European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/3632

6.6.2024

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11562 — TASARU / BENTELER / HOLON)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/3632)

1.   

Fit-28 ta’ Mejju 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Benteler International AG (“Benteler”, l-Awstrija), ikkontrollata b’mod konġunt minn CAB II GmbH, CAB Holding GmbH u Dr. Ing. E.h. Helmut Benteler GmbH,

—

National Automotive and Mobility Investment Company (TASARU Mobility Investment) (“TASARU”, ir-Renju tal-Arabja Sawdija), ikkontrollata mill-Fond ta’ Investiment Pubbliku (“PIF”, l-Arabja Sawdija),

—

HOLON GmbH (“Holon”, il-Ġermanja), bħalissa hija kollha kemm hi indirettament proprjetà ta’ Benteler.

Benteler u PIF se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Holon.

Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

Benteler hija kumpanija globali involuta fl-iżvilupp, il-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ prodotti, sistemi u servizzi għas-setturi awtomobilistiku, tal-enerġija u tal-inġinerija mekkanika,

—

TASARU hija entità ta’ investiment fis-settur awtomobilistiku u tal-mobbiltà li hija kkontrollata minn PIF li huwa l-fond ta’ investimenti sovrani tal-Arabja Sawdija. Hija għandha investimenti diretti u indiretti f’diversi setturi fl-Arabja Sawdija u madwar id-dinja, inkluż fl-ikel u fl-agrikoltura, fl-enerġija, fis-settur finanzjarju, fil-manifattura, fil-proprjetà immobbli, fil-loġistika u fis-setturi diġitali.

3.   

Holon hija attiva fl-iżvilupp ta’ vetturi elettriċi u vetturi b’sewqan awtonomu.

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11562 – TASARU / BENTELER / HOLON

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz tal-posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3632/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)