<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑11/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013CC0011</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:86">EU:C:2014:86</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET JÄÄSKINEN — KAWŻA C‑11/13</P><P>BAYER CROPSCIENCE</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Jääskinen</HT></P><P>ippreżentati fit-<DATE ISO="20140213">13 ta’ Frar 2014</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑11/13</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Bayer CropScience AG</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">vs</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Deutsches Patent‑ und Markenamt</HT></P><P><HT TYPE="NORMAL">[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundespatentgericht (il-Ġermanja)]</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti</KEYWORD><KEYWORD>Ċertifikat supplimentari ta’ ħarsien</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 1610/96</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 1 u 3</KEYWORD><KEYWORD>Kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>prodott<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/> u ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>sustanza attiva<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="2019" ID="QE0002"/></KEYWORD><KEYWORD>Inklużjoni eventwali ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>aġenti protettivi<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="2019" ID="QE0003"/></KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Din il-kawża tittratta l-interpretazzjoni tal-Artikoli 1 u 3 tar-Regolament (KE) Nru 1610/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta Lulju 1996, dwar il-ħolqien ta’ kull ċertifikat supplimentari ta’ ħarsien għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 19, p. 335.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>B’mod iktar partikolari, il-Bundespatentgericht (Qorti federali tal-privattivi, il-Ġermanja) tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kwistjoni jekk <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>aġent protettiv<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> jaqax ukoll taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>prodott<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>sustanza attiva<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> skont is-sens tal-imsemmija dispożizzjonijiet fil-każ ta’ talba għal ċertifikat supplimentari ta’ ħarsien ta’ aġent protettiv.</TXT></NP><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Fid-dritt tal-Unjoni, it-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>aġent protettiv<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> ifisser is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>sustanzi jew preparazzjonijiet li jiġu miżjuda ma’ prodott għall-protezzjoni tal-pjanti biex jiġu eliminati jew imnaqqsa l-effetti fitotossiċi tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Ara d-definizzjoni mogħtija fl-Artikolu 2(3)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20091021">21 ta’ Ottubru 2009</DATE>, dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="309" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU L 309, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>. Il-Bundespatentgericht tikkwalifika l-aġenti protettivi bħala antidoti sabiex tiġi rregolata l-fitotossiċità ta’ erbiċida.</TXT></NP><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Il-kwistjoni ta’ din il-kawża tittratta l-interazzjoni bejn żewġ proċeduri tad-dritt tal-Unjoni, jiġifieri, minn naħa dik li tirregola l-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u min-naħa l-oħra dik dwar il-ħruġ ta’ ċertifikati supplimentari ta’ ħarsien għal tali prodotti. F’din il-kawża, il-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq (iktar ’il quddiem l-ATS) hija rregolata mid-Direttiva 91/414/KEE<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Direttiva tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="19910715">15 ta’ Lulju 1991</DATE>, dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 11, p. 332), kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/58/KE, tal-<DATE ISO="20050921">21 ta’ Settembru 2005</DATE>. Hija ġiet issostitwita bir-Regolament Nru 1107/2009.</P></NOTE> u l-ħruġ taċ-ċertifikat supplimentari ta’ ħarsien mir-Regolament Nru 1610/96.</TXT></NP><?PAGE NO="2"?><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Il-kwistjoni ċentrali hija din li ġejja: il-fatt li aġent protettiv ma ġiex ittrattat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>sustanza attiva<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> fil-kuntest tal-ħruġ tal-ATS skont id-Direttiva 91/414, jipprekludih milli jitqies li huwa sustanza attiva fl-istadju ta’ suċċessiv, jiġifieri għall-finijiet ta’ talba għal ċertifikat supplimentari ta’ ħarsien skont ir-Regolament Nru 1610/96? Il-Gvern Pollakk u l-Kummissjoni Ewropea jqisu li dan huwa l-każ; min-naħa l-oħra, Bayer CropScience AG (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Bayer CropScience<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>) tqis li ma hemmx lok li tiġi aċċettata t-tali rabta bejn iż-żewġ proċeduri.