<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-73/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017TJ0073</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:532">EU:T:2018:532</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20180912">12.9.2018</DATE> – Kawża T‑73/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">RS vs Il-Kummissjoni</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (Id-Disa’ Awla)</P><P><DATE ISO="20180912">12 ta’ Settembru 2018</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il‑Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Servizz pubbliku</KEYWORD><KEYWORD>Membri tal-persunal temporanju</KEYWORD><KEYWORD>Reklutaġġ</KEYWORD><KEYWORD>Kompetizzjoni interna</KEYWORD><KEYWORD>Tfassil ta’ lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ assistenti</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjoni għall-ammissjoni relatata mar-rekwiżit ta’ attività mingħajr interruzzjoni matul it-tnax-il xahar qabel l-għeluq tat-terminu għall-preżentata tal-kandidaturi</KEYWORD><KEYWORD>Leave għal raġunijiet personali</KEYWORD><KEYWORD>Nuqqas ta’ ammissjoni għal parteċipazzjoni fl-eżamijiet ta’ kompetizzjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑73/17,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">RS</HT>, ex membru tal-persunal temporanju tal-Kummissjoni Ewropea, irrappreżentat minn S. Orlandi u T. Martin, avukati,</P><PARTY.STATUS>rikorrent,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il‑Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn G. Berscheid u L. Radu Bouyon, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni interna COM/02/AST/16 (AST 2) dwar iċ-ċaħda tal-kandidatura tar-rikorrent, u, min-naħa l-oħra, il-kumpens għad-dannu li huwa allegatament issubixxa,</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (Id-Disa’ Awla),</P><P>komposta minn S. Gervasoni, President, K. Kowalik-Bańczyk u C. Mac Eochaidh (Relatur), Imħallfin,</P><P>Reġistratur: M. Marescaux, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-fażi bil-miktub tal-proċedura u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20180118">18 ta’ Jannar 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Bejn is-<DATE ISO="20100616">16 ta’ Ġunju 2010</DATE> u l-<DATE ISO="20130615">15 ta’ Ġunju 2013</DATE>, ir-rikorrent, TS, ħadem mal-Kummissjoni Ewropea bħala membru tal-persunal bil-kuntratt tal-grupp ta’ funzjonijiet III. Mis-<DATE ISO="20130616">16 ta’ Ġunju 2013</DATE> sal-<DATE ISO="20160615">15 ta’ Ġunju 2016</DATE>, huwa eżerċita l-funzjonijiet tiegħu bħala membru tal-persunal temporanju skont kuntratt konkluż skont l-Artikolu 2(b) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Kondizzjonijiet tal-impjieg<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Mill-1 ta’ Ottubru sat-<DATE ISO="20151130">30 ta’ Novembru 2015</DATE>, l-Awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ awtorizzat lir-rikorrent li jibbenefika minn leave bla ħlas skont l-Artikolu 17 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20160209">9 ta’ Frar 2016</DATE>, il-Kummissjoni ppubblikat avviż ta’ kompetizzjonijiet interni bbażati fuq eżamijiet, għat-tfassil ta’ lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ segretarji/skrivani ta’ grad 2 (AST/SC 2), ta’ assistenti ta’ grad 2 (AST 2) u ta’ amministraturi ta’ grad 6 (AD 6) (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>avviż ta’ kompetizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>). Dawn it-tliet kompetizzjonijiet kellhom rispettivament ir-referenzi li ġejjin: COM/01/AST-SC/16 (AST/SC 2) – Segretarji/skrivani, COM/02/AST/16 (AST 2) – Assistenti, u COM/03/AD/16 (AD 6) – Amministraturi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Taħt it-Titolu III, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Eliġibbiltà<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, l-Artikolu 2.1 tal-avviż ta’ kompetizzjoni kien jipprevedi b’mod partikolari dan li ġej fir-rigward tal-istatus amministrattiv tal-kandidati:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Inti trid tkun:</P><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>ksibt anzjanità tas-servizz ta’ tul mhux inqas minn 42 xahar, li ma jkunux neċessarjament konsekuttivi, bħala uffiċjal, membru tal-persunal temporanju jew membru tal-persunal bil-kuntratt mal-Kummissjoni; il-perijodi ta’ attività mwettqa fi ħdan aġenziji jew istituzzjonijiet oħra ma jittieħdux inkunsiderazzjoni; il-perijodi ta’ attività mwettqa fi ħdan il-Kummissjoni bħala membru tal-persunal interim, membru tal-persunal awżiljarju, membru tal-persunal lokali jew espert nazzjonali kkollokat (ENK) ma jittieħdux inkunsiderazzjoni;</TXT></NP><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>tkun għaddejt mill-inqas l-aħħar tnax-il xahar qabel id-data ta’ għeluq tar-reġistrazzjoni elettronika bħala uffiċjal, membru tal-persunal temporanju jew membru tal-persunal bil-kuntratt mal-Kummissjoni; matul dawn it-tnax-il xahar, inti kellek tkun f’pożizzjoni amministrattiva <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>ta’ attività<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/>, <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>leave tas-servizz militari<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/>, <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>leave parentali jew tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/>, <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>kollokament fl-interess tas-servizz<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/>, jew <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>kollokament fuq talba<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> (matul l-ewwel sitt xhur tal-kollokament fuq talba), fis-sens tal-Artikoli 37 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> tar-[Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea].