27.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 283/5


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9931 — Stirling Square Capital Partners/TA Associates/DOCU Nordic Group)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 283/05)

1.   

Fl-20 ta’ Awwissu 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

SSCP Fourth Fund (“SSCP”, Jersey), ġestit minn Stirling Capital Partners Jersey AIFM Limited (“SSCP”, Jersey),

—

TA Associates Management L.P. (“TA Associates”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

SSCP BYGG TopCo AB (“DOCU Nordic Group”, l-Iżvezja), ikkontrollata minn SSCP biss.

SSCP Fourth Fund u TA Associates jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ DOCU Nordic Group kollu kemm hu.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

SSCP Fourth Fund: fond ta’ investiment li jfittex li jagħmel, iżomm, jissorvelja u jwettaq investimenti ta’ kontroll permezz ta’ akkwiżiżżjonijiet maaġġoritarji mill-maniġment, xiri sfurzat mill-maniġment, kapital ta’ tkabbir u tranżazzjonijiet oħra ta’ ekwità privata madwar l-Ewropa,

—

TA Associates: ditta ta’ ekwità privata ffokata fuq setturi mmirati f’ħames industriji — it-teknoloġija, il-kura tas-saħħa, is-servizz finanzjarju, is-servizzi tal-konsumatur u tan-negozju,

—

DOCU Nordic Group: fornitur ta’ data dwar is-suq u servizzi ta’ intelligence dwar is-suq lil kumpaniji fl-industrija tal-kostruzzjoni Nordika kif ukoll is-setturi Nordiċi tal-proprjetà u tal-kura tas-saħħa.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9931 — Stirling Square Capital Partners/TA Associates/DOCU Nordic Group

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks, jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.