</TXT></NP><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Din il-kwistjoni tqajmet quddiem il-qorti tar-rinviju b’mod partikolari minħabba modifika ulterjuri fil-qafas leġiżlattiv li għadha ma hijiex applikabbli għall-kawża inkwistjoni. Fil-fatt, l-att li ssostitwixxa d-Direttiva 91/414, jiġifieri r-Regolament Nru 1107/2009<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 3.</P></NOTE>, introduċa taħt id-definizzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>sustanza attiva<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, definizzjoni speċifika tat-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>aġent protettiv<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>Għall-finijiet tal-analiżi tar-rabta msemmija qabel, u fl-assenza tal-ġurisprudenza pertinenti dwar ir-Regolament Nru 1610/96, infakkar li l-leġiżlatur tal-Unjoni adotta qafas analogu għalkemm distint, għall-mediċini għall-użu mill-bniedem, li fir-rigward tagħhom il-ħruġ tal-ATS huwa rregolat mid-Direttiva 2001/83/KE<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20011106">6 ta’ Novembru 2001</DATE>, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69), kif emendata bid-Direttiva 2004/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20040331">31 ta’ Marzu 2004</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69).</P></NOTE> u l-ħruġ taċ-ċertifikat supplimentari ta’ ħarsien tal-oriġini mir-Regolament (KEE) Nru 1768/92<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Regolament tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="19920618">18 ta’ Ġunju 1992</DATE>, dwar il-ħolqien ta’ ċertifikat ta’ protezzjoni supplementari għal prodotti mediċinali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 11, p. 200).</P></NOTE>, u attwalment mir-Regolament (KE) Nru 469/2009<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20090506">6 ta’ Mejju 2009</DATE>, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="152" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU L 152, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>. Konsegwentement, il-prinċipji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja f’dan il-kuntest jistgħu jikkontribwixxu sabiex tiġi applikata l-interpretazzjoni tar-Regolament Nru 1610/96.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 91/414 tistabbilixxi regoli uniformi li jirregolaw l-awtorizzazzjoni, it-tqegħid fis-suq, l-użu u l-kontroll fl-Unjoni Ewropea ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti ppreżentati fil-forma kummerċjali tagħhom kif ukoll sustanzi attivi li jidħlu fil-kompożizzjoni tagħhom. Din hija intiża mhux biss sabiex tarmonizza r-regoli dwar il-kundizzjonijiet u l-proċeduri ta’ approvazzjoni tal-imsemmija prodotti, iżda wkoll sabiex tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali kif ukoll tal-ambjent kontra l-perikoli u r-riskji li jirriżultaw minn użu kkontrollat b’mod żbaljat ta’ dawn il-prodotti. Barra minn hekk, id-Direttiva hija intiża sabiex tneħħi r-restrizzjonijiet għall-moviment liberu tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tad-Direttiva 91/414 jipprevedi l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-ATS. Is-sustanzi attivi, li l-inkorporazzjoni tagħhom hija awtorizzata fil-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, huma elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 91/414. L-Anness II ta’ din id-direttiva jelenka l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti sabiex jiġi introdott fajl bl-għan li tiddaħħal sustanza attiva fl-imsemmi Anness I. L-Anness III tal-istess direttiva jelenka l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti sabiex jiġi introdott fajl għall-ATS ta’ prodott għall-protezzjoni tal-pjanti.</TXT></NP><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 1610/96 jipprevedi, b’mod partikolari, il-kundizzjonijiet li taħthom jista’ jinkiseb ċertifikat supplimentari ta’ ħarsien għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>sustanza attiva<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> li diġà hija s-suġġett ta’ ATS.</TXT></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>Skont il-punt 1 tal-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 1610/96, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>prodotti għall-ħarsien tal-pjanti<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> huma sustanzi attivi u preparazzjonijiet li jinkludu sustanza attiva jew sustanzi attivi ppreżentati fil-forma li fiha jiġu forniti lill-utent u li huma maħsuba biex, minn naħa, jipproteġu l-pjanti jew il-prodotti tal-pjanti kontra kull organiżmu ta’ ħsara jew li jipprevjenu l-azzjoni ta’ dawn l-organiżmi jew, min-naħa l-oħra, li jinfluwenzaw il-proċessi vitali tal-pjanti, sa fejn dawn ma jkunux sustanzi nutrittivi (pereżempju regolaturi tat-tkabbir tal-pjanti).</TXT></NP><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>Skont il-punt 2 tal-istess artikolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>sustanzi<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> huma definiti bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>elementi kimiċi u l-kompożizzjonijiet tagħhom, kif jinsabu fin-natura jew ifabbrikati, inkluz kull impurità li tirriżulta inevitabbilment mill-proċess tal-fabbrikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>. Skont it-termini tal-punt 3 tal-istess artikolu, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>is-sustanzi attivi<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> jfissru sustanzi jew mikro-organiżmi inklużi l-viruses, li għandhom azzjoni ġenerali jew speċifika: (a) kontra organiżmi ta’ ħsara; jew (b) fuq il-pjanti, partijiet ta’ pjanti jew prodotti tal-pjanti.