<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</TXT></NP></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>F’data mhux stabbilita, ir-rikorrent ippreżenta l-kandidatura tiegħu għall-kompetizzjoni interna COM/02/AST/16 (AST 2).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20160411">11 ta’ April 2016</DATE>, il-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni interna COM/02/AST/16 (AST 2) informa lir-rikorrent bid-deċiżjoni tiegħu li jiċħad il-kandidatura tiegħu (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>), peress li ma ssodisfax il-kundizzjoni stabbilita mill-avviż ta’ kompetizzjoni li kienet teħtieġ li jkun <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>għadda mill-inqas l-aħħar tnax-il xahar qabel id-data ta’ għeluq tar-reġistrazzjoni elettronika fil-pożizzjoni amministrattiva <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>ta’ attività<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/>, <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>leave tas-servizz militari<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/>, <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>leave parentali jew tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/>, <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>kollokament fl-interess tas-servizz<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="2019" ID="QE0015"/>, jew <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>kollokament fuq talba<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="2019" ID="QE0016"/> (matul l-ewwel sitt xhur tal-kollokament fuq talba), fis-sens tal-Artikoli 37 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> tar-[Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>kundizzjoni kontenzjuża<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>) [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20160711">11 ta’ Lulju 2016</DATE>, ir-rikorrent ressaq ilment kontra d-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>B’deċiżjoni tal-<DATE ISO="20161021">21 ta’ Ottubru 2016</DATE> innotifikata lir-rikorrent fl-24 ta’ Ottubru ta’ wara, l-Awtorità tal-Ħatra ċaħdet l-ilment tieħu u ttrażmettiet id-deċiżjoni tagħha lill-kunsilliera tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20170203">3 ta’ Frar 2017</DATE>, ir-rikorrent ippreżenta dan ir-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>B’ittra tat-<DATE ISO="20170203">3 ta’ Frar 2017</DATE>, ir-rikorrent talab, minn naħa, li jkun jista’ jibbenefika mill-anonimat konformement mal-Artikolu 66 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali u, min-naħa l-oħra, li l-kawża tiegħu tingħaqad, minħabba konnessjoni, mal-Kawża T‑55/17, Healy vs Il‑Kummissjoni, konformement mal-Artikolu 68 ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>B’ittra tal-<DATE ISO="20170215">15 ta’ Frar 2017</DATE>, ir-rikorrent u l-Kummissjoni ġew mistiedna jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom fuq eventwali tgħaqqid ta’ din il-kawża u l-Kawżi T‑55/17, Healy vs Il‑Kummissjoni, u T‑79/17, Schoonjans vs Il‑Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>B’ittra tat-<DATE ISO="20170223">23 ta’ Frar 2017</DATE>, ir-rikorrent iddikjara lilu nnifsu favorevoli għat-tgħaqqid ta’ din il-kawża u l-Kawżi T‑55/17, Healy vs Il‑Kummissjoni, u T‑79/17, Schoonjans vs Il‑Kummissjoni, u ma talabx it-trattament kunfidenzjali tad-data li tinsab fl-atti proċedurali u fl-annessi tal-proċess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20170404">4 ta’ April 2017</DATE>, il-Kummissjoni ppreżentat ir-risposta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>B’deċiżjoni tas-<DATE ISO="20170406">6 ta’ April 2017</DATE>, il-Qorti Ġenerali laqgħet it-talba għal anonimat imressqa mir-rikorrent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>B’ittra tat-<DATE ISO="20170518">18 ta’ Mejju 2017</DATE>, ir-rikorrent indika li rrinunzja li jippreżenta replika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>B’ittra tat-<DATE ISO="20170530">30 ta’ Mejju 2017</DATE>, ir-rikorrent talab li sseħħ seduta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>B’deċiżjoni tal-<DATE ISO="20171114">14 ta’ Novembru 2017</DATE>, il-President tad-Disa’ Awla tal-Qorti Ġenerali ddeċieda li ma jgħaqqadx din il-kawża u l-Kawżi T‑55/17, Healy vs Il‑Kummissjoni, u T‑79/17, Schoonjans vs Il‑Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Is-sottomissjonijiet orali tal-partijiet u t-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet tal-Qorti Ġenerali nstemgħu fis-seduta tat-<DATE ISO="20180118">18 ta’ Jannar 2018</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni tħallsu s-somma ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">5000</FT> għad-dannu morali allegatament subit;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrent għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-talbiet għal annullament</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent iqajjem motiv uniku, essenzjalment ibbażat fuq eċċezzjoni ta’ illegalità tal-avviż ta’ kompetizzjoni bbażata fuq li l-kundizzjoni kontenzjuża, li fuqha hija bbażata d-deċiżjoni kkontestata, tikser, minn naħa, l-Artikolu 24a u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Regolamenti tal-Persunal<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>), u, min-naħa l-oħra, il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Skont ir-rikorrent, mill-Artikolu 29 tar-Regolamenti tal-Persunal jirriżulta li l-kompetizzjonijiet interni għal istituzzjoni huma miftuħa għal kull persuna li taħdem hemmhekk, inklużi l-membri tal-persunal temporanju, u li kull eċċezzjoni għal dan il-prinċipju għandha tiġi debitament immotivata fir-rigward tal-interess tas-servizz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Għar-rikorrent, huwa mingħajr dubju li huwa kien fis-servizz tal-Kummissjoni fil-mument tal-preżentata u tal-eżami tal-kandidatura tiegħu għall-kompetizzjoni interna COM/02/AST/16 (AST 2). Huwa jqis ukoll li din hija l-ewwel darba li l-Kummissjoni tinterpreta l-kundizzjoni għall-kandidat li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>jsib ruħu fis-servizz tal-istituzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> bħala li tikkonsisti li kien f’pożizzjoni amministrattiva ta’ attività (jew f’waħda mis-sitwazzjonijiet ta’ leave imsemmija mill-avviż ta’ kompetizzjoni) matul it-tnax-il xahar qabel l-għeluq tar-reġistrazzjonijiet għall-kompetizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Kuntrarjament għal dak li affermat l-Awtorità tal-Ħatra fid-deċiżjoni tagħha tal-<DATE ISO="20161021">21 ta’ Ottubru 2016</DATE>, il-kundizzjoni kontenzjuża ma tippermettix, skont ir-rikorrent, li jintlaħaq l-għan doppju mfittex, jiġifieri, minn naħa, li jkun hemm persunal bi kwalifiki għolja u immedjatament operattiv, u, min-naħa l-oħra, li tiġi rregolarizzata, fl-interess tas-servizz, is-sitwazzjoni tal-membri tal-persunal bil-kuntratt u temporanji li kienu ħadmu għall-Kummissjoni sa minn perijodu kontinwu u estiż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, ir-rikorrent iqis li xejn ma kien jippermetti li jiġu preżunt li kien hemm ir-riskju li jkun <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>inqas immedjatament operattiv<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> minn membru tal-persunal ieħor li kien ibbenefika minn leave itwal (pereżempju leave parentali jew għas-servizz militari) iżda li kellu anzjanità tas-servizz inferjuri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Il-kundizzjoni kontenzjuża tikser ukoll il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament sa fejn il-kandidati kienu ġew ittrattati b’mod differenti, mingħajr raġuni oġġettiva, skont it-tip ta’ leave li huma kienu ħadu matul it-tnax-il xahar qabel l-għeluq tar-reġistrazzjonijiet għall-kompetizzjoni interna COM/02/AST/16 (AST 2). Skont ir-rikorrent, l-Awtorità tal-Ħatra tiżbalja meta tikkunsidra li dan il-prinċipju ġie osservat, fejn il-kandidati kollha li kienu ħadu leave għal raġunijiet personali jew leave bla ħlas kienu ġew ittrattati bl-istess mod. Bl-istess mod, din id-differenza fit-trattament ma tistax tiġi spjegata mill-fatt li, kuntrarjament għall-membri tal-persunal li jieħdu leave għal raġunijiet personali, il-membri tal-persunal li jieħdu leave parentali jew tal-familja jibqgħu affiljati mal-Iskema komuni ta’ assigurazzjoni għall-mard tal-Unjoni Ewropea u jkomplu jiksbu drittijiet għall-pensjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, ir-rikorrent jikkontesta li l-leave tiegħu huwa għażla personali mingħajr rabta mal-interess tas-servizz. Min-naħa, tali leave jingħata biss, skont l-Artikolu 17 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, jekk it-talba hija konformi mal-interess tas-servizz. Min-naħa l-oħra, dan il-leave kien ippermettilu li jiffaċilita l-perfezzjonament professjonali tiegħu, li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni skont l-Artikolu 24a tar-Regolamenti tal-Persunal.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ir-rikorrent iqis li l-għan li tiġi rregolarizzata s-sitwazzjoni ta’ membri tal-persunal li ħadmu mal-Kummissjoni ma jsib l-ebda bażi fl-avviż ta’ kompetizzjoni. Barra minn hekk, dan l-avviż kien jipprevedi b’mod partikolari li l-kandidati għandhom ikollhom esperjenza ta’ servizz ta’ mhux inqas minn 42 xahar mhux neċessarjament konsekuttivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Għal dawn ir-raġunijiet, il-kundizzjoni kontenzjuża tikser l-Artikoli 24a u 27 tar-Regolamenti tal-Persunal, peress li hija mingħajr rabta mal-merti tal-membri tal-persunal kandidati għall-kompetizzjoni interna COM/02/AST/16 (AST 2).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe ipoteżi, fid-dawl tal-qosor tal-leave tiegħu, ir-rikorrent essenzjalment isostni li l-kundizzjoni kontenzjuża twassal għal riżultat sproporzjonat fir-rigward tal-għan imfittex mill-avviż ta’ kompetizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta l-argument tar-rikorrent.