Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (li saret il-Qorti Ġenerali)(L‑Ewwel Awla) tal‑15 ta’ Ottubru 2008, Air Products and Chemicals vs UASI (T‑305/06 sa 307/06), li biha l-Qorti Ġenerali annullat id-deċiżjonijiet tat‑Tieni Bord tal‑Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) (UASI), tat‑12 ta’ Settembru 2006, li jiċħdu l-appelli ppreżentati mill-proprjetarju tat-trade marks verbali Komunitarji “FERROMAXX”, “INOMAXX” u “ALUMAXX” għal prodotti fil-klassi 1 kontra d-deċiżjoni ta’ annullament li tiċħad parzjalment l‑oppożizzjoni magħmula kontra l‑applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni tat-trade marks verbali “FERROMIX”, “INOMIX” u “ALUMIX” għal prodotti fil-klassijiet 1 u 4.

Parti operattiva

Dispożittiv

1) L-appell fil-kawża prinċipali u l-appell inċidentali huma miċħuda.

2) Messer Group GmbH hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l‑ispejjeż sostnuti minn Air Products and Chemicals Inc.

3) L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.