</TXT></NP><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1610/96, kull prodott protett minn privattiva fit-territorju ta’ Stat Membru u suġġett, bħala prodott għall-protezzjoni tal-pjanti, qabel ma jiddaħħal fis-suq, għal proċedura ta’ awtorizzazzjoni amministrattiva kif stabbilita fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 91/414/KEE jista’ jkun suġġett għal ċertifikat supplimentari ta’ ħarsien.</TXT></NP><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>Iċ-ċertifikat inkwistjoni jinħareġ mid-Deutsches Patent‑ und Markenamt (Uffiċċju Ġermaniż tal-privattivi u tat-trade marks).</TXT></NP><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-istess regolament jissuġġetta l-kisba taċ-ċertifikat għal erba’ kundizzjonijiet, jiġifieri li l-prodott ikun protett minn privattiva bażika fis-seħħ, li, bħala prodott għall-protezzjoni tal-pjanti, ikun diġà kiseb ATS, li l-prodott ma jkunx diġà suġġett għal ċertifikat supplimentari ta’ ħarsien u li l-ATS imsemmija tkun l-ewwel ATS tal-prodott, bħala prodott għall-protezzjoni tal-pjanti.</TXT></NP><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 15c tal-liġi Ġermaniża dwar il-protezzjoni fitosanitarja (Pflanzenschutzgesetz<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Fil-verżjoni li kienet fis-seħħ sat-<DATE ISO="20120213">13 ta’ Frar 2012</DATE>.</P></NOTE>), fil-verżjoni tagħha ppubblikata fl-<DATE ISO="19980514">14 ta’ Mejju 1998</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>BGBl. I, p. 971, 1527 u 3512.</P></NOTE>, kif emendata sussegwentement<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Liġi dwar il-protezzjoni fitosanitarja<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>. L-imsemmija dispożizzjoni llum ġiet imħassra bl-Artikolu 2(1) tal-Liġi tas-<DATE ISO="20120206">6 ta’ Frar 2012</DATE>, BGBl. I, p. 148.</P></NOTE>, il-Bundesamt für Verbraucherschutz und Lebensmittelsicherheit (Uffiċċju federali għall-protezzjoni tal-konsumatur u s-sigurtà tal-ikel) jista’ jawtorizza prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għal perjodu massimu ta’ tliet snin, b’mod partikolari meta l-prodott jinkludi sustanza attiva li l-inklużjoni tagħha fl-Anness I tad-Direttiva 91/414 tkun għadha ma ġietx suġġetta għal deċiżjoni skont il-kundizzjonijiet previsti fl-istess artikolu.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali, id-domanda preliminari u l-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-kawża prinċipali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>Bayer CropScience hija detentur ta’ privattiva Ewropea, ippreżentata fit-<DATE ISO="19940908">8 ta’ Settembru 1994</DATE> u maħruġa għall-Ġermanja bl-isem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>isoxazoline maħdum, li l-proċess ta’ preparazzjoni tagħhom, l-aġenti li jinsabu fihom u l-użu tagħhom inaqqsu l-fitotossiċità<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>.</TXT></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20130321">21 ta’ Marzu 2013</DATE>, Bayer CropScience kisbet ATS provviżorja għall-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti MaisTer, maħruġa mill-Bundesamt für Verbraucherschutz und Lebensmittelsicherheit skont l-Artikolu15c tal-liġi Ġermaniża dwar il-protezzjoni fitosanitarja. Din l-awtorizzazzjoni tindika bħala sustanzi attivi tal-MaisTer il-kompożizzjonijiet kimiċi li ġejjin: foramsulfuron, iodosulfuron u isoxadifene. Madankollu, fl-awtorizzazzjonijiet definittivi tat-<DATE ISO="20060612">12 ta’ Ġunju 2006</DATE> u tad-<DATE ISO="20071219">19 ta’ Diċembru 2007</DATE>, l-isoxadifene, l-aġent protettiv fil-kawża prinċipali, ma jirriżultax fost is-sustanzi attivi.</TXT></NP><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20030710">10 ta’ Lulju 2003</DATE>, Bayer CropScience ippreżentat talba għal ċertifikat supplimentari ta’ ħarsien għall-isoxadifene quddiem id-Deutsches Patent- und Markenamt.</TXT></NP><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Id-Deutsches Patent- und Markenamt ċaħad it-talba għal ċertifikat permezz tad-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20070312">12 ta’ Marzu 2007</DATE>, għal raġunijiet li ma humiex rilevanti għal dan ir-rinviju preliminari<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Id-deċiżjoni ta’ ċaħda effettivament hija mmotivata minn tliet serje kunsiderazzjonijiet: awtorizzazzjoni provviżorja skont l-Artikolu 15c tal-liġi dwar il-protezzjoni fitosanitarja ma hijiex biżżejjed sabiex jinħareġ ċertifikat; barra minn hekk, it-talba tikkonċerna biss sustanza attiva, filwaqt li kien grupp ta’ sustanzi li kien ġie awtorizzat; u fl-aħħar nett, huwa impossibbli li wieħed jibbaża ruħu b’mod utli fuq awtorizzazzjoni Taljana li ngħatat għal taħlita oħra ta’ sustanzi attivi.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>Bayer CropScience appellat minn din id-deċiżjoni. Hija sostniet li sadanittant, il-Qorti tal-Ġustizzja tat diversi sentenzi li ma jiġġustifikawx iktar iż-żamma fis-seħħ tal-motivi ta’ din iċ-ċaħda.