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 24a tar-Regolamenti tal-Persunal:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Għandha tiffaċilita dak it-taħriġ u struzzjoni addizzjonali għall-uffiċjali kif inhu kompatibbli mal-ħidma tajba tas-servizz u ma’ l-interessi tal-Unjoni</ALINEA><ALINEA>L-imsemmi taħriġ u struzzjoni għandu jkun ikkunsidrat għall-iskopijiet ta’ promozzjoni fil-karriera tagħhom.<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>Ir-reklutaġġ għandu jkollu l-mira li jiżgura li l-istituzzjoni jkollha s-servizzi ta’ uffiċjali tal-ogħla livell ta’ kapaċità, effiċjenza u integrità, magħżula milll-aktar bażi ġeografika wiesgħa possibbli minn fost iċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-Unjoni. L-ebda pożizzjoni ma tkun riservata għal ċittadini ta’ xi Stat Membru speċifiku.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandhom jitfakkru l-prinċipji stabbiliti mill-ġurisprudenza dwar il-kundizzjonijiet u l-modalitajiet ta’ organizzazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>L-ewwel nett, ir-rwol essenzjali tal-avviż ta’ kompetizzjoni jikkonsisti li l-persuni kkonċernati jiġu informati b’mod daqstant eżatt daqs kemm huwa possibbli dwar in-natura tal-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex jokkupaw il-pożizzjoni inkwistjoni, sabiex jitqiegħdu fil-pożizzjoni li jevalwaw jekk hemmx lok għalihom li jippreżentaw att ta’ kandidatura (ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060131">31 ta’ Jannar 2006</DATE>, <NAME.CASE>Giulietti vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑293/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2006:37">EU:T:2006:37</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>It-tieni nett, l-istituzzjoni tipprovdi, f’dan ir-rigward, setgħa diskrezzjonali wiesgħa sabiex jiġu ddeterminati l-kriterji ta’ kapaċità meħtieġa mill-impjiegi li għandhom jimtlew u sabiex jiġi stabbilit, skont dawn il-kriterji u fl-interess tas-servizz, il-kundizzjonijiet u l-modalitajiet ta’ organizzazzjoni ta’ kompetizzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081009">9 ta’ Ottubru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Chetcuti vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑16/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:549">EU:C:2008:549</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0076">76</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0077">77</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060131">31 ta’ Jannar 2006</DATE>, <NAME.CASE>Giulietti vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑293/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2006:37">EU:T:2006:37</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20061213">13 ta’ Diċembru 2006</DATE>, <NAME.CASE>Heus vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑173/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2006:392">EU:T:2006:392</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Madankollu, l-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali li għandhom l-istituzzjonijiet fil-qasam ta’ organizzazzjoni ta’ kompetizzjoni, b’mod partikolari f’dak li jikkonċerna l-iffissar tal-kundizzjonijiet għall-ammissjoni, għandu jkun kompatibbli mad-dispożizzjonijiet imperattivi tal-ewwel paragrafu<?PAGE NO="6"?> tal-Artikolu 27 u tal-Artikolu 29(1) tar-Regolamenti tal-Persunal. Huwa b’mod imperattiv li l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal jiddefinixxi l-għan ta’ kull reklutaġġ u li l-Artikolu 29(1) tar-Regolamenti tal-Persunal jistabbilixxi l-kuntest tal-proċeduri li għandhom jiġu segwiti sabiex jimtlew pożizzjonijiet vakanti ta’ impjieg. Konsegwentement, din is-setgħa għandha dejjem tiġi eżerċitata skont rekwiżiti marbuta mal-impjiegi li għandhom jimtlew u, iktar ġeneralment, tal-interess tas-servizz (ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20061213">13 ta’ Diċembru 2006</DATE>, <NAME.CASE>Heus vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑173/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2006:392">EU:T:2006:392</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata; ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091117">17 ta’ Novembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Di Prospero vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑99/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2009:153">EU:F:2009:153</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fir-rigward b’mod speċifiku tal-kundizzjonijiet li jillimitaw ir-reġistrazzjoni ta’ kandidati għal kompetizzjoni, għalkemm dawn ċertament jistgħu jirrestrinġu l-possibbiltajiet għall-istituzzjoni li tirrekluta l-aħjar kandidati fis-sens tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal, għaldaqstant dan ma jfissirx li kull kundizzjoni li għandha tali limitazzjoni tmur kontra l-artikolu hawn fuq imsemmi. Fil-fatt, is-setgħa diskrezzjonali tal-amministrazzjoni fl-organizzazzjoni tal-kompetizzjonijiet, u b’mod iktar ġenerali, l-interess tas-servizz jippermettu lill-istituzzjoni li tagħmel il-kundizzjonijiet li hija tqis xierqa u li, filwaqt li jillimitaw l-aċċess tal-kandidati għal kompetizzjoni, u għalhekk neċessarjament in-numru ta’ kandidati