31987R3620



Official Journal L 341 , 03/12/1987 P. 0001 - 0013
Finnish special edition: Chapter 4 Volume 3 P. 0062
Swedish special edition: Chapter 4 Volume 3 P. 0062


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 3620/87

tat-30 ta' Novembru 1987

li għandu x'jaqsam mal-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tal-Poplu tar-Repubblika ta' l-Angola dwar is-sajd 'il barra mill-Angola

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropewa, u partikolarment l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Billi fit-30 ta' April 1987 il-Komunità u l-Angola nnegozjaw u bdew ftehim dwar is-sajd lil hemm minn Angola li tiggarantixxi opportunitajiet ta' sajd lill-Komunità tas-Sajd fl-ibħra li fuqhom l-Angola għandha sovranità u ġurisdizzjoni;

Billi huwa fl-interess tal-Komunità li tapprova l-Ftehim,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tal-Poplu tar-Repubblika ta' l-Angola dwar is-sajd 'il barra mill-Angola huwa hawnhekk approvat min-naħa tal-Komunità.

It-test tal-Ftehim huwa anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill qiegħed hawnhekk jawtorizza li jinnomina lill-persuni addattati biex jiffirmaw ftehim li bih il-Komunità tintrabat [2].

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-30 ta' Novembru 1987.

F'isem il-Kunsill

Il-President

N. Wilhjelm

[1] ĠU C 305, 16.11.1987.

[2] Id-data tal-bidu li fiha l-ftehim jiġi fis-seħħ ser tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej mis-Segetarjat Ġenerali tal-Kunsill.

--------------------------------------------------