</TXT></NP><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>Il-Bundespatentgericht ikkonferma f’analiżi ġuridika preliminari li effettivament dan kien il-każ, filwaqt li osserva li madankollu t-talba kienet setgħet tiġi miċħuda għal raġunijiet oħra. Skont din il-qorti, huwa possibbli li aġent protettiv ma jkunx sustanza attiva u għalhekk, ma jkunx prodott fis-sens tar-Regolament Nru 1610/96, peress li r-Regolament Nru 1107/2009 kien jagħmel distinzjoni speċifika bejn is-sustanzi attivi, l-aġenti għall-protezzjoni tal-pjanti u sinerġizzanti. Jirriżulta li dan jista’ jfisser li l-aġenti għall-protezzjoni tal-pjanti ġew esklużi mill-benefiċċju ta’ ċertifikat supplimentari ta’ ħarsien.</TXT></NP><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>Il-Bundespatentgericht josserva li l-kwistjoni dwar jekk huwiex saħansitra possibbli li jinħareġ ċertifikat għal aġent protettiv, minħabba li jista’ jkun li ma jirrigwardax prodott jew sustanza attiva skont is-sens tar-Regolament Nru 1610/96, għadha ma ġietx solvuta.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-domanda preliminari u l-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>Peress minħabba li kkunsidra li s-soluzzjoni għall-appell imressaq quddiemu kienet tiddependi, f’dan il-kuntest, fuq l-interpretazzjoni tal-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>prodott<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>sustanza attiva<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> fis-sens tad-dispożizzjonijiet magħquda tal-punti 8 u 3 tal-Artikolu 1 u tal-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament Nru 1610/96, il-Bundespatentgericht iddeċieda, permezz ta’ digriet tas-<DATE ISO="20121206">6 ta’ Diċembru 2012</DATE>, ippreżentat fl-<DATE ISO="20130110">10 ta’ Jannar 2013</DATE>, li jissospendi l-proċeduri quddiemu u li jagħmel id-domanda preliminari li ġejja quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Il-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>prodott<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="2019" ID="QE0023"/> fl-Artikolu 3(1) u fil-punt 8 tal-Artikolu 1 kif ukoll ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>sustanza attiva<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="2019" ID="QE0024"/> fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament (KE) Nru 1610/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar il-ħolqien ta’ kull ċertifikat supplimentari ta’ ħarsien għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jkopru wkoll aġent protettiv?<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>Bayer CropScience, il-Gvern Pollakk u l-Kummissjoni Ewropea ippreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub. Fil-<DATE ISO="20131121">21 ta’ Novembru 2013</DATE>, saret seduta fil-preżenza ta’ Bayer CropScience u tal-Kummissjoni.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>Fit-tħaddim tal-invenzjonijiet fil-qasam tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, jeħtieġ li ssir distinzjoni bejn tliet stadji, relatati għalkemm distinti:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>l-invenzjoni ta’ kompożizzjoni kimika u/jew ta’ proċess ta’ produzzjoni jew utilizzazzjoni, u l-protezzjoni tal-imsemmija invenzjoni minn privattiva, magħrufa bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>privattiva bażika<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>;</P></ITEM><ITEM><P>il-kummerċjalizzazzjoni tal-invenzjoni, wara li tinħareġ ATS, fil-forma ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>prodott għall-ħarsien tal-pjanti<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> li fih sustanza attiva waħda jew iktar; u</P></ITEM><ITEM><P>il-protezzjoni tas-sustanza attiva inkluża fi prodott għall-protezzjoni tal-pjanti, lil hinn mill-perjodu ta’ żmien tal-privattiva, minn ċertifikat supplimentari ta’ ħarsien.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>Dawn it-tliet stadji huma rregolati minn strumenti ġuridiċi differenti. Il-kisba ta’ privattiva hija rregolata mid-dritt nazzjonali jew mill-Konvenzjoni dwar il-Privattivi Ewropej<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Iffirmata f’Munich fil-<DATE ISO="19731005">5 ta’ Ottubru 1973</DATE>.</P></NOTE>, bħal f’dan il-każ. Barra minn hekk, fil-kawża prinċipali, l-ATS hija rregolata mid-Direttiva 91/414, filwaqt li ċ-ċertifikat supplimentari ta’ ħarsien huwa rregolat mir-Regolament Nru 1610/96.</TXT></NP><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>Il-kawża prinċipali tirrigwarda komponent kimiku, l-isoxadifene, li fil-każ inkwistjoni huwa aġent protettiv u huwa protett minn privattiva bażika u jibbenefika, flimkien ma’ żewġ sustanzi attivi, minn ATS bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>prodott għall-ħarsien tal-pjanti<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>. Barra minn hekk, Bayer CropScience talbet ċertifikat supplimentari ta’ ħarsien għall-isoxadifene biss.</TXT></NP><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>Il-Gvern Pollakk kif ukoll il-Kummissjoni jsostnu li sakemm l-isoxadifene ma hijiex sustanza attiva, hija ma tistax tkun suġġetta għal ċertifikat supplimentari ta’ ħarsien skont ir-Regolament Nru 1610/96<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Din il-kawża tippreżenta ċertu rabta mas-sentenza tal-<DATE ISO="20101111">11 ta’ Novembru 2010</DATE>, Hogan Lovells International (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-229/09" PAGE.ECR="I-11335" YEAR="2010">C-229/09, Ġabra p. I-11335</REF.DOC.ECR>, punt 16). Din il-kawża tittratta wkoll talba għal ċertifikat supplimentari ta’ ħarsien. Għall-kuntrarju tal-kawża inkwistjoni, kien ċar li l-komponent kimiku inkwistjoni (l-iodosulfuron) kien sustanza attiva; il-kwistjoni kienet tikkonċerna l-possibbiltà li jinħareġ ċertifikat supplimentari ta’ ħarsien abbażi ta’ ATS provviżorja. Il-Qorti tal-Ġustizzja tat risposta fl-affermattiv għal din id-domanda. Mill-bqija, ninnota li l-iodosulfuron huwa wieħed miż-żewġ sustanzi attivi assoċjati mal-isoxadifene, fil-kawża prinċipali; it-tieni waħda hija l-foramsulfuron.