rreġistrati, ma jinvolvux madankollu r-riskju li jiġi ppreġudikat l-għan li tiġi żgurata r-reġistrazzjoni ta’ kandidati li jippreżentaw l-ogħla livell ta’ kapaċità, ta’ effiċjenza u ta’ integrità fis-sens tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091117">17 ta’ Novembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Di Prospero vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑99/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2009:153">EU:F:2009:153</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward u kif issostni l-Kummissjoni, il-ġurisprudenza diġà kkunsidrat li ma kien jeżisti ebda obbligu li jiġu ammessi għal kompetizzjoni interna tal-istituzzjoni l-persuni kollha li kienu jinsabu fis-servizz tagħha. Fil-fatt, tali obbligu jippreġudika s-setgħa diskrezzjonali wiesgħa rrikonoxxuta lil din l-istituzzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081009">9 ta’ Ottubru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Chetcuti vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑16/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:549">EU:C:2008:549</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0076">76</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090924">24 ta’ Settembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Brown vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑37/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2009:121">EU:F:2009:121</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Ebda dritt assolut għal parteċipazzjoni f’kompetizzjoni interna għal istituzzjoni ma jista’, għalhekk, jiġi rrikonoxxut lill-membri tal-persunal u lill-uffiċjali tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19970306">6 ta’ Marzu 1997</DATE>, <NAME.CASE>de Kerros u Kohn-Berge vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑40/96 u T‑55/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1997:28">EU:T:1997:28</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20061108">8 ta’ Novembru 2006</DATE>, <NAME.CASE>Chetcuti vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑357/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2006:339">EU:T:2006:339</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Għalhekk huma biss meqjusa bħala li jiksru l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal il-kundizzjonijiet li jillimitaw l-aċċess ta’ kandidati għal kompetizzjoni li jinkludu r-riskju li jiġi ppreġudikat l-għan li tiġi żgurata r-reġistrazzjoni ta’ kandidati li jippreżentaw l-ogħla livell (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19970306">6 ta’ Marzu 1997</DATE>, <NAME.CASE>de Kerros u Kohn-Berge vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑40/96 u T‑55/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1997:28">EU:T:1997:28</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091117">17 ta’ Novembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Di Prospero vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑99/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2009:153">EU:F:2009:153</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>It-tielet nett, hemm lok li jitfakkar li, fid-dawl tas-setgħa diskrezzjonali wiesgħa rrikonoxxuta lill-istituzzjonijiet f’dan il-qasam, l-istħarriġ tal-Qorti Ġenerali dwar l-osservanza tal-kundizzjoni relatata mal-interess tas-servizz għandu jkun limitat għall-kwistjoni jekk l-istituzzjoni żammitx ma’ limiti raġonevoli, li ma jistgħux jiġu kkontestati, u li ma użatx is-setgħa diskrezzjonali tagħha b’mod manifestament żbaljat (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150619">19 ta’ Ġunju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Z vs Il‑Qorti tal-Ġustizzja</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑88/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:393">EU:T:2015:393</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0106">106</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jitfakkar ukoll f’liema kundizzjonijiet l-istituzzjonijiet jistgħu jeħtieġu mill-kandidati għal kompetizzjoni interna li jipproduċu prova ta’ tul ta’ anzjanità tas-servizz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, diġà ġie deċiż li r-rekwiżit ta’ ċertu numru ta’ snin ta’ anzjanità tas-servizz kien jikkostitwixxi mezz xieraq sabiex jiġi żgurat li l-uffiċjali jkollhom il-kwalitajiet previsti fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 27 tar-Regolament tal-Persunal u, għaldaqstant, sabiex jiġi ggarantit l-interess<?PAGE NO="7"?