European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/7483

17.12.2024

Avviż għall-attenzjoni ta' persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna

(C/2024/7483)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tas-Sur Viktor Ivanovych Ratushniak, is-Sur Vitalii Yuriyovych Zakharchenko u s-Sur Serhiy Vitalyovych Kurchenko, persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK (1) u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014 (2) dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna.

Il-Kunsill irċieva informazzjoni mill-awtoritajiet Ukreni li ser titqies fil-qafas tar-rieżami annwali tal-miżuri restrittivi. Il-persuni msemmija hawn fuq huma b'dan infurmati li jistgħu jibagħtu talba lill-Kunsill biex jiksbu l-elementi li l-Kunsill għandu fil-fajl tiegħu fir-rigward tad-deżinjazzjoni tagħhom, qabel l-4 ta' Jannar 2025, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

General Secretariat

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu

F'dan ir-rigward, l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati tinġibed għar-rieżami regolari mill-Kunsill tal-lista ta' persuni ddeżinjati fid-Deċiżjoni 2014/119/PESK u r-Regolament (UE) Nru 208/2014.


(1)   ĠU L 66, 6.3.2014, p. 26.

(2)   ĠU L 66, 6.3.2014, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/7483/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)