</P></NOTE>. Min-naħa l-oħra, Bayer CropScience tqis li aġent protettiv daqstant ieħor jaqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>prodott<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> imsemmi fl-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 1(8), bħall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>sustanza attiva<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> imsemmija fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament Nru 1610/96.</TXT></NP><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Jidhirli li din hija kwistjoni ta’ interpretazzjoni importanti minħabba peress li d-deċiżjonijiet dwar iċ-ċertifikati supplimentari ta’ ħarsien jittieħdu mill-awtoritajiet nazzjonali u l-prattika attwali, f’dak li jikkonċerna l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>aġenti protettivi<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, tvarja bejn l-Istati Membri. F’ċerti każijiet inħareġ ċertifikat supplimentari ta’ ħarsien għal aġent protettiv, filwaqt li f’każijiet oħra, bħal fil-kawża prinċipali, ma nħareġ ebda ċertifikat.</TXT></NP><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>Għandi l-intenzjoni li nipproponi f’dawn il-konklużjonijiet l-interpretazzjoni li ġejja: jekk sustanza tissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fir-Regolament Nru 1610/96, fl-opinjoni tiegħi, hija tista’ tibbenefika minn ċertifikat supplimentari ta’ protezzjoni kemm jekk hija aġent protettiv, kif ukoll jekk le fil-kuntest tad-Direttiva Nru 91/414, jew saħansitra tar-Regolament Nru 1107/2009. F’dan ir-rigward, domanda essenzjali hija dik dwar jekk is-sustanza inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandhiex verament azzjoni ta’ protezzjoni għall-pjanti jew le. Il-Gvern Ġermaniż u l-Kummissjoni jikkontestawha filwaqt li Bayer CropScience tappoġġaha. Madankollu, din hija kwistjoni fattwali li għandha tiġi deċiża mill-qorti nazzjonali.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-għan taċ-ċertifikat supplimentari ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ ħarsien</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>Fis-sentenza Hogan Lovells International<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Sentenza ċċitata iktar ’il fuq (punt 50).</P></NOTE> il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li ċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari huwa intiż li jistabbilixxi tul ta’ protezzjoni effettiva suffiċjenti tal-privattiva billi jippermetti lid-detentur tagħha jibbenefika minn perijodu ta’ esklużività addizzjonali, fl-iskadenza tal-privattiva bażika, intiża li tikkumpensa, minn tal-inqas parzjalment, id-dewmien fl-użu kummerċjali tal-invenzjoni tiegħu minħabba d-dekorriment taż-żmien bejn id-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni ta’ privattiva u dik tal-kisba tal-ewwel ATS fl-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja osservat li ċ-ċertifikat supplimentari ta’ ħarsien jistabbilixxi rabta bejn il-privattiva bażika u l-ewwel ATS tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti, li jimmarka l-mument li minnu tista’ tinbeda l-kummerċjalizzazzjoni ta’ dan il-prodott. Huwa għalhekk li l-kisba ta’ dan iċ-ċertifikat tirrikjedi li jiġu sodisfatti l-erba’ kundizzjonijiet kumulattivi elenkati fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1610/96<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT> (punt 51).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, b’hekk, iċ-ċertifikat supplimentari ta’ ħarsien huwa rregolat mir-Regolament Nru 1610/96 b’mod partikolari mill-Artikolu 3 tiegħu, iċċitat mill-qorti tar-rinviju. F’dan ir-rigward għandu jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-Artikolu 3 tar-regolament imsemmi kellu jiġi interpretat, mhux biss esklużivament fid-dawl tal-kliem tiegħu, iżda wkoll b’kunsiderazzjoni tal-istruttura ġenerali u tal-għanijiet tas-sistema li fiha jidħol<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Hogan Lovells International, iċċitata iktar ’il fuq (punt 32) u tat-<DATE ISO="20090903">3 ta’ Settembru 2009</DATE>, AHP Manufacturing (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-482/07" PAGE.ECR="I-7295" YEAR="2009">C-482/07, Ġabra p. I-7295</REF.DOC.ECR>, punt 27).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>Sabiex jiġi interpretat l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament Nru 1610/96, li jipprovdi li prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għandu jkun kiseb ATS <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>konformi mal-Artikolu 4 tad-Direttiva 91/414<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, għandu jsir riferiment b’mod partikolari għad-dispożizzjonijiet tal-imsemmija direttiva li jirregolaw il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ ATS għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Hogan Lovells International, iċċitata iktar ’il fuq (punt 33).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>Dawn id-dispożizzjonijiet huma bbażati fuq distinzjoni bejn, minn naħa, l-awtorizzazzjoni ta’ sustanza attiva, maħruġa fuq livell tal-Unjoni Ewropea, u min-naħa l-oħra, l-awtorizzazzjonijiet ta’ prodotti li jinkludu dawn is-sustanzi attivi, li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Istati Membri kif jirriżulta, b’mod partikolari, mill-Artikoli 3 sa 6 u 8 tad-Direttiva 91/414<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT> (punt 34).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 91/414, prodott għall-protezzjoni tal-pjanti jista’ jiġi introdott fis-suq u użat fi Stat Membru biss jekk l-awtoritajiet kompetenti jkunu awtorizzaw il-prodott skont id-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva. Din tipprovdi fl-Artikolu 4(1)(a) tagħha li Stat Membru jista’ jawtorizza prodott għall-protezzjoni tal-pjanti biss jekk is-sustanzi attivi li huwa jinkludi jkunu ġew approvati fuq livell tal-Unjoni u jkunu ġew inklużi fl-Anness I tal-imsemmija direttiva. Il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-inklużjoni ta’ dawn is-sustanzi f’dan l-anness huma deskritti fl-Artikolu 5 tal-istess direttiva u għandhom ikunu suġġett ta’ fajl konformi mal-Anness II ta’ din tal-aħħar<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT> (punt 35).</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>Għandu jiġi enfasizzat li d-dispożizzjonijiet applikabbli f’dan il-każ, jiġifieri dawk tar-Regolament Nru 1610/96, ma jipprovdux definizzjoni xierqa tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>aġent protettiv<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Madankollu għandu jiġi osservat li t-terminu aġent protettiv jidher fl-Anness III bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>Kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati sabiex jiġi introdott fajl għall-awtorizzazzjoni ta’ prodott għall-protezzjoni tal-pjanti<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> tad-Direttiva 91/414 (ara l-Parti A, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>Preparazzjonijiet kimiċi<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, il-punt 1.4, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>Informazzjoni ddettaljata f’ordni kwantitattiva u kwalitattiva dwar il-kompożizzjoni tal-preparazzjoni <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>[sustanza(i) attiva(i) u prodotti oħra]<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="2019" ID="QE0036"/><QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>: il-punti 1.4.1 u 1.4.2 jittrattaw is-sustanzi attivi u l-punti 1.4.3 u 1.4.4 jittrattaw il-prodotti l-oħra tal-formola li fosthom huma inklużi l-aġenti protettivi.</P></NOTE>. Il-fatt li tali definizzjoni tal-aġent protettiv kienet miżjuda mas-suċċessur tad-Direttiva 91/414, jiġifieri r-Regolament Nru 1107/2009, fejn b’hekk tintroduċi distinzjoni li għandha tapplika fil-kuntest tal-evalwazzjoni u tal-għoti tal-ATS, jista’ jipprovdi xi riflessjonijiet, iżda din id-distinzjoni la hi applikabbli <HT TYPE="ITALIC">rationae temporis</HT> u lanqas ma tagħti direttament risposta għad-domanda preliminari dwar l-interpretazzjoni tar-Regolament Nru 1610/96.</TXT></NP><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hemm lok li wieħed jikkonkludi li b’mod ġenerali d-Direttiva 91/414 għandha importanza għall-applikazzjoni tar-Regolament Nru 1610/96. L-għan ta’ dan ir-regolament huwa preċiżament li jinkoraġġixxi l-innovazzjonijiet li jirriżultaw fil-prodotti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet previsti fid-Direttiva 91/414 u li għalhekk ikunu rċevew ATS. Madankollu, fl-opinjoni tiegħi, il-ħruġ ta’ ċertifikat supplimentari ta’ protezzjoni jibqa’ rregolat b’mod indipendenti mir-Regolament Nru 1610/96.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>C –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-kisba ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ ċertifikat supplimentari ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ ħarsien</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ffavorixxiet approċċ restrittiv, fil-ġurisprudenza tagħha dwar iċ-ċertifikat supplimentari ta’ ħarsien, kemm għall-prodotti fitosanitarji kif ukoll għall-mediċini għal użu mill-bniedem<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Dwar il-kamp ta’ applikazzjoni taċ-ċertifikat supplimentari ta’ ħarsien, ara Grubb, P. W. u Thomsen, P. R., <HT TYPE="ITALIC">Patents for Chemicals, Pharmaceuticals and Biotechnology</HT>, il-ħames edizzjoni, Oxford University Press, Oxford, 2010, p. 265, b’mod partikolari p. 267.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>Fis-sentenza Massachusetts Institute of Technology<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Sentenza tal-<DATE ISO="20060504">4 ta’ Mejju 2006</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-431/04" PAGE.ECR="I-4089" YEAR="2006">C-431/04, Ġabra p. I-4089</REF.DOC.ECR>, punt 25).</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat, fil-qasam tal-mediċini għall-użu mill-bniedem, li l-eċċipjenti, jiġifieri <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>sustanzi fil-kombinazzjoni ta’ prodott mediċinali <HT TYPE="ITALIC">li ma jeżerċitawx azzjoni proprja fuq l-organiżmu tal-bniedem jew ta’ l-annimal</HT><QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Korsiv miżjud minni.</P></NOTE>, ma jirriżultawx mill-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>prinċipju attiv<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> kopert mir-Regolament Nru 1768/92.</TXT></NP><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fid-digriet adottat fil-kawża Yissum<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Digriet tas-<DATE ISO="20070417">17 ta’ April 2007</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-202/05" PAGE.ECR="I-2839" YEAR="2007">C-202/05, Ġabra p. I-2839</REF.DOC.ECR>, punt 17) u s-sentenza Massachusetts Institute of Technology, iċċitata iktar ’il fuq (b’mod partikolari l-punti 19, 21, 23 u 24).</P></NOTE> il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat, filwaqt li għamlet riferiment għas-sentenza Massachusetts Institute of Technology, iċċitata iktar ’il fuq, li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>prodott<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> imsemmi fl-Artikolu (1)(b) tar-Regolament Nru 1768/92 għandu jinftiehem skont it-tifsira stretta ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>sustanza attiva<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> jew ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>ingredjent attiv<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>Fid-digriet adottat fil-kawża Glaxosmithkline Biologicals u Glaxosmithkline Biologicals, Niederlassung der Smithkline Beecham Pharma<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Digriet tal-<DATE ISO="20131114">14 ta’ Novembru 2013</DATE> (C‑210/13, punt 35).</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja għall-darb’oħra kkonstatat li addittiv, abbażi tal-fatt li ma għandux effetti terapewtiċi propji, ma għandux jitqies li huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>ingredjent attiv<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> fis-sens tal-Artikolu 1(b) tar-Regolament Nru 469/2009.</TXT></NP><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>Fil-kawża inkwistjoni, l-awtoritajiet Ġermaniżi, b’mod partikolari, invokaw l-assenza ta’ effetti terapewtiċi propji tal-aġent protettiv fil-kawża prinċipali. Dan ġie kkontestat waqt is-seduta minn Bayer CropScience li sostniet li aġent protettiv huwa sustanza kimika li tipproduċi azzjoni għall-protezzjoni tal-pjanti. Skontha, l-aġent protettiv inkwistjoni għandu azzjoni diretta fuq il-metaboliżmu tal-pjanta, anki fin-nuqqas ta’ prodotti fitosanitarji oħra, fattur li jiddistingwih fundamentalment mis-sitwazzjoni tal-addittiv.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>Għalkemm dawn il-kunsiderazzjonijiet ċertament għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni, xorta jibqa’ l-fatt li l-Qorti tal-Ġustizzja, f’ċerti kawżi, tagħmel analiżi iktar qawwija tal-effetti tal-prodott u kkonfermat li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-mekkaniżmu partikolari ta’ kull każ.</TXT></NP><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>Għalhekk, fis-sentenza Chemische Fabrik Kreussler<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Sentenza tas-<DATE ISO="20120906">6 ta’ Settembru 2012</DATE> (C‑308/11, punt 36). Il-prodott inkwistjoni kien il-chlorhexidine li jirreaġixxi maċ-ċelloli batteriċi li jinsabu fil-ħalq tal-utent.</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat l-effetti indiretti proprji fil-qasam tal-mediċini għall-użu mill-bniedem. Fil-fatt hija ddeċidiet li l-punt 2(b) tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2001/83 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma huwiex meħtieġ, sabiex sustanza jkollha <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>azzjoni farmakoloġika<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> skont din id-dispożizzjoni, li jkun hemm interazzjoni bejn il-molekoli li jikkomponuha u kostitwent ċellolari tal-ġisem tal-utent, ġaladarba interazzjoni bejn l-imsemmija sustanza u kwalunkwe kostitwent ċellolari preżenti fil-ġisem tal-utent tista’ tkun biżżejjed.</TXT></NP><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fis-sentenza Söll, dwar il-prodotti bijoċidali u speċjalment il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 98/8/KE<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="19980216">16 ta’ Frar 1998</DATE>, dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 23, p. 3).</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>prodotti bijoċidali<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> li jinsab fl-Artikolu 2(1)(a) ta’ din id-direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li jinkludi wkoll il-prodotti li jaġixxu biss b’mod indirett fuq l-organiżmi ta’ ħsara li jkunu fil-mira tagħhom meta dawn il-prodotti jkun fihom sustanza attiva jew iktar li toħloq azzjoni, kimika jew bijoloġika, li tagħmel parti integrali minn sensiela ta’ azzjonijiet b’rabta kawżali li l-għan tagħhom ikun li jiġi prodott effett inibitur fir-rigward tal-organiżmi msemmija<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Sentenza tal-<DATE ISO="20120301">1 ta’ Marzu 2012</DATE>, Söll (C‑420/10, punt 31).</P></NOTE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>D –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-applikazzjoni għall-kawża prinċipali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>L-ewwel nett jidhirli li għall-kuntrarju tal-approċċ tal-Kummissjoni, ir-Regolament Nru 1610/96 ma jagħmilx distinzjoni bejn l-azzjoni diretta u l-azzjoni indiretta fis-sens li azzjoni diretta biss tista’ tissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fl-imsemmija regolament fir-rigward tas-sustanzi attivi.</TXT></NP><NP><NO.P>49.</NO.P><TXT>It-tieni nett, is-sistema taċ-ċertifikati supplimentari ta’ ħarsien għandha għan prinċipalment ekonomiku. Il-leġiżlatur jagħti protezzjoni supplimentari għall-invenzjonijiet għall-protezzjoni tal-pjanti, speċjalment sabiex jinkoraġġixxi l-innovazzjoni fil-futur. F’dan ir-rigward, ikun xi ftit artifiċjali li ssir distinzjoni bejn żewġ innovazzjonijiet jew iktar protetti minn privattiva għall-istess prodott li jkun suġġett għal ATS waħda bħal f’dan il-każ. Il-fatt li jinħareġ ċertifikat supplimentari ta’ ħarsien għall-kostitwent erbiċida, iżda li jiġi miċħud f’dak li jirrigwarda l-kostitwent aġent protettiv, ma jidhirlix li huwa koerenti, fir-rigward ta’ dan l-għan aħħari u fid-dawl tal-għarfien li l-aġent protettiv imsemmi jista’ jżid l-effikaċja ta’ prodott għall-protezzjoni tal-pjanti inkwistjoni. Bayer CropScience sostniet ukoll li l-kunsiderazzjonijiet baġitarji marbuta mas-saħħa pubblika li jistgħu jiġġustifikaw interpretazzjoni restrittiva ma japplikawx bl-istess mod f’dan il-qasam bħal ma japplikaw fis-settur tal-mediċini għall-użu mill-bniedem.</TXT></NP><NP><NO.P>50.</NO.P><TXT>It-tielet nett, huwa ċar li r-Regolament Nru 1610/96 ma jeskludix formalment it-talbiet għal ċertifikati supplimentari ta’ ħarsien għall-aġenti protettivi. Barra minn hekk, Bayer CropScience fl-osservazzjonijiet tagħha kkonstatat il-fatt li f’ċerti Stati Membri bħar-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, l-Ungerija, u r-Repubblika tal-Awstrija, l-awtoritajiet kompetenti ħarġu ċertifikat supplimentari ta’ ħarsien għall-aġent protettiv inkwistjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Madankollu nippreċiża li l-motivi tad-deċiżjonijiet relatati hawnhekk ma jidhrux fil-proċess u li Bayer CropScience ma pproduċietx minn qabel id-deċiżjonijiet ta’ rifjut ta’ Stati Membri oħra, sa fejn dawn jeżistu.</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>51.</NO.P><TXT>B’hekk, ma nikkonstata xejn fir-Regolament Nru 1610/96 li jopponi li ċertifikat supplimentari ta’ ħarsien jista’ jinħareġ għal aġent protettiv, sakemm dan jissodisfa l-kundizzjonijiet b’mod partikolari dwar is-sustanza attiva, li skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiġi interpretata b’mod strett.</TXT></NP><NP><NO.P>52.</NO.P><TXT>B’mod partikolari, hija biss sustanza kimika protetta mill-privattiva bażika li teżerċita azzjoni ġenerali jew speċifika fuq il-pjanti jew partijiet tal-pjanti msemmija fil-punt 3(b) tal-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 1610/96, u li waħedha jew inkluża f’taħlita li fiha sustanza waħda jew iktar hija maħsuba biex tagħmel azzjoni fuq il-proċessi vitali tal-pjanti msemmija fil-punt 1(b) ta’ dan l-artikolu, li tista’ tiġi protetta minn ċertifikat supplimentari ta’ ħarsien inkluż meta s-sustanza tkun aġent protettiv.</TXT></NP><NP><NO.P>53.</NO.P><TXT>Fl-opinjoni tiegħi, ikun biżżejjed li sustanza kimika twassal għal azzjoni, kimika jew bijoloġika, li tkun parti integrali minn katina ta’ kawżalità li l-għan tagħha huwa li tipproduċi azzjoni ġenerali jew speċifika għall-protezzjoni tal-pjanti fuq il-pjanti jew fuq partijiet tal-pjanti<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>B’mod simili ara s-sentenza Söll, iċċitata iktar ’il fuq (punt 31).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>54.</NO.P><TXT>Iċ-ċirkustanzi li tali azzjoni tiġi kkwalifikata bħala aġent protettiv u l-prodott korrispondenti jiġi kkwalifikat bħala prodott għall-protezzjoni tal-pjanti fil-kuntest tat-tqegħid fis-suq tiegħu ma għandhomx jipprekludu l-ħruġ ta’ ċertifikat supplimentari ta’ ħarsien għas-sustanza inkwistjoni. Jidhirli li n-natura ta’ antidotu ta’ mediċina meta mqabbla ma’ mediċina oħra, li tippermettilha li tnaqqas l-effetti li jagħmlu ħsara ta’ din tal-aħħar, ma tipprekludix il-fatt li tkun ikkunsidrata wkoll bħala mediċina jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet biex tissejjaħ tali. Fl-opinjoni tiegħi, għandha tiġi applikata l-istess loġika <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT> għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti.</TXT></NP><NP><NO.P>55.</NO.P><TXT>Naturalment, il-qorti nazzjonali għandha tiżgura r-realtà tal-azzjoni għall-protezzjoni tal-pjanti allegata.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>56.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għad-domanda preliminari tal-Bundespatentgericht bil-mod kif ġej:</TXT><P>Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>prodott<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> li jidher fl-Artikolu 3(1) u l-punt 8 tal-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1610/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="19960723">23 ta’ Lulju 1996</DATE>, dwar il-ħolqien ta’ kull ċertifikat supplimentari ta’ ħarsien għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti, kif ukoll il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>sustanza attiva<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> imsemmi fil-punt 3 tal-Artikolu 1 tal-istess regolament għandhom jiġu interpretati fis-sens rilevanti għal kull sustanza li tissodisfa l-kundizzjonijiet previsti f’dawn id-dispożizzjonijiet, inkluż, fejn ikun il-każ, aġent protettiv.</P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>