> tas-servizz. Fil-fatt, il-pussess ta’ ċerta anzjanità, u għalhekk ta’ esperjenza sinjifikattiva fi ħdan istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>indizju ċert<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> tal-eżistenza tal-kwalitajiet imsemmija iktar ’il fuq (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20061213">13 ta’ Diċembru 2006</DATE>, <NAME.CASE>Heus vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑173/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2006:392">EU:T:2006:392</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Tali kundizzjoni ta’ anzjanità tippermetti li jiġi żgurat li l-persuni ammessi għall-kompetizzjoni interna kienu ġew suġġetti għall-kundizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-persunal amministrattiv tal-istituzzjonijiet, b’mod partikolari għar-regoli relatati mal-evalwazzjoni u mad-dixxiplina, matul ċertu perijodu u li huma kienu pproduċew prova tal-kompetenzi tagħhom f’dan il-kuntest. Għalhekk il-proċedura ta’ reklutaġġ tiżgura s-servizzi ta’ uffiċjali lill-istituzzjoni li jkollhom l-ogħla livell ta’ kapaċità, ta’ effiċjenza u ta’ integrità, kif ġew evalwati mill-istituzzjonijiet stess (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20061213">13 ta’ Diċembru 2006</DATE>, <NAME.CASE>Heus vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑173/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2006:392">EU:T:2006:392</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Għalhekk, il-ġurisprudenza diġà ammettiet kundizzjonijiet ta’ anzjanità tas-servizz ta’ tul ta’ tliet snin (sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19970306">6 ta’ Marzu 1997</DATE>, <NAME.CASE>de Kerros u Kohn-Berge vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑40/96 u T‑55/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1997:28">EU:T:1997:28</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091117">17 ta’ Novembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Di Prospero vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑99/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2009:153">EU:F:2009:153</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), ta’ ħames snin (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20061213">13 ta’ Diċembru 2006</DATE>, <NAME.CASE>Heus vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑173/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2006:392">EU:T:2006:392</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u ta’ għaxar snin (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20001121">21 ta’ Novembru 2000</DATE>, <NAME.CASE>Carrasco Benítez vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑214/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2000:272">EU:T:2000:272</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), peress li, f’dawn il-kawżi, l-istituzzjoni inkwistjoni kienet eżerċitat is-setgħa diskrezzjonali wiesgħa tagħha fl-osservanza tal-kundizzjoni marbuta mal-interess tas-servizz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, kundizzjoni supplimentari li tikkonsisti li jkun meħtieġ, minbarra ċerta anzjanità tas-servizz, li l-uffiċjali jew il-membri tal-persunal kandidati kienu fis-servizz tal-istituzzjoni b’mod mhux interrott matul il-perijodu intiż minn din il-kundizzjoni ta’ anzjanità tas-servizz tista’ jkollha bħala riżultat li teskludi mill-kompetizzjoni interna uffiċjali jew tal-membri tal-persunal li jipproduċu prova ta’ anzjanità tas-servizz ugwali jew iktar minn dik meħtieġa minn din l-aħħar kundizzjoni. Isegwi li, fl-assenza ta’ ġustifikazzjoni miġjuba mill-istituzzjoni, tali rekwiżit għandu jiġi meqjus bħala illegali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19970306">6 ta’ Marzu 1997</DATE>, <NAME.CASE>de Kerros u Kohn-Berge vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑40/96 u T‑55/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1997:28">EU:T:1997:28</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>F’dan il-każ, huwa paċifiku li, taħt it-Titolu III, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>Eliġibbiltà<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, l-Artikolu 2.1(a) u (b) tal-avviż ta’ kompetizzjoni jeħtieġ mill-kandidati mhux biss li jkollhom anzjanità tas-servizz ta’ mhux inqas minn 42 xahar, li ma jkunux neċessarjament konsekuttivi, iżda wkoll li jkunu għaddew it-tnax-il xahar qabel id-data ta’ għeluq tar-reġistrazzjoni elettronika mal-Kummissjoni, fejn il-kandidati ikollhom ikunu matul dawn it-tnax-il xahar f’pożizzjoni amministrattiva ta’ attività, ta’ leave tas-servizz militari, ta’ leave parentali jew tal-familja, ta’ kollokament fl-interess tas-servizz jew ta’ kollokament fuq talba għal tul li ma jaqbiżx sitt xhur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Għalhekk, jidher li l-avviż ta’ kompetizzjoni jeħtieġ li, matul il-perijodu ta’ tnax il-xahar qabel id-data ta’ għeluq tar-reġistrazzjoni elettronika, il-kandidati kienu fis-servizz tal-Kummissjoni mingħajr interruzzjoni u f’waħda mill-pożizzjonijiet amministrattivi elenkati fil-punt 47 iktar ’il fuq, fejn fosthom ma jidhirx b’mod partikolari l-leave għal raġunijiet personali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Hemm lok li jiġi kkonstatat li l-kundizzjoni kontenzjuża għandha bħala riżultat li teskludi mill-kompetizzjonijiet interni intiżi mill-avviż ta’ kompetizzjoni ċerti uffiċjali jew membri tal-persunal li jipproduċu prova ta’ anzjanità tas-servizz ogħla minn dik ta’ 42 xahar meħtieġa mill-avviż ta’ kompetizzjoni, għar-raġuni biss li ma kinux fis-servizz tal-Kummissjoni b’mod mhux interrott matul il-perijodu ta’ tnax-il xahar qabel id-data ta’ għeluq tar-reġistrazzjoni elettronika, pereżempju minħabba li kienu ħadu leave għal raġunijiet personali, anki għal tul qasir. Din hija għaldaqstant is-sitwazzjoni tar-rikorrent, li pproduċa prova ta’ anzjanità tas-servizz ta’ 69 xahar iżda li kien ħa leave għal raġunijiet personali ta’ tul ta’ xahrejn matul tnax-il xahar qabel id-data ta’ għeluq tar-reġistrazzjoni elettronika.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Issa, sabiex tiġġustifika l-kundizzjoni kontenzjuża, il-Kummissjoni sempliċement tindika li din il-kundizzjoni kellha bħala għan li jiġu rreklutati uffiċjali mhux biss li jistħoqqilhom u bi kwalifiki għolja, iżda wkoll immedjatament operattivi permezz tal-esperjenza rrikonoxxuta tagħhom. F’dan ir-rigward, huwa minnu li dan l-għan kien issemma speċifikament taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>Qafas ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali] tal-avviż ta’ kompetizzjoni. Madankollu, il-Kummissjoni ma rreferiet għal ebda ċirkustanza partikolari, marbuta mal-karatteristiċi tal-impjiegi li għandhom jimtlew, li timplika li huma biss il-membri tal-persunal li kienu fis-servizz tal-Kummissjoni mingħajr interruzzjoni matul it-tnax-il xahar qabel id-data ta’ għeluq tar-reġistrazzjoni elettronika li kienu immedjatament operattivi u li pproduċew prova, konsegwentement, il-membri tal-persunal li ma kinux fis-servizz tal-Kummissjoni b’mod mhux interrott matul dan il-perijodu, b’mod partikolari minħabba li kienu ħadu leave għal raġunijiet personali, jiġu esklużi mill-kompetizzjoni interna kontenzjuża, minkejja li jipproduċu prova ta’ anzjanità tas-servizz ogħla minn dik ta’ 42 xahar meħtieġa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni għandha titqies bħala li użat is-setgħa diskrezzjonali tagħha b’mod manifestament żbaljat meta introduċiet fl-avviż ta’ kompetizzjoni kundizzjoni supplimentari għall-kundizzjoni marbuta mal-anzjanità tas-servizz li teħtieġ li, matul il-perijodu ta’ tnax-il xahar qabel id-data ta’ għeluq tar-reġistrazzjoni elettronika, il-kandidati kienu fis-servizz tal-Kummissjoni mingħajr interruzzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, ma jistax jiġi dedott li membru tal-persunal ikollu iktar kwalifiki għolja jew ikun iktar immedjatament operattiv minn ieħor għar-raġuni biss li t-tipi ta’ leave rispettivi tagħhom ivarjaw. Din is-soluzzjoni għaldaqstant twassal sabiex il-kundizzjoni kontenzjuża twassal paradossalment sabiex teskludi ċerti membri tal-persunal, bħar-rikorrent, minkejja li, minħabba tul inferjuri tal-leave tagħhom, huma kienu iktar preżenti matul l-aħħar tnax-il xahar fi ħdan dipartimenti tal-Kummissjoni milli membri tal-persunal oħra li għaldaqstant kienu ġew ammessi sabiex jippreżentaw ruħhom għall-kompetizzjoni interna inkwistjoni. Barra minn hekk din il-konstatazzjoni tikkontradixxi l-affermazzjoni tal-Kummissjoni li, bħala tweġiba għal mistoqsija bil-miktub tal-Qorti Ġenerali, indikat li din il-kundizzjoni ppermettiet li tingħata possibbiltà ta’ ħatra bħala uffiċjali permanenti lill-membri tal-persunal li kienu wrew li kien jistħoqqilhom permezz ta’ prestazzjonijiet u ta’ riżultat effettiv li setgħu jiġu evalwati b’mod l-iktar reċenti u b’hekk l-iktar affidabbli possibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>L-esklużjoni tal-membri tal-persunal li kienu ħadu leave għal raġunijiet personali b’hekk ma hijiex iġġustifikata la fir-rigward tal-għanijiet imfittxija u lanqas fir-rigward tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma hijiex ikkontestata mill-allegat riskju, invokat waqt is-seduta mill-Kummissjoni, li l-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni kien jiġi miksur jekk kundizzjonijiet għal eliġibbiltà distinti kienu previsti skont jekk il-membri tal-persunal ikkonċernati kinux membri tal-persunal bil-kuntratt jew membri tal-persunal temporanju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, kuntrarjament għal dak li sostniet il-Kummissjoni bħala tweġiba għal mistoqsija bil-miktub tal-Qorti Ġenerali, huwa irrilevanti li dawn kienu l-ewwel kompetizzjonijiet interni miftuħa lill-membri tal-persunal bil-kuntratt sa mir-riforma tar-Regolamenti tal-Persunal tal-2013 u li, għaldaqstant, ma eżistietx prassi preċedenti kuntrarja. Dan l-element huwa iktar inqas rilevanti peress li, f’dan il-każ, ir-rikorrent ma kienx membru tal-persunal bil-kuntratt, iżda membru tal-persunal temporanju. Minbarra dan u fi kwalunkwe każ, huwa possibbli għall-Kummissjoni li tallinja l-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà tal-membri tal-persunal bil-kuntratt fuq dawk tal-membri tal-persunal temporanju, fl-osservanza tal-prinċipji stabbiliti mill-ġurisprudenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-elementi kollha u mingħajr ma hemm bżonn li tingħata deċiżjoni dwar eventwali ksur tal-Artikolu 24a tar-Regolamenti tal-Persunal jew tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, hemm lok li tintlaqa’ l-eċċezzjoni ta’ illegalità, sa fejn il-kundizzjoni kontenzjuża tikser l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal u, konsegwentement, li d-deċiżjoni kkontestata tiġi annullata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-talbiet għal kumpens</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Peress li l-annullament tad-deċiżjoni kkontestata ma jistax, skont ir-rikorrent, ikun biżżejjed sabiex jikkumpensa d-dannu morali li huwa jqis li ssubixxa, huwa jitlob lill-Qorti Ġenerali li tikkundanna lill-Kummissjoni għall-pagament ta’ somma ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">5000</FT>. Il-Kummissjoni tirribatti li, fl-assenza ta’ illegalità li tivvizzja d-deċiżjoni kkontestata, dawn it-talbiet, ifformulati għall-ewwel darba quddiem il-Qorti Ġenerali, għandhom jiġu miċħuda. Fi kwalunkwe każ, anki jekk jiġi preżuppost li din id-deċiżjoni hija illegali, l-annullament tagħha huwa suffiċjenti sabiex jiġi kkumpensat id-dannu morali allegat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, l-annullament ta’ att ivvizzjat b’illegalità jista’ jikkostitwixxi fih innifsu l-kumpens adegwat u, bħala prinċipju, suffiċjenti għal kull dannu morali li dan l-att seta’ kkawża (sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20041109">9 ta’ Novembru 2004</DATE>, <NAME.CASE>Montalto vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑116/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2004:325">EU:T:2004:325</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0127">127</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19870709">9 ta’ Lulju 1987</DATE>, <NAME.CASE>Hochbaum u Rawes vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>44/85, 77/85, 294/85 u 295/85</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1987:348">EU:C:1987:348</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Madankollu, l-annullament ta’ att ivvizzjat b’illegalità ma jistax jikkostitwixxi fih innifsu kumpens adegwat meta, minn naħa, l-att ikkontestat jinkludi evalwazzjoni espliċitament negattiva tal-kapaċitajiet tar-rikorrent li tista’ tkun ta’ dannu għalih (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19900207">7 ta’ Frar 1990</DATE>, <NAME.CASE>Culin vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑343/87</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1990:49">EU:C:1990:49</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20000323">23 ta’ Marzu 2000</DATE>, <NAME.CASE>Rudolph vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑197/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2000:86">EU:T:2000:86</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0098">98</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20051213">13 ta’ Diċembru 2005</DATE>, <NAME.CASE>Cwik vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑155/03, T‑157/03 u T‑331/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2005:447">EU:T:2005:447</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0205">205</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0206">206</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u, min-naħa l-oħra, ir-rikorrent juri li ssubixxa dannu morali separat mill-illegalità li hija l-bażi tal-annullament u ma jistax jiġi għal kollox ikkumpensat permezz ta’ dan l-annullament (sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060606">6 ta’ Ġunju 2006</DATE>, <NAME.CASE>Girardot vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑10/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2006:148">EU:T:2006:148</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0131">131</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091119">19 ta’ Novembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Michail vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑49/08 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2009:456">EU:T:2009:456</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0088">88</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>F’dan il-każ, ir-rikorrent jafferma li d-dannu morali tiegħu jirriżulta mill-inkapaċità tal-Kummissjoni li tqiegħdu mill-ġdid fl-istess kundizzjonijiet bħal dawk li fihom il-kompetizzjoni kellha tiġi organizzata sabiex jiġu ggarantiti l-ugwaljanza fit-trattament bejn il-kandidati kollha u l-objettività tal-evalwazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li, minn naħa, ir-rikorrent ma jakkuża lill-Kummissjoni bl-ebda evalwazzjoni negattiva tal-kapaċitajiet tiegħu li tista’ tikkawżalu dannu u, min-naħa l-oħra, huwa ma weriex li ssubixxa dannu morali li huwa separat mill-illegalità li hija l-bażi tal-annullament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>F’dawn il-kundizzjonijiet u skont il-ġurisprudenza mfakkra fil-punti 58 u 59 iktar ’il fuq, il-Qorti Ġenerali tqis li kull dannu morali li r-rikorrent seta’ ssubixxa minħabba l-illegalità tad-deċiżjoni kkontestata huwa kkumpensat b’mod adegwat u suffiċjenti permezz tal-annullament tagħha. Għalhekk it-talbiet għal kumpens għandhom jiġu miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha jirriżulta li r-rikors għandu jintlaqa’ sa fejn huwa intiż għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata u l-kumplament tiegħu huwa miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. F’dan il-każ, peress li l-Kummissjoni essenzjalment tilfet, hemm lok li tiġi kkundannata għall-ispejjeż, skont it-talbiet tar-rikorrent.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (Id-Disa’ Awla)</P><?PAGE NO="10"?><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni interna COM/02/AST/16 (AST 2) dwar iċ-ċaħda tal-kandidatura ta’ RS hija annullata.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Gervasoni</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Kowalik-Bańczyk</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Mac Eochaidh</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fit-<DATE ISO="20180912">12 ta’ Settembru 2018</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>