedi li jagħti l-eżenzjoni proposta.

7.  F'każijiet fejn, skont il-paragrafi 3 sa 6, Stat Membru jawtorizza d-dħul jew it-transitu fit-territorju tiegħu ta' persuni elenkati ►M1  f'Anness 1 ◄ , l-awtorizzazzjoni għandha tkun strettament limitata għall-fini li għalih hija ġiet mogħtija u għall-persuni kkonċernati direttament minnha.

Artikolu 5

1.  Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil membri individwali tal-Gvern taż-Żimbabwe jew lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom kollha, jew li jappartjenu lil persuna fiżika jew ġuridika oħra li l-attivitajiet tagħha ddgħajjef serjament id-demokrazija, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt fiż-Żimbabwe, għandhom jiġu ffriżati. Il-persuni u l-entitajiet imsemmijin f'dan il-paragrafu huma elenkati ►M1  f'Anness 1 ◄ .

2.  L-ebda fondi jew riżorsi ekonomiċi m'għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni direttament jew indirettament lil jew għall-benefiċċju tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, tal-entitajiet jew tal-korpi elenkati ►M1  f'Anness 1 ◄ .

3.  Eżenzjonijiet jistgħu jingħataw għall-fondi jew riżorsi ekonomiċi li huma:

(a) neċessarji għal spejjeż bażiċi, inklużi pagamenti għal prodotti tal-ikel, kera jew ipoteki, mediċini u trattament mediku, taxxi, premiums tal-assigurazzjoni u servizzi pubbliċi;

(b) maħsuba esklussivament għall-ħlas ta' drittijiet professjonali raġonevoli u għar-rimborż ta' spejjeż li tħallsu b'rabta mal-għoti ta' servizzi legali;

(c) maħsuba esklussivament għall-ħlas ta' drittijiet jew spejjeż li għandhom x'jaqsmu mal-ġestjoni normali jew mal-kustodja tal-fondi jew tar-riżorsi ekonomiċi ffriżati; jew

(d) neċessarji għal spejjeż straordinarji.

4.  Il-paragrafu 2 m'għandux japplika għaż-żieda mal-kontijiet iffriżati ta':

(a) imgħax jew dħul ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew

(b) ħlasijiet dovuti taħt kuntratti, ftehimiet jew obbligi li kienu ġew konklużi jew li saru qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet saru soġġetti għal miżuri restrittivi,

bil-kondizzjoni li tali imgħax, dħul u pagamenti oħrajn jibqgħu soġġetti għall-paragrafu 1.

Artikolu 6

1.  Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi fuq proposta minn Stat Membru jew mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għandu jadotta modifiki għal-lista li tinsab ►M1  f'Anness I ◄ kif meħtieġ mill-iżviluppi politiċi fiż-Żimbabwe.

2.  Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu, inklużi r-raġunijiet għall-elenkar tagħha fil-lista, lill-persuna jew l-entità kkonċernata, direttament, jekk l-indirizz tagħha jkun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' notifika, li tipprovdi lil dik il-persuna jew entità possibbiltà li tippreżenta osservazzjonijiet.

3.  Fejn jiġu sottomessi osservazzjonijiet, jew fejn tiġi ppreżentata evidenza ġdida sostanzjali, il-Kunsill għandu jirrieżamina d-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna jew l-entità kkonċernata kif meħtieġ.

Artikolu 7

1.   ►M1  L-Anness I ◄ għandu jinkludi r-raġunijiet għall-elenkar tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi u l-entitajiet fil-listi.

2.   ►M1  L-Anness I ◄ għandu jinkludi wkoll, fejn disponibbli, l-informazzjoni meħtieġa biex jiġu identifikati l-persuni fiċiżi u ġuridiċi jew l-entitajiet ikkonċernati. Fir-rigward tal-persuni fiżiċi, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, inkluż il-psewdonimi, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità, in-numri tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward tal-persuni ġuridiċi jew l-entitajiet, din l-informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-indirizz professjonali.

Artikolu 8

Sabiex tkabbar kemm jista' jkun l-impatt tal-miżuri msemmijin hawn fuq, l-Unjoni għandha tinkoraġġixxi Stati terzi biex jadottaw miżuri restrittivi simili għal dawk li jinsabu f'din id-Deċiżjoni.

Artikolu 9

Il-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK hija b'dan imħassra.

▼M11

Artikolu 10

1.  Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

2.  Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-20 ta' Frar 2019.

3.  Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(1) u (2), safejn japplikaw għall-persuni elenkati fl-Anness II, għandhom jiġu sospiżi sal-20 ta' Frar 2019.

4.  Din id-Deċiżjoni għandha tinżamm taħt rieżami kostanti u għandha tiġġedded, jew tiġi emendata kif adatt, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma ntlaħqux.

▼M9




ANNESS I

PERSUNI U ENTITAJIET IMSEMMIJIN FL-ARTIKOLI 4 U 5

I.   Persuni



 

Isem (u kwalunkwe psewdonimu)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet għall-indikazzjoni

▼M12

1.

Mugabe, Robert Gabriel

Imwieled fil-21.2.1924

Passaport AD001095

Eks President u responsabbli għal attivitajiet li jimminaw serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

▼M9

2.

Mugabe, Grace

Imwielda fit-23.7.1965

Passaport AD001159

ID 63-646650Q70

Assoċjata mal-fazzjoni tal-Gvern taż-ZANU-PF (Zimbabwe African National Union — Patriotic Front). Ħadet taħt idejha l-Iron Mask Estate fl-2002; allegata li tikseb profitti kbar mit-tħaffir għad-djamanti.

3.

Bonyongwe, Happyton Mabhuya

Direttur Ġenerali tal-Organizzazzjoni Ċentrali tas-Servizzi Sigrieti, imwieled fis-6.11.1960

Passaport: AD002214

ID: 63-374707A13

Membru anzjan tas-sigurtà assoċjat mill-qrib mal-fazzjoni tal-Gvern taż-ZANU-PF u kompliċi fil-formazzjoni jew it-tmexxija tal-politika ripressiva tal-istat. Akkużat li huwa responsabbli għall-ħtif, it-tortura u l-qtil ta' attivisti tal-MDC f'Ġunju 2008.

4.

Chihuri, Augustine

Kummissarju tal-Pulizija, imwieled fl-10.3.1953

Passaport AD000206

ID 68-034196M68

Uffiċjal anzjan tal-pulizija u membru tal-Kmand Operattiv Konġunt, assoċjat mill-qrib mal-politiki ripressivi taż-ZANU-PF. Stqarr pubblikament li jappoġġa liż-ZANU-PF f'kontravenzjoni tal-Att tal-Pulizija. F'Ġunju 2009 ordna lill-pulizija biex iwaqqgħu l-każijiet kollha relatati mal-omiċidji li twettqu fiż-żmien ta' qabel l-elezzjoni Presidenzjali ta' Ġunju 2008.

5.

Chiwenga, Constantine

Kmandant tal-Forzi ta' Difiża taż-Żimbabwe, Ġeneral (ex-Kmandant tal-Armata, Logutenent Ġeneral), imwieled fil-25.8.1956

Passaport AD000263

ID 63-327568M80

Membru tal-Kmand Operattiv Konġunt u kompliċi fil-formazzjoni jew id-direzzjoni tal-politika ripressiva tal-istat. Uża l-armata għall-akkwisti ta' azjendi agrikoli. Matul l-elezzjonijiet tal-2008 kien arkitett prinċipali tal-vjolenza assoċjata mal-proċess tal-ballottaġġ Presidenzjali.

6.

Shiri, Perence (magħruf ukoll bħala Bigboy) Samson Chikerema

Marixxall tal-Ajru (Forza tal-Ajru), imwieled fl-1.11.1955

ID 29-098876M18

Uffiċjal militari anzjan u membru tal-Kmand Operattiv Konġunt taż-ZANU-PF u kompliċi fil-formazzjoni jew id-direzzjoni tal-politika oppressiva tal-istat. Involut fi vjolenza politika, inkluż matul l-elezzjoni tal-2008 f'Mashonaland West u f'Chiadzwa.

7.

Sibanda, Phillip Valerio (magħruf ukoll bħala Valentine)

Kmandant tal-Armata Nazzjonali taż-Żimbabwe, Logutenent Ġeneral, imwieled fil-25.8.1956 jew l-24.12.1954

ID 63-357671H26

Membru anzjan tal-armata b'rabtiet mal-Gvern u kompliċi fil-formazzjoni jew id-direzzjoni tal-politika oppressiva tal-istat.

II.   Entitajiet



 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet għall-indikazzjoni

1.

Zimbabwe Defence Industries

10th floor, Trustee House, 55 Samora Machel Avenue, PO Box 6597, Ħarare, Żimbabwe.

Assoċjata mal-Ministeru tad-Difiża u mal-fazzjoni tal-Gvern taż-ZANU-PF.




ANNESS II

PERSUNI MSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 10(3)

Persuni

Isem (u kwalunkwe psewdonimu)



1.

Bonyongwe, Happyton Mabhuya

2.

Chihuri, Augustine

3.

Chiwenga, Constantine

4.

Shiri, Perence (magħruf ukoll bħala Bigboy) Samson Chikerema

5.

Sibanda, Phillip Valerio (magħruf ukoll